21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Marzu 2009

li tikkonċerna derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri tan-negozju għal finijiet statistiċi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1568)

(It-testi bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/252/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovakkja,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 stabbilixxa qafas komuni ġdid għar-reġistri kummerċjali esklussivament għall-finijiet tal-istatistika sabiex jinżamm qafas armonizzat għall-iżvilupp ta’ reġistri kummerċjali.

(2)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 jipprovdi li meta r-reġistri tal-kummerċ jeħtieġu adattament ewlieni, il-Kummissjoni tista’ tikkonċedi deroga fuq talba tal-Istat Membru għal perjodu tranżitorju li ma għandux ikun itwal mill-25 ta’ Marzu 2010. Għall-agrikoltura, forestrija u sajd, għall-amministrazzjoni pubblika u għad-difiża, u għas-sigurtà soċjali obbligatorja, u għall-karatteristiċi addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga fuq talba ta’ Stat Membru għal perjodu tranżitorju li ma għandux ikun itwal mill-25 ta’ Marzu 2013.

(3)

Xi Stati Membri talbu biex dawk id-derogi jingħataw.

(4)

Jidher li huwa ġġustifikat li dawn id-derogi jingħataw, billi t-talbiet tal-Istati Membri huma msejsa fuq ħtieġa leġittima biex jadattaw aktar is-sistemi tagħhom ta’ statistika nazzjonali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi huma hawnhekk mogħtija lill-Istati Membri mniżżla fl-Anness, skont il-kundizzjonijiet u soġġetti għall-limiti stipulati fih, sabiex jippermettu lil dawk l-Istati Membri biex iġibu s-sistemi nazzjonali tal-istatistika rispettivi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 177/2008.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovakkja.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.


ANNESS

DEROGI MOGĦTIJA

Stat Membru

Derogi Mogħtija

Tmiem Tad-Deroga

Il-Belġju

Karatteristiċi 4.1, 4.2a, 4.3 għal 4.7 u 4.9

25 ta’ Marzu 2010

Karatteristiċi 1.8 għal 1.12a, 1.13a, 3.12, 4.11, 4.12a u 4.13a

30 ta’ Ġunju 2011

Id-Danimarka

Kopertura ta’ gruppi ta’ intrapriża:

30 ta’ Ġunju 2009

Kopertura tal-gruppi ta’ intrapriża li ma jappartjenux għall-Ikbar MNE trażmessi mill-Eurostat

31 ta’ Diċembru 2009

Il-Ġermanja

Karatteristika 3.11 u l-aħħar parti tal-karatteristika 1.7a (Referenza għall-fajls tad-dwana jew għar-reġistru tal-operaturi barra l-Komunità)

25 ta’ Marzu 2010

Agrikoltura, forestrija u sajd, amministrazzjoni pubblika u difiża, u sigurtà soċjali obbligatorja

31 ta’ Diċembru 2012

L-Estonja

Karatteristika 1.12a

25 ta’ Marzu 2010

L-Irlanda

Deroga sħiħa

31 ta’ Diċembru 2008

Karatteristika 1.3

31 ta’ Diċembru 2009

Karatteristika 3.11

Kopertura tal-gruppi ta’ intrapriża li ma jappartjenux għall-ikbar MNE trażmessi mill-Eurostat

25 ta’ Marzu 2010

Karatteristiċi 1.8 għal 1.12b, 1.13a, 3.12, 4.1, 4.2a, 4.5 sa 4.7, 4.9, 4.13a

31 ta’ Diċembru 2012

Agrikoltura, forestrija u s-sajd, amministrazzjoni pubblika u difiża, u sigurtà soċjali obbligatorja

25 ta’ Marzu 2013

Il-Greċja

Gruppi ta’ intrapriża u l-karatteristiċi tagħhom

31 ta’ Diċembru 2008

Kopertura tal-gruppi ta’ intrapriża li ma jappartjenux għall-ikbar MNE Trażmessi mill-Eurostat

25 ta’ Marzu 2010

Agrikoltura, forestrija u sajd, amministrazzjoni pubblika u difiża, u sigurtà soċjali obbligatorja, u l-karatteristiċi addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża

25 ta’ Marzu 2013

Franza

Agrikoltura, forestrija u sajd

30 ta’ Ġunju 2012

Il-Latvja

Gruppi ta’ intrapriża multinazzjonali u l-karatteristiċi tagħhom

31 ta’ Diċembru 2008

Kopertura ta’ gruppi ta’ intrapriża li ma jappartjenux għall-Ikbar MNE Trażmessi mill-Eurostat

5 ta’ Marzu 2010

Il-Karatteristiċi addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża

31 ta’ Diċembru 2010

Il-Litwanja

Gruppi ta’ intrapriża multinazzjonali u l-Karatteristiċi tagħhom

25 ta’ Marzu 2010

Il-karatteristiċi addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża

25 ta’ Marzu 2013

Il-Lussemburgu

Gruppi ta’ intrapriża u l-karatteristiċi tagħhom

31 ta’ Diċembru 2008

Kopertura ta’ gruppi ta’ intrapriża li ma jappartjenux għall-ikbar MNE trażmessi mill-Eurostat

31 ta’ Diċembru 2009

Agrikoltura, forestrija u sajd, amministrazzjoni pubblika u difiża, u sigurtà soċjali obbligatorja

31 ta’ Diċembru 2010

Il-karatteristiċi addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża

25 ta’ Marzu 2013

Malta

Gruppi ta’ intrapriża u l-karatteristiċi tagħhom

31 ta’ Diċembru 2008

Kopertura ta’ gruppi ta’ intrapriża li ma jappartjenux għall-ikbar MNE trażmessi mill-Eurostat

25 ta’ Marzu 2010

Il-karatteristiċi addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża

25 ta’ Marzu 2013

L-Olanda

Karatteristiċi 1.12a, 1.13a, 3.11, 4.4, 4.11, 4.12a U 4.13a

25 ta’ Marzu 2010

Agrikoltura, forestrija u sajd, amministrazzjoni pubblika u difiża, u sigurtà soċjali obbligatorja, u l-karatteristiċi addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża

25 ta’ Marzu 2013

L-Awstrija

Karatteristika 3.11 li tikkonċerna s-sotto-setturi (pubbliċi, privati nazzjonali, ikkontrollat minn barra) ta’ S.11, S.122, S.123, S.124 U S.125;

Gruppi ta’ intrapriża u l-karatteristiċi tagħhom

25 ta’ Marzu 2010

Agrikoltura, forestrija u sajd

31 ta’ Diċembru 2011

L-unitajiet lokali u l-karatteristiċi tagħhom fl-amministrazzjoni pubblika u difiża u sigurtà soċjali obligatorja

31 ta’ Diċembru 2012

Il-Polonja

Informazzjoni dwar l-intrapriżi multinazzjonali u t-trażmissjoni tagħhom lil Eurostat

31 ta’ Marzu 2009

Agrikoltura, forestrija u sajd

31 ta’ Diċembru 2011

Is-Slovakkja

Karatteristiċi addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża

30 ta’ Ġunju 2009