|
15.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 186/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-4 ta’ Lulju 2008
dwar l-iffinanzjar tal-ħażna ta’ l-antiġeni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u l-formulazzjoni ta’ vaċċini kkostitwiti mill-ġdid mit-tali antiġeni
(2008/581/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1991 li tistabbilixxi r-riżervi tal-Komunità tal-vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (3), ħażniet ta’ l-antiġeni ġew stabbiliti għall-formulazzjoni rapida ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u dawn jinżammu, għal raġunijiet ta’ sikurezza, f’postijiet speċifiċi magħzula għal dan il-għan fl-istabbiliment tal-manifattur. |
|
(2) |
Skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/85/KE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżervi Komunitarji ta’ l-antiġeni mhux attivati kkonċentrati għall-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jinżammu fl-istabbiliment tal-bank Komunitarju ta’ l-antiġeni u l-vaċċini. |
|
(3) |
Għal dak il-għan, l-għadd ta’ dożi u d-diversità tas-serotipi u l-varjetajiet ta’ antiġeni tal-viruses tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer maħżuna fil-bank Komunitarju ta’ l-antiġeni u l-vaċċini għandu jiġi deċiż billi jitqiesu l-ħtiġijiet kif ġie stmat fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ kontinġenza u s-sitwazzjoni epidemjoloġika u fejn xieraq wara konsultazzjoni mal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza. |
|
(4) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/590/KE tal-5 ta’ Novembru 1993 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-kwadru ta’ l-azzjoni Komunitarja li tirrigwarda r-riservi ta’ vaċċini tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (4), saru arranġamenti għax-xiri ta’ antiġeni A5 Ewropej, A22 Lvant Nofsani u O1 Ewropej, tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
|
(5) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/348/KE tat-23 ta’ Mejju 1997 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formulazzjoni, il-produzzjoni, l-ibbottiljar u t-tqassim ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (5), saru arranġamenti għax-xiri ta’ antiġeni A22-Iraq, C1 u AŻJA1 tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
|
(6) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/77/KE tas-17 ta’ Diċembru 1999 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formulazzjoni, il-produzzjoni, l-ibbottiljar u t-tqassim ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (6), saru arranġamenti għax-xiri ta’ ċerti dożi ta’ antiġeni A Iran 96, A Iran 99, A Malażja 97, SAT 1, SAT 2 (il-varjetajiet ta’ l-Afrika tal-Lvant u ta’ l-Afrika ta’ Isfel) u SAT 3 tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
|
(7) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/569/KE tat-8 ta’ Settembru 2000 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formulazzjoni, il-produzzjoni, l-ibbottiljar u t-tqassim ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (7), saru arranġamenti għax-xiri ta’ ċerti dożi ta’ antiġeni A 22 Iraq, A Malażja 97, O1 Manisa, AŻJA 1, SAT 1, SAT 2 (il-varjetajiet ta’ l-Afrika tal-Lvant u ta’ l-Afrika ta’ Isfel) u SAT 3 tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
|
(8) |
Fl-2003 u bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 4326 (8) dwar ix-xiri u l-ħażna ta’ antiġeni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer inxtraw kwantitajiet addizzjonali ta’ antiġeni epidemjoloġikament rilevanti. |
|
(9) |
Skond l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-livell ta’ parteċipazzjoni Komunitarja biex jiġu stabbiliti dawn il-ħażniet ta’ riżerva ta’ antiġeni u l-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta din il-parteċipazzjoni għandhom jiġu stipulati wkoll. |
|
(10) |
L-antiġeni kollha li għandhom aktar minn 5 snin iridu jiġu ttestjati għall-potenza. |
|
(11) |
Mill-2005, ma teżisti ebda rabta legali għat-tul bejn il-kuntrattur u l-Kummissjoni għall-ħażna, il-formulazzjoni, it-tqassim, l-ibbottiljar, l-ittikkettjar u l-ġarr ta’ antiġeni FMD mixtrija bejn l-1993 u l-2005. |
|
(12) |
L-ispejjeż ta’ ħażna għall-antiġeni FMD għas-sena 2005, 2006 u 2007 huma koperti minn impenn finanzjarju skond ir-Regolament Finanzjarju. |
|
(13) |
Bejn l-2005 u l-2007 ma kienx hemm ebda spejjeż marbuta ma’ dawn l-antiġeni FMD għajr għal spejjeż ta’ ħażna. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni trid tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura ħażna ta’ l-antiġeni kollha FMD elenkati fl-Anness, mill-1 ta’ Jannar 2008 u għal mhux inqas minn 5 snin.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll l-ittestjar dwar il-potenza, il-formulazzjoni, it-tqassim, l-ibbottiljar, l-ittikkettjar u l-ġarr ta’ dawn l-antiġeni.
Artikolu 2
L-ispiża totali li tkopri s-servizzi elenkati fl-Artikolu 1 ma għandhiex taqbeż EUR 4 000 000.
Artikolu 3
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur b’dan hu awtorizzat li jiffirma l-kuntratti stipulati fl-Artikolu 1 f’isem il-Kummissjoni.
Artikolu 4
Proċedura ta’ sejħa għal proposti se tiġi mnedija matul l-ewwel sitt xhur ta’ l-2008. Kuntratt ta’ servizz skond ir-Regolament Finanzjarju Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu li huma ddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (10) għandu jkun stabbilit qabel it-30 ta’ Settembru 2008.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(3) ĠU L 368, 31.12.1991, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(4) ĠU L 280, 13.11.1993, p. 33. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/112/KE (ĠU L 33, 8.2.2000, p. 21).
(5) ĠU L 148, 6.6.1997, p. 27, kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/112/KE.
(7) ĠU L 238, 22.9.2000, p. 61.
(8) Deċiżjoni mhux ippubblikata.
(9) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).
ANNESS
(L-anness mhux għall-pubblikazzjoni)