<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0600491701.case.xml"><NO.CASE>C-173/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0173</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4919</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4928</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET LÉGER — KAWŻA C-173/05</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs L-ITALJA</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Léger</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20061005">5 ta' Ottubru 2006</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta' dan ir-rikors, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi imponiet taxxa ambjentali fuq il-pajpijiet tal-gass, li fihom ilmetanu u li jaqsmu r-Reġjun ta' Sqallija (iktar 'il quddiem it-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>taxxa ambjentali<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> jew it-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>taxxa in kwistjoni<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>), ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 23 KE, 25 KE, 26 KE u 133 KE u taħt l-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija ffirmat f'Alġiers fis-<DATE ISO="19760426">26 ta' April 1976</DATE> u approvat f'isem il-Komunità permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2210/78<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19780926">26 ta' Settembru 1978</DATE>, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" DATE.PUB="1978" PAGE.FIRST="1">ĠU L 263, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Ftehim ta' Kooperazzjoni<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat KE</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 23 KE, l-unjoni doganali bejn l-Istati Membri tinvolvi tariffa doganali komuni intiża sabiex tinkiseb ugwaljanza bejn il-piżijiet doganali imposti, fil-fruntjieri esterni tal-Komunità, fuq il-prodotti importati minn pajjiżi terzi, sabiex jiġi evitat kull żvijar tal-kummerċ fir-relazzjonijiet ma' dawn il-pajjiżi u kull distorzjoni fiċ-ċirkolaz-zjoni libera ta' dawn il-prodotti bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 KE jipprojbixxi d-dazji doganali u t-taxxi b'effett ekwivalenti bejn<?PAGE NO="I-4920"?> l-Istati Membri. Din il-projbizzjoni tapplika wkoll għal dazji doganali ta' natura fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 133 KE jistabbilixxi li l-politika kummerċjali tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta' tibdil fit-tariffi u tal-konklużjoni ta' ftehim dwar tariffi u kum-merċ. Dan ifisser li għandhom jitneħħew iddifferenzi nazzjonali, ta' natura fiksali jew kummerċjali, li jaffettwaw il-kummerċ ma pajjiżi terzi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 1 tiegħu, l-għan tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni huwa li <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>jippromwovi kooperazzjoni sħiħa bejn [ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija u l-Komunità Ekonomika Ewropea] bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' l-Alġerija u tgħin għat-tisħiħ tarrelazzjonijiet bejn il-Partijiet Għal dan il-għan dispożizzjonijiet u miżuri għandhom jiġu adottati u implimentati fil-qasam ta' kooperazzjoni ekonomika, teknika u finanzjarja, u fl-oqsma tal-kummerċ u dawk fil-qasam soċjali<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta' l-Artikolu 4(1) ta' dan il-Ftehim, il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija għandha l-għan li tiffaċilita, b'mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-marketing u l-promozzjoni tal-bejgħ ta' prodotti esportati mill-Alġerija,</P></ITEM><ITEM><P>[...]</P></ITEM><ITEM><P>fir-rigward ta' l-enerġija, il-parteċipaz-zjoni minn operaturi tal-Komunità fi programmi għall-esplorazzjoni, produzzjoni u proċessar tar-riżorsi ta' l-enerġija ta' l-Alġerija u kull attivitajiet li jistgħu jiżviluppaw dawn ir-riżorsi fuq il-post, u l-prestazzjoni kif imiss ta' kuntratti fuq perijodu twil ta' żmien għat-twassil ta' prodotti taż-żejt, gass jew żejt mhux raffinat bejn l-operaturi tagħhom,</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4921"?><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni jistabbilixxi li <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>il-prodotti li joriġinaw fl-Alġerija li m'humiex elenkati fl-Anness II li jinsab mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea għandhom ikunu importati fil-Komunità ħielsa minn restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri li jkollhom effett ekwivalenti, u [minn] dazji doganali u piżijiet li jkollhom effett ekwivalenti<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-metanu huwa wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Liġi Reġjonali ta' Sqallija Nru 2 tas-<DATE ISO="20020326">26 ta' Marzu 2002</DATE><NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>GURS Nru 14, 2002, parti I, p. l, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Liġi Reġjonali ta' Sqallija<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>.</P></NOTE> jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Hija mwaqqfa taxxa ambjentali bil-għan li jiġu ffinanzjati investimenti intiżi għat-tnaq-qis u għall-prevenzjoni tar-riskji għall-amb-jent li jirriżultaw mill-preżenza ta' pajpijiet tal-gass li jkun fihom il-metanu installati fuq it-territorju tar-reġjun ta' Sqallija. Id-dħul minn din it-taxxa għandu jservi sabiex jiġu ffinanzjati inizzjativi favur l-ippreżervar, ilprotezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent, b'mod partikolari fiż-żoni li minnhom jgħaddu dawn il-pajpijiet.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>[...] Il-fatt li jagħti lok għal din it-taxxa huwa d-dritt ta' proprjetà tal-pajpijiet tal-gass, li jkun fihom il-gass, li jaqsmu t-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Huma suġġetti għal din it-taxxa l-proprjetarji tal-pajpijiet tal-gass ikklassifikati bħala pajpijiet tat-tip 1 imsemmija fil-paragrafu 3 li jeżerċitaw mill-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin: trasport, distribuzzjoni, bejgħ u xiri.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Għall-finijiet tat-taxxa, pajp tal-gass iffisser l-agglomerazzjoni ta' pajpijiet, tidwir, ġonot, valvi u komponenti speċjali oħra li flimkien iservu għat-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass naturali.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-bażi ta' stima tat-taxxa hija kkostitwita mill-volum, imkejjel f'metri kubi, tal-pajpijiet tal-gass ikklasifikati bħala pajpijiet tat-tip 1 skond id-Digriet Ministerjali ta' l-<DATE ISO="19841124">24 ta' Novembru 1984</DATE> li jirregola, minħabba raġu-nijiet ta' sigurtà, l-installazzjonijiet ta' trasport<?PAGE NO="I-4922"?> u ta' distribuzzjoni ta' gass naturali bilpajpijiet [<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>GURI Nru 12, tal-<DATE ISO="19850115">15 ta' Jannar 1985</DATE>, parti I, Taqsima 1.3, p. 7.</P></NOTE>]</TXT></NP><P>[...] <QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-proċedura ta' qabel il-kawża</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz ta' diversi ittri indirizzati lill— awtoritajiet Taljani matul is-snin 2002 u 2003, il-Kummissjoni talbet lil dawn ta' l-aħħar kjarifiki dwar il-fatt li jagħti lok għall-impożizzjoni u l-metodi ta' applikazzjoni tattaxxa ambjentali stabbilita permezz ta' l-Artikolu 6 tal-liġi ta' Sqallija. B'risposta tad-<DATE ISO="20030909">9 ta' Settembru 2003</DATE>, ir-Repubblika Taljana indikat li <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>it-taxxa ambjentali ta' Sqallija ma ġietx applikata b'mod konkret fis-sistema legali Taljana<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> peress li t-<HT TYPE="ITALIC">Tribunale amministrativo regionale della Lombardia</HT> (l-Italja) kien ikkunsidra li din il-liġi kienet tmur kontra r-regoli tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qieset li l-osservazzjonijiet ippreżentati mir-Repubblika Taljana la kienu eżawrenti u lanqas fondati fid-dritt u, b'ittra ta' intimazzjoni tad-<DATE ISO="20031219">19 ta' Diċembru 2003</DATE>, interpellat lir-Repubblika Taljana sabiex tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha fterminu ta' xahrejn, skond l-Artikolu 226 KE. Sussegwentement, ir-Repubblika Taljana kisbet estensjoni ta' dan it-terminu sad-<DATE ISO="20040419">19 ta April 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Peress li ma rċeviet ebda risposta wara din l-intimazzjoni, minkejja l-estensjoni tatterminu, il-Kummissjoni, fid-<DATE ISO="20040709">9 ta' Lulju 2004</DATE>, bagħtet opinjoni motivata lir-Repubblika Taljana fejn stednitha tadotta l-miżuri meħ-tieġa sabiex tikkonforma ruħha ma' din l-opinjoni fterminu ta' xahrejn mid-data tannotifika tagħha. Ir-Repubblika Taljana ma bagħtet ebda risposta għall-imsemmija opinjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Ir-rikors</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġus-tizzja jogħġobha tiddikjara li, billi stabbiliet u żammet fis-seħħ it-taxxa in kwistjoni prevista fl-Artikolu 6 tal-liġi ta' Sqallija, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 23 KE, 25 KE, 26 KE u 133 KE kif ukoll taħt l-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni, u li tordna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4923"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>L-argumenti prinċipali tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fuq bażi preliminari, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Taljana ma tistax tibbaża ruħha fuq id-deċiżjoni tàt-<HT TYPE="ITALIC">Tribunale amministrativo regionale della Lombardia,</HT> li ddikjara li t-taxxa ambjentali kienet tmur kontra d-dritt Komunitarju, sabiex turi li din it-taxxa m'għadhiex applikata fit-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija. Fil-fatt, il-Kummissjoni targumenta li ġie deċiż li l-inkompatib-biltà ta' leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dispo-żizzjonijiet Komunitarji, anki jekk ikunu direttament applikabbli, tista tiġi eliminata definittivament biss permezz ta' dispożizzjo-nijiet interni ta' natura vinkolanti li jkollhom l-istess valur ġuridiku bħad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu emendati<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="19971204">4 ta' Diċembru 1997</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-207/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-6869">C-207/96, Ġabra p. I-6869, punt 26</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Kummissjoni tgħid ukoll, fir-replika tagħha, li digriet tal-Ministru tal-Baġit u l-Finanzi tar-Reġjun ta' Sqallija tal-<DATE ISO="20041231">31 ta' Diċembru 2004</DATE> isemmi filkapitolu 1611 id-dħul mit-taxxa fuq id-dritt ta' proprjetà ta' pajpijiet tal-gass fit-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija. Hija ssostni li din hija prova li t-taxxa in kwistjoni għadha fis-seħħ. Barra minn hekk, hija tippreċiża li, skond il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad-<DATE ISO="19940809">9 ta' Awwissu 1994</DATE>, Lancry <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-363/93+C-407/93—C-411/93" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-3957">C-363/93 u C-407/93 sa C-411/93, Ġabra p. I-3957, punt 26</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-projbizzjoni ta' l-Artikolu 25 KE testendi wkoll għat-taxxi stabbiliti mill-entitajiet lokali jew reġjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 6 tal-liġi ta' Sqallija jirrigwarda biss infrastruttura waħda, jiġifieri pajp transmediterranju li huwa proprjetà ta' kumpannija Alġerina. Skondha, dan il-pajp għandu skop doppju: fl-ewwel lok, id-distribuzzjoni u l-konsum ta' gass fit-territorju Taljan, u, fittieni lok, it-trasport tiegħu fuq it-territorju Taljan u l-esportazzjoni tiegħu lejn Stati Membri oħra. Issa, skond il-Kummissjoni, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-impożizzjoni ta' taxxi ġodda jew ta' miżuri ekwivalenti fuq il-merkanzija importata direttament minn pajjiżi terzi hija pprojbita<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19731213">13 ta' Diċembru 1973</DATE>, Diamantarbeiders vs Indiamex (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="37/73+38/73" YEAR="1973" PAGE.ECR="1609">37/73 u 38/73, Ġabra p. 1609, punti 10 sa 18</REF.DOC.ECR>), u tas-<DATE ISO="19830316">16 ta' Marzu 1983</DATE>, SIOT (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="266/81" YEAR="1983" PAGE.ECR="731">266/81, Ġabra p. 731, punt 18</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija ssostni li l-portata ta' din il-projbizzjoni hija identika għal dik rikonoxxuta fil-kuntest tal-kummerċ intrakomunitarju<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19951005">5 ta' Ottubru 1995</DATE>, Aprile (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-125/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-2919">C-125/94, Ġabra p. I-2919, punti 32 sa 42</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Barra dan, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-introduzzjoni tat-taxxa ambjentali tmur kontra t-tariffa doganali komuni peress li din it-taxxa tbiddel l-ugwaljanza tal-piżijiet doganali imposti, fil-fruntjieri esterni tal-Komunità, fuq merkanzija importata minn pajjiżi terzi, u b'hekk toħloq riskji ta' żvijar tal-kummerċ fir-relazzjonijiet ma' dawn il-pajjiżi u distorsjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija jew fil-kundizzjonijiet talkompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tippreċiża wkoll li, skond ġurispru-denza stabbilita, Stat Membru ma jistax japplika dazji fuq it-tranżitu jew kwalunkwe taxxa oħra fuq il-passaġġ tal-merkanzija mit-territorju tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza SIOT, hawn fuq iċċitata, punti 18, 19 u 23.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4924"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skond il-Kummissjoni, l-obbjettiv reali tat-taxxa ambjentali huwa li tintaxxa l-prodott ittrasportat u mhux l-infrastruttura fiha nnifisha. Fil-fatt, il-fatt li jagħti lok għat-taxxa ambjentali huwa d-dritt ta' proprjetà ta' l-installazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-bażi taxxabbli hija kkostitwita mill-volum tal-pajpijiet tal-gass li fihom ikun jinsab il-gass. Il-preċiżjo-nijiet mogħtija fil-liġi ta' Sqallija jillimitaw l-impożizzjoni tat-taxxa għal każijiet fejn ikun hemm gass fil-pipeline u b'hekk it-taxxa m'hijiex applikabbli għall-infrastruttura fiha nnifisha.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana tikkunsidra, min-naħa tagħha, li l-Kummissjoni ma kkunsidratx karatteristiċi oħrajn tat-taxxa ambjentali u, b'mod partikolari, l-għan ta' din it-taxxa. Fil-fatt, skond ir-Repubblika Taljana, limsemmija taxxa għandha l-iskop uniku li tiffinanzja l-investimenti intiżi għat-tnaqqis u għall-prevenzjoni tar-riskji għall-ambjent li jirriżultaw mill-preżenza tal-pajpijiet tal-gass li fihom il- metanu installati fit-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija. Hija ssostni li b'hekk it-taxxa ambjentali hija intenzjonata sabiex timplementa l-prinċipji msemmija fit-Trattat f'dak li jirrigwarda l-ambjent u, b'mod partikolari, il-prinċipju ta' prekawzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni wkoll li t-taxxa in kwistjoni tiġi imposta biss jekk effettivament ikun hemm gass fl-infrastruttura u jekk il-proprjetarju jkun jeżerċita attività ta' trasport, distribuzzjoni, bejgħ u xiri. Dan l-approċċ jikkorrispondi mal-ħtieġa leġittima li t-taxxa tiġi imposta biss f'każ fejn ikun jeżisti riskju potenzjali ta' ħsara għall-ambjent. Ir-Repubblika Taljana, fil-kontroreplika tagħha<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punti 12 u 13.</P></NOTE>, tispjega li r-relazzjoni bejn lammont tat-taxxa u l-volum ta' gass ittrasportat hija sempliċi parametru tekniku intenzjonat sabiex jistabbilixxi rabta, xierqa u razzjonali, mad-dimensjoni effettiva tar-riskju maħluq għall-ambjent. L-effett tat-taxxa fuq il-prezz hija purament potenzjali u jiddependi mill-volontà tal-proprjetarju tal-pajpijiet tal-gass.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fir-replika tagħha<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 3.</P></NOTE>, il-Kummissjoni tissottometti li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>taxxa b'effett ekwivalenti għal dazju doganali<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> huwa kun-ċett ġuridiku oġġettiv tad-dritt Komunitarju. Għalhekk, dan il-kunċett imur kompletament lil hinn mill-intenzjonijiet tal-leġiżlatur nazzjonali u l-obbjettivi segwiti minn dan ta l-aħħar. Għall-Qorti tal-Ġustizzja huma biss rilevanti l-effetti tat-taxxa nazzjonali in kwistjoni fuq il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni ssostni wkoll li s-sentenza ta' l-<DATE ISO="19950914">14 ta' Settembru 1995</DATE>, Simitzi<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-485/93+C-486/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-2655">C-485/93 u C-486/93, Ġabra p. I-2655, punt 14</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, tikkonferma l-fatt li t-taxxi b'effett ekwivalenti huma pprojbiti, irrispettivament mill-iskop u d-destinazzjoni tad-dħul iġġenerat minnhom.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4925"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fuq bażi preliminari, għandu jiġi mfakkar li l-ftehim ta' kooperazzjoni jorbtu lill— Istati Membri u li dawn ta' l-aħħar għand-hom jiżguraw l-osservanza ta' l-obbligi li jirriżultaw minn dawn il-ftehim<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19821026">26 ta' Ottubru 1982</DATE>, Kupferberg (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="104/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="3641">104/81, Ġabra p. 3641, punt 11</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest ta' ftehim ta' kooperazzjoni ma' pajjiż terz, li jkun jipprojbixxi l-impożizzjoni ta' dazju doganali jew taxxa b'effett ekwivalenti fuq prodott li joriġina minn dan il-pajjiż, bħal fil-każ in kwistjoni, m'hemm ebda raġuni biex dan il-kunċett ta' taxxa b'effett ekwivalenti għal dazji doganali jiġi interpretat b'mod differenti minn kif huwa interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-kummerċ intrakomunitarju<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Diamantarbeiders vs Indiamex, hawn fuq iċċitata (punt 10); tal-<DATE ISO="19761215">15 ta' Diċembru 1976</DATE>, Simmenthal (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="35/76" YEAR="1976" PAGE.ECR="1871">35/76, Ġabra p. 1871, punti 14 u 15</REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenzi hawn fuq iċċitati SIOT (punt 18), u Aprile (punti 38 sa 40).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>B'hekk, l-espressjoni <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>piżijiet li jkollhom effett ekwivalenti [għal dazji doganali]<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> fissens ta' l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni għandha tfisser kull piż finanzjarju, irrispettivament mill-isem u mill-metodu ta' impożizzjoni tiegħu, impost unilateralment fuq merkanzija minħabba li tkun qasmet fruntiera, meta ma jkunx dazju doganali filveru sens tal-kelma, anki jekk dan il-piż finanzjarju ma jkunx impost għall-benefiċċju ta' l-Istat<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20051108">8 ta' Novembru 2005</DATE>, Jersey Produce Marketing Organisation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-293/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-9543">C-293/02, Ġabra p. I-9543, punt 55</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Tali piż madankollu ma jaqax taħt din iddefinizzjoni jekk ikun jikkostitwixxi ħlas għal servizz effettivament ipprovdut lill-operatur ekonomiku jew jekk ikun relatat ma kontrolli mwettqa sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi imposti mid-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20030227">27 ta' Frar 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-389/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-2001">C-389/00, Ġabra p. I-2001, punt 23</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Wara li ġie ppreċiżat dan, għandha tiġi evalwata l-fondatezza ta' l-ilment. Sabiex jiġi ddeterminat jekk it-taxxa in kwistjoni tissodisfax l-elementi kostitwenti ta' taxxa b'effett ekwivalenti għal dazju doganali, għandu jiġi werifikat, l-ewwel nett, jekk din it-taxxa hijiex imposta fuq merkanzija, u mbagħad jekk din il-merkanzija hijiex intaxxata min-ħabba li taqsam fruntiera.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 6(3) tal-liġi ta' Sqallija, ilfatt li jagħti lok għat-taxxa ambjentali huwa <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>id-dritt ta' proprjetà ta' pajpijiet tal-gass, <HT TYPE="ITALIC">li jkun fihom il-gass,</HT> li jaqsmu t-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Enfażi tiegħi.</P></NOTE>. <HT TYPE="ITALIC">Prima facie,</HT> wieħed jista' jaħseb li din it-taxxa hija imposta fuq il-<?PAGE NO="I-4926"?>mezz tat-trasport, jiġifieri l-pajp tal-gass. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din hija dovuta għall-pajpijiet tal-gass li effettivament ikun fihom il-gass.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skond ir-Repubblika Taljana, it-taxxa ambjentali hija imposta biss jekk, effettivament u konkretament, ikun jeżisti riskju potenzjali ta' ħsara għall-ambjent. Hija tammetti li din l-ipoteżi hija eskluża f'każ fejn il-pajp tal-gass ma jkunx fih gass<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-punt 26 tar-risposta.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Dawn l-elementi juru li m'huwiex il-mezz tat-trasport, fih innifsu, li huwa suġġett għat-taxxa in kwistjoni, iżda l-merkanzija ttrasportata, jiġifieri l-gass.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 6(4) tal-liġi ta' Sqallija jippreċiża li <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>[h]uma suġġetti għal din it-taxxa l-proprjetarji tal-pajpijiet tal-gass ikklassifikati bħala pajpijiet tat-tip 1<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>. Skond id-Digriet Ministerjali ta' l-<DATE ISO="19841124">24 ta' Novembru 1984</DATE>, li għalih issir referenza fl-Artikolu 6(6) tal-liġi ta' Sqallija, il-pajpijiet tat-tip 1 jikkorrispondu għall-pajpijiet tal-gass li l-pressjoni tagħhom tkun ta' aktar minn 24 bars.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Issa, ir-Repubblika Taljana ma tikkontestax il-fatt li teżisti biss infrastruttura waħda li tikkorrispondi għall-karatteristiċi tal-pajpijiet tal-gass tat-tip 1 u li din hija installazzjoni kollegata mal-pajpijiet tal-gass transmediterranji li jittrasportaw il-gass naturali mill-Alġerija.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għalhekk, it-taxxa ambjentali tirrigwarda biss il-gass importat mill-Alerġija.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat, barra minn hekk, li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta' taxxi b'effett ekwivalenti, assimilat il-fruntiera reġjonali mal-fruntiera nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Lancry <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> hawn fuq iċċitata, punti 26 u 27.</P></NOTE>. Għal-daqstant, huwa irrelevanti li l-fruntiera maqsuma mill-merkanzija hija l-fruntiera li tifred lill-Alġerija mir-Reġjun ta' Sqallija.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li l-elementi kostituttivi tad-definizzjoni tat-taxxa b'effett ekwivalenti huma preżenti f'dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din l-analiżi ma tistax tiġi kkontestata, fil-fehma tagħna, fuq il-bażi ta' l-obbjettiv tat-taxxa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4927"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punti 10 u 11.</P></NOTE>, ir-Repubblika Taljana ssostni, effettivament, li l-iskop tat-taxxa ambjentali huwa li jiġu ffinanzjati l-investimenti intiżi għat-tnaqqis u għall-prevenzjoni tar-riskji għall-ambjent. Għalhekk, huwa argumentat li din it-taxxa ġiet imposta bil-għan waħdieni li jiġi mħares l-ambjent, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-prinċipju ta prekawzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja dde-ċidiet fdiversi okkażjonijiet li l-projbizzjoni ta' kull dazju doganali hija projbizzjoni ġenerali u assoluta. Għaldaqstant, id-dazji doganali jew it-taxxi b'effett ekwivalenti huma pprojbiti irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni ta' l-iskop għalfejn ikunu ġew imposti jew tad-destinazzjoni tad-dħul iġġenerat minnhom<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi ta' l-<DATE ISO="19690701">1 ta' Lulju 1969</DATE>, IIKummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="24/68" YEAR="1969" PAGE.ECR="193">24/68, Ġabra p. 193, punt 7</REF.DOC.ECR>), u Simitzi, hawn fuq iċċitata (punt 14).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-fehma tagħna, din ir-regola hija applikabbli wkoll għal taxxa imposta, bħal fil-każ preżenti, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-prekawzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li r-Repubblika Taljana ma ppreżentat ebda prova ta' natura li tispjega għalfejn il-gass mill-Alerġija ttrasportat permezz ta' pajp tal-gass tat-tip 1 jippreżenta periklu partikolari li jeħtieġ l-impożizzjoni ta' taxxa bħal dik in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li r-Repubblika Taljana ma ressqitx prova li t-taxxa in kwistjoni taqa taħt l-eċċezzjonijiet stabbiliti mill-ġurisprudenza u li għalihom issir referenza fil-punt 25 ta' dawn il-konklużjonijiet, jiġifieri li din tikkostitwixxi ħlas għal servizz effettivament ipprovdut lill-operatur ekonomiku jew li hija relatata ma' kontrolli mwettqa sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi imposti mid-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni, fir-rikors tagħha, tqis li t-taxxa in kwistjoni ġiet imposta wkoll bi ksur ta' l-Artikoli 23 KE u 25 KE. Hija ssostni li l-Artikolu 6 tal-liġi ta' Sqallija jikser il-prinċipji tat-tariffa doganali komuni peress li <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>jintroduċi taxxa b'effett ekwivalenti għal dazju fuq l-importazzjoni (ġewwa l-Komunità) jew fuq l-esportazzjoni (lejn Stati Membri oħra)<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-punt 11.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Aħna ma naqblux fuq dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-fehma tagħna, it-taxxa in kwistjoni ma tistax tolqot il-merkanzija kemm meta taqsam il-fruntiera bejn l-Alġerija u r-Reġjun ta Sqallija u kif ukoll meta taqsam ir-reġjun sabiex tiġi kkunsmata fit-territorju ta' Stati Membri oħra. Fl-opinjoni tagħna, u fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 27 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta' dawn il-konklużjonijiet,<?PAGE NO="I-4928"?> it-taxxa hija dovuta biss meta l-merkanzija taqsam il-fruntiera bejn l-Alġerija u r-Reġjun ta' Sqallija. Ladarba tkun tħallset it-taxxa in kwistjoni, il-gass jiċċirkola liberament filpajp tal-gass jew lejn ir-reġjun jew lejn l-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, aħna tal-fehma li l-ilment li jallega ksur ta' l-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni huwa fondat u li l-kumplament tar-rikors dwar nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Peress li l-ilment huwa fondat, ir-Repubblika Taljana għandha tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, skond kif mitlub mill-Kummissjoni u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, aħna nipproponu lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>tikkonstata li, billi imponiet taxxa ambjentali fuq il-gass metanu mill-Alġerija, destinat li jitpoġġa fċirkolazzjoni libera fit-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija, jew li jiġi esportat lejn Stati Membri oħra, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, iffirmat f'Alġiers fis-<DATE ISO="19760426">26 ta' April 1976</DATE> u approvat f'isem il-Komunità mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2210/78, tas-<DATE ISO="19780926">26 ta' Settembru 1978</DATE>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>tikkundanna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>