European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2658

9.10.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2658

tat-3 ta’ Ottubru 2024

li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti bil-konzijiet tal-qiegħ li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2024.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM, General Fisheries Commission for the Mediterranean) u applikabbli għall-bastimenti bil-konzijiet tal-qiegħ li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru, jitqies li ntlaħaq għall-2024.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-isforz

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2024 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti bil-konzijiet tal-qiegħ li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24-il metru, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi rilokalizzat, trażbordat jew jinħatt l-art il-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2024/259, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/259/oj).


ANNESS

Nru

07/TQ259

Stat Membru

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

EFF1/MED2_LL3

Grupp ta’ stokkijiet

Merluzz (Merluccius merluccius) fil-GSAs 8,9,10 u 11

Bastimenti konċernati

Bastimenti bil-konzijiet tal-qiegħ ≥ 18 m u < 24 m

Data tal-għeluq

Is-7 ta’ Settembru 2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2658/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)