Official Journal L 171 , 27/06/1973 P. 0001 - 0001
Greek special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0109
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 4 P. 0018
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 4 P. 0018
REGOLAMENT (KEE) Nru 1691/73 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1973 li jtemm Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u jadotta dispożizzjonijiet għal implementazjoni tiegħu IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 113 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fi Brussel nhar l-14 ta' Mejju 1973 għandu jkun konkluż u li d-Dikjarazjoni annessa mal-Att Finali, l-istess iffirmata fi Brussel nhar l-14 ta' Mejju 1973, ukoll għandha tkun addottata; Billi, ladarba l-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt, repreżentanti tal-Komunità għandhom jinħatru; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, l-Annessi u l-Protokolli tiegħu, u d-Dikjarazzjonijiet annessi mal-Att Finali huma b'hekk konklużi u kkonfermati f'isem il-Komunità. It-testi tal-Ftehim u l-Att Finali huma annessi ma dan ir-Regolament. Artikolu 2 Bis-saħħa ta' Artikolu 36 tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jagħti notifika li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim kienu ntemmu minn-naħa tal-Komunita. Artikolu 3 Fil-Kumitat Konġunt kif hemm provdut f'Artikolu 29 tal-Ftehim, il-Komunità għandha tkun rapreżentata mill-Kummissjoni, mgħejuna mir-repreżentanti ta' l-Istati Membri.. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1973. Għall-Kunsill Il-President R. VAN ELSLANDE Revised by Franco Bondin Proofread by Stephen Zammit