|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6087 |
10.11.2025 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(C/2025/6087)
Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
fil-paġna 198, fin-Nota ta’ Spjegazzjoni għas-subintestaturi NM 3907 61 00 u 3907 69 00 , jiżdied paragrafu ġdid wara it-test eżistenti:
“Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll kopolimeri tal-aċidu tereftaliku, tal-etilenglikol u diol wieħed ieħor jew aktar, bħad-dimetanol taċ-ċikloeżan jew il-glikol tan-neopentil, dment li l-unitajiet ta’ monomeri tat-tereftalat tal-polietilen jippredominaw fil-kopolimeru skont il-piż.
Il-prodotti tal-poliester li fihom l-unitajiet ta’ monomeri tat-tereftalat tal-polietilen ma jippredominawx fil-kopolimeru skont il-piż għandhom jiġu kklassifikati bħala poliesteri oħrajn (is-subintestatura 3907 99 )”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6087/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)