<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRT12011MTB.0300140301.case.xml"><NO.CASE>T-36/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010TO0036</NO.CELEX><NO.SEQ>0015.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-1407</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-1427</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TAL-<DATE ISO="20110324">24.3.2011</DATE> — KAWŻA T-36/10</LEFT><RIGHT>INTERNATIONALER HILFSFONDS vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T-36/10,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Internationaler Hilfsfonds eV,</HT> stabbilita f’Rosbach (il-Ġermanja), inizjalment irrappreżentata minn H. Kaltenecker, sussegwentement minn R. Böhm, u fl-aħħar nett minn H. Kaltenecker, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka,</HT> inizjalment irrappreżentat minn B. Weis Fogh u V. Pasternak Jørgensen, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, C. Vang u S. Juul Jørgensen, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><?PAGE NO="II-1408"?><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn P. Costa de Oliveira u T. Scharf, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għal annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> u tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> li jirrifjutaw l-aċċess komplet lil Internationaler Hilfsfonds tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011,</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, K. Jürimäe (Relatur) u M. van der Woude, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="II-1409"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Applikazzjoni għall-aċċess għal dokument għandha tiġi proċessata mill-ewwel […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista’, sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tar-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Proċessar ta’ applikazzjonijiet konfermatorji<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mal-ewwel. Sa żmien 15-il jum utli mir-reġistrazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti<?PAGE NO="II-1410"?> l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f’dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta’ rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha, jiġifieri proċeduri fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew ilment lill-Ombudsman, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli [263 TFUE] u [228 TFUE], rispettivament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>F’każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta’ applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta’ dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista’ jiġi estiż bi 15 il-jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Nuqqas mill-istituzzjoni li twieġed fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva u jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċedimenti fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew tagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat [FUE].<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Internationaler Hilfsfonds eV, hija organizzazzjoni mhux governattiva stabbilita skont id-dritt Ġermaniż fil-qasam tal-għajnuna umanitarja. Fit-<DATE ISO="19980428">28 ta’ April 1998</DATE>, hija ffirmat mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej il-kuntratt LIEN 97-2011 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>kuntratt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>) għal kofinanzjament ta’ programm ta’ għajnuna medika li hija organizzat fil-Każakistan.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1411"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19991001">1 ta’ Ottubru 1999</DATE>, il-Kummissjoni xoljiet unilateralment il-kuntratt u, insegwitu għal dan ix-xoljiment, fis-<DATE ISO="20010806">6 ta’ Awwissu 2001</DATE>, hija informat lir-rikorrenti bid-deċiżjoni tagħha li tirkupra somma lilha mħallsa fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20020309">9 ta’ Marzu 2002</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni sabiex tingħata aċċess għad-dokumenti li jirrigwardaw il-kuntratt. B’din l-applikazzjoni parzjalment sodisfatta, b’ittra tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, indirizzata lill-President tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti talbet li tingħata aċċess komplet għad-dokumenti li jirrigwardaw il-kuntratt. Billi din l-applikazzjoni tar-rikorrenti baqgħat ma ġietx għal kollox sodisfatta, din tal-aħħar ressqet ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew, li ġie rreġistrat bir-referenza 1874/2003/GG, fejn hija indikat ir-rifjut tal-Kummissjoni li tagħtiha aċċess komplet għad-dokumenti dwar il-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Wara abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE> indirizzat mill-Ombudsman lill-Kummissjoni u opinjoni mmotivata indirizzata fit-12 u fil-<DATE ISO="20041021">21 ta’ Ottubru 2004</DATE> mill-Kummissjoni lill-Ombudsman, dan tal-aħħar, fl-<DATE ISO="20041214">14 ta’ Diċembru 2004</DATE>, adotta deċiżjoni finali li fiha kkonstata, permezz ta’ kritika, li l-fatt li l-Kummissjoni ma pprovdietx raġunijiet validi li jistgħu jiġġustifikaw ir-rifjut tagħha li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal diversi dokumenti dwar il-kuntratt jikkostitwixxi każ ta’ amministrazzjoni ħażina.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE>, filwaqt li bbażat ruħha fuq il-konklużjonijiet tad-deċiżjoni finali tal-Ombudsman tal-<DATE ISO="20041214">14 ta’ Diċembru 2004</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet mill-ġdid lill-President tal-Kummissjoni, applikazzjoni ta’ aċċess komplet għad-dokumenti dwar il-kuntratt. Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20050214">14 Frar 2005</DATE>, il-Kummissjoni rrispondiet għal din l-applikazzjoni u, f’dan ir-rigward, iddeċidiet li ma tqiegħedx dokumenti oħra għad-dispożizzjoni tagħha ħlief dawk id-dokumenti li għalihom hija diġà kellha aċċess.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1412"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20050411">11 ta’ April 2005</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20050214">14 ta’ Frar 2005</DATE>, rikors li ġie rreġistrat bin-numru tal-Kawża T-141/05. Wara eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar, permezz tas-sentenza tal-<DATE ISO="20080605">5 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra), ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara appell tar-rikorrenti skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tas-sentenza tas-<DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE>, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (C-362/08 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra), annullat is-sentenza tal-<DATE ISO="20080605">5 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali u bagħtet lura l-kawża quddiem din għal deċiżjoni dwar it-talbiet tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20050214">14 ta’ Frar 2005</DATE>, li tiċħdilha l-aċċess għad-dokumenti inkwistjoni. Il-kawża mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali, li bħalissa għandha n-numru ta’ referenza T-141/05 RENV, hija pendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tat-28 u tal-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awissu 2009</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat applikazzjoni ġdida ta’ aċċess komplet għad-dokumenti dwar il-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE>, il-Kummissjoni rrispondiet għal din l-applikazzjoni l-ġdida għal aċċess komplet għad-dokumenti dwar il-kuntratt, billi ppreċiżat li fir-rigward taż-żmien li għadda mid-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni ta’ aċċess komplet għad-dokumenti tal-fajl tar-rikorrenti, tat-<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE>, li huwa s-suġġett tar-rikors fil-Kawża T-141/05, hija kienet għamlet eżami ġdid ta’ kull dokument fil-fajl ikkonċernat, li hija ma kinitx ġiet ipprovduta, u li insegwitu għal dan l-eżami, hija kienet iddeċidiet li tagħti lir-rikorrenti aċċess iktar estensiv, iżda mhux komplet, għal dawn id-dokumenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1413"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, irreġistrata mill-Kummissjoni fid-<DATE ISO="20091019">19 ta’ Ottubru 2009</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Kummissjoni sabiex terġa’ tikkunsidra r-risposta tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> fid-dawl tal-applikazzjoni l-ġdida tagħha għal aċċess komplet għad-dokumenti dwar il-kuntratt li tinsab fl-ittri tat-28 u tal-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20091110">10 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni estendiet it-terminu previst sabiex tirrispondi għall-applikazzjoni tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, b’mod li t-terminu sabiex tagħti risposta jiskadi fl-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li waslet għand ir-rikorrenti fit-<DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni inizjalment indikat li, billi t-talba tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE> teħtieġ eżami dettaljat ta’ ħafna dokumenti rilevanti u li d-diskussjonijiet dwar dan mad-dipartimenti l-oħra kienu għadhom ma ntemmux, hija sfortunatament ma kinitx tista’ tagħti risposta finali. Sussegwentement, il-Kummissjoni żiedet dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament […] Nru 1049/2001, inti intitolata li tibda proċeduri quddiem il-[Qorti Ġenerali] jew l-Ombudsman. Madankollu, l-ittra ta’ risposta hija kważi lesta, u għalhekk inti dalwaqt tista’ tistenna risposta ddettaljata tal-Kummissjoni […]. Id-deċiżjoni ser tkunlek ikkomunikata malajr kemm jista’ jkun. […]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20100201">1 ta’ Frar 2010</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jinvolvu, minn naħa, l-ittra tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> u, min-naħa loħra, l-ittra tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1414"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100505">5 ta’ Mejju 2010</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali risposta li fiha talbet li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni u li tiġi</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-20 ta’ approvata miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura. Lulju 2010, ir-rikorrenti, skont l-Artikolu 48 tar-Regoli tal-Proċedura, ressqet motivi ġodda, li jidhru li huma intiżi li jinkludu fl-argumenti tagħha f’dan ir-rikors, argumenti li huma allegatament simili għal dawk milqugħa mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tas-<DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE>, Agrofert Holding vs Il-Kummissjoni (T-111/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20100824">24 ta’ Awwissu 2010</DATE>, ir-Renju tad-Danimarka ġie ammess jintervjeni insostenn tat-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara talba mill-Qorti Ġenerali għal iktar informazzjoni, fejn stiednet lill-partijiet fil-kawża sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet eventwali tagħhom u l-konsegwenzi possibbli li jistgħu jiġbdu mill-motivi u mid-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, Co-Frutta vs Il-Kumissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-355/04+T-446/04" PAGE.ECR="II-1" YEAR="2010">T-355/04 u T-446/04, Ġabra p. II-1</REF.DOC.ECR>), fir-rigward tal-interess ġuridiku tar-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE> u l-introduzzjoni tar-rikors fil-Kawża T-300/10, l-imsemmija partijiet ippreżentaw ir-risposti rispettivi tagħhom fit-terminu previst.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ittra ta’ risposta tagħha tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, ir-rikorrenti ssostni li hija għandha interess ġuridiku f’dan il-każ u li, jekk wieħed jassumi li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi mod ieħor, din għandha, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża, tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1415"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ittra ta’ risposta tagħha tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-Kummissjoni ssostni b’mod partikolari li, meta r-rikorrenti ppreżentat rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, hija tilfet l-interess ġuridiku tagħha f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-ittra ta’ risposta tagħha tal-<DATE ISO="20101015">15 ta’ Ottubru 2010</DATE>, ir-Renju tad-Danimarka ma xtaqx jagħmel osservazzjonijiet dwar l-interess ġuridiku tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, sostnuta mir-Renju tad-Danimarka, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannnulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> u tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>billi dawn jirrifjutawlha l-aċċess għad-dokumenti mhux żvelati<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/> li jirrigwardaw il-kuntratt;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><?PAGE NO="II-1416"?><ITEM><P>fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikors huwa intiż kontra deċiżjoni negattiva impliċita, tiċħad ir-rikors billi ma għandux skop;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-kuntest purament fattwali li fih kull deċiżjoni kkontestata mir-rikorrenti f’din il-kawża ġiet adottata, huwa paċifiku fost il-partijiet li l-ittra tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> intbagħtet lir-rikorrenti bħala risposta għall-applikazzjoni l-ġdida tagħha ta’ aċċess komplet għad-dokumenti dwar il-kuntratt li tinsab fl-ittri tat-28 u tal-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE>. Huwa wkoll paċifiku li l-ittra tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> ġiet indirizzata lir-rikorrenti wara li din tal-aħħar bagħtet l-applikazzjoni tagħha tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn dan, hekk kif l-istess rikorrenti sostniet fir-rikors u mingħajr dan ma ġie kkontestat mill-Kummissjoni, għandu jiġi kkunsidrat li, minn naħa, l-ittri tar-rikorrenti tat-28 u tal-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE> ġew indirizzati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1049/2001 u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati flimkien bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>l-applikazzjoni inizjali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/> skont it-tifsira ta’ dan l-artikolu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>applikazzjoni inizjali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>) u, min-naħa l-oħra, l-ittra tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE> ġiet indirizzata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tal-istess regolament u għalhekk għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>applikazzjoni konfermatorja<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/> fis-sens ta’ dan l-artikolu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>applikazzjoni konfermatorja<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1417"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl taċ-ċirkustanzi preċedenti, għandha, minn naħa, tiġi vverifikata l-ammissibbiltà tat-talbiet għal annullament tar-rikorrenti intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-ittra tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> u, min-naħa l-oħra, jekk ir-rikorrenti għandha interess ġuridiku, fir-rigward tat-talbiet tagħha għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-ittra tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">F’dak illi jirrigwarda l-ammissibbiltà tat-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura, meta rikors ikun manifestament inammissibbli, il-Qorti Ġenerali tista’, mingħajr ma tkompli l-proċedura, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tqis li għandha biżżejjed informazzjoni permezz tad-dokumenti tal-fajl u tiddeċiedi, bl-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, li tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar l-ammissibilità tat-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikors għal annullament għandu jitressaq f’terminu ta’ xahrejn mill-pubblikazzjoni tal-att ikkontestat, jew minn meta dan jiġi nnotifikat lir-rikorrent, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata minn meta r-rikorrent ikun sar jaf bih, skont il-każ. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura, dan it-terminu għandu jiżdied b’terminu ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, dan it-terminu għall-preżentata ta’ rikors huwa terminu ta’ ordni pubbliku li ġie stabbilit bil-għan li tkun żgurata ċ-ċarezza u<?PAGE NO="II-1418"?> ċ-ċertezza tas-sitwazzjonijiet legali u bil-għan li jkunu evitati kull diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tivverifika, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk dan it-terminu ġiex osservat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE>, Coen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/95" PAGE.ECR="I-403" YEAR="1997">C-246/95, Ġabra p. I-403</REF.DOC.ECR>, punt 21, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19970918">18 ta’ Settembru 1997</DATE>, Mutual Aid Administration Services vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-121/96+T-151/96" PAGE.ECR="II-1355" YEAR="1997">T-121/96 u T-151/96, Ġabra p. II-1355</REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li, fl-applikazzjoni konfermatorja tagħha tal-<DATE ISO="20101015">15 ta’ Ottubru 2010</DATE>, ir-rikorrenti stiednet lill-Kummissjoni terġa’ tikkunsidra r-risposta għall-applikazzjoni l-ġdida tagħha, li tinsab fl-ittra tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE>. Għalhekk, mingħajr ma kien hemm il-bżonn li tiġi ddeterminata d-data preċiża li fiha din l-ittra tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> ġiet innotifikata lir-rikorrenti jew meta saret taf biha, għandu jiġi kkunsidrat li tali notifika jew għarfien seħħ l-iktar tard fil-<DATE ISO="20101015">15 ta’ Ottubru 2010</DATE>, data li fiha r-rikorrenti ppreżentat l-applikazzjoni konfermatorja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn dan, ir-rikorrenti la stabiliet u lanqas ma invokat l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri li jippermetti deroga mit-terminu inkwistjoni abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 53 ta’ dan l-Istatut.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi preċedenti kollha, it-terminu ta’ xahrejn għall-preżentata ta’ rikors beda jiddekorri l-iktar tard, skont l-Artikolu 101(1)(a) tar-Regoli tal-Proċedura, fis-<DATE ISO="20091016">16 ta’ Ottubru 2009</DATE>, jiġifieri l-jum wara dak li fih ir-rikorrenti jkun, l-iktar, ġie nnotifikat jew sar jaf bl-ittra tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE>. Dan it-terminu għalhekk kien skada, l-iktar tard, fid-<DATE ISO="20091229">29 ta’ Diċembru 2009</DATE>, fid-dawl tat-terminu ta’ għaxart ijiem minħabba d-distanza u, skont l-Artikolu 101(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tal-posponiment tal-iskadenza ta’ terminu billi jintemm nhar ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd jew f’jum ta’ vaganza stabbilit skont il-liġi, jew għall-inqas xahar u tliet ijiem qabel il-preżentata ta’ dan ir-rikors, billi huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE>, fl-<DATE ISO="20100201">1 ta’ Frar 2010</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1419"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Jirriżulta li dan ir-rikors, sa fejn jirrigwarda l-annullament tad-deċiżjoni implikata fl-ittra tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE>, għandu jkun ikkwalifikat bħala tardiv u għalhekk għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli, mingħajr ma jkun hemm lok li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">F’dak illi jirrigwarda l-interess ġuridiku tar-rikorrenti fir-rigward tat-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq is-suġġett tat-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-partijiet ma jaqblux dwar jekk it-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru humiex, essenzjalment, deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjoni konfermatorja (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li, f’dan il-każ, fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni indikat lir-rikorrenti li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tirrispondi, fit-terminu previst, għall-applikazzjoni konfermatorja. Barra minn dan, f’din l-ittra, il-Kummissjoni indikat lir-rikorrenti li, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, hija kienet intitolata tibda proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali jew l-Ombudsman. Għaldaqstant, fid-dawl tal-kliem tal-ittra tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni mhux biss hija stess ikkonstatat li ma kinitx f’pożizzjoni li tieħu deċiżjoni fit-terminu previst, wara estensjoni ta’ dan, għall-applikazzjoni konfermatorja, iżda barra minn dan, hija fakkritha bir-rimedji disponibbli għaliha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, fil-każ ta’ nuqqas ta’ risposta tal-istituzzjoni għal<?PAGE NO="II-1420"?> applikazzjoni konfermatorja. Konsegwentament, għandu jiġi kkonstatat, kif stqarret ir-rikorrenti fir-replika, li fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni kienet prinċipalment illimitat ruħha, filwaqt li informat b’mod sussidjarju lir-rikorrenti li setgħet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>dalwaqt […] tistenna risposta ddettaljata tal-Kummissjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/>, li tirrikonoxxi li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tadotta risposta għall-applikazzjoni konfermatorja u li dan in-nuqqas ta’ risposta seta’ jkun is-suġġett ta’ rikors ġudizzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali tfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-prinċipju, kemm il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll il-Qorti Ġenerali jirrifjutaw li jirrikonoxxu, sakemm ma tiġix ikkontestata s-sistema ta’ rimedji stabbilita mit-Trattat FUE, li s-sempliċi silenzju ta’ istituzzjoni għandu jiġi kkunsidrat bħal deċiżjoni impliċita, ħlief fl-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet espliċiti li jistabbilixxu terminu li meta jiskadi tali deċiżjoni tkun meqjusa li saret minn dik l-istituzzjoni li kienet ġiet mitluba tieħu pożizzjoni u li tiddefinixxi l-kontenut ta’ din id-deċiżjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20041209">9 ta’ Diċembru 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Greencore, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-123/03 P" PAGE.ECR="I-11647" YEAR="2004">C-123/03 P, Ġabra p. I-11647</REF.DOC.ECR>, punt 45; sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19991213">13 ta’ Diċembru 1999</DATE>, SGA vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-189/95+T-39/96+T-123/96" PAGE.ECR="II-3587" YEAR="1999">T-189/95, T-39/96 u T-123/96, Ġabra p. II-3587</REF.DOC.ECR>, punt 27; Sodima vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-190/95+T-45/96" PAGE.ECR="II-3617" YEAR="1999">T-190/95 u T-45/96, Ġabra p. II-3617</REF.DOC.ECR>, punt 32, u tad-<DATE ISO="20090909">9 ta’ Settembru 2009</DATE>, Brink’s Security Luxembourg vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-437/05" PAGE.ECR="II-3233" YEAR="2009">T-437/05, Ġabra p. II-3233</REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tar-Regolament Nru 1049/2001, mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu 8(3) jirriżulta li l-leġiżlatur ried li n-nuqqas ta’ tweġiba mill-istituzzjoni fit-terminu previst, għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet konfermatorji skont l-Artikolu 8(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, jikkostitwixxi risposta negattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, minn naħa, jistabbilixxu b’mod espliċitu terminu li meta jiskadi, fl-assenza ta’ deċiżjoni li twieġeb għall-applikazzjoni konfermatorja,<?PAGE NO="II-1421"?> l-istituzzjoni inkwistjoni titqies bħallikieku adottat deċiżjoni impliċita u, min-naħa l-oħra, tiddefinixxi l-kontenut ta’ din tal-aħħar, jiġifieri li din hija deċiżjoni negattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-leġiżlatur, dejjem fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, espressament ippreveda li din id-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tista’ tkun is-suġġett, minn naħa tar-rikorrenti, ta’ rikors ġudizzjarju skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 38 iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li s-silenzju ta’ istituzzjoni insegwitu għal applikazzjoni konfermatorja għandu jiġi ttrattat bħala deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors ġudizzjarju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tqis li t-talbiet għal annullament intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> għandhom jiġu interpretati bħala li huma intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda li tirriżulta min-nuqqas ta’ risposta mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni konfermatorja, nuqqas li ġie kkonstatat mill-istess Kummissjoni f’dik l-ittra.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-interess ġuridiku tar-rikorrenti fir-rigward tat-talbiet għal annullament intiżi kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull waqt, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, u wara li tisma’ lill-partijiet, tiddeċiedi fuq l-inammissibbiltà għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku. F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tqis li għandha biżżejjed informazzjoni permezz tad-dokumenti prodotti u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-partijiet matul il-proċedura bil-miktub, b’mod li ma hemmx lok li jingħata bidu għall-proċedura orali.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1422"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita, in-nuqqas ta’ interess ġuridiku jikkostitwixxi inammissibbiltà għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku li l-qorti tal-Unjoni tista’ teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20040928">28 ta’ Settembru 2004</DATE>, MCI vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-310/00" PAGE.ECR="II-3253" YEAR="2004">T-310/00, Ġabra p. II-3253</REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kundizzjonijiet għall-ammissibilità tar-rikors jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’riżerva għall-kwistjoni differenti tat-telf tal-interss ġuridiku, fil-mument tal-preżentata tar-rikors (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, Shaw u Falla vs Il-Kummisjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-131/99" PAGE.ECR="II-2023" YEAR="2002">T-131/99, Ġabra p. II-2023</REF.DOC.ECR>, punt 29, u l-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, din il-kunsiderazzjoni għall-mument tal-evalwazzjoni tal-ammissibbilità tar-rikors ma tistax twaqqaf lill-Qorti Ġenerali milli tikkonstata li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors, fil-każ fejn rikorrent li fil-bidu kellu interess ġuridiku, iżda tilef kull interess personali fl-annullament tad-deċiżjoni kkontestata minħabba avveniment li seħħ wara li ġie ppreżentat l-imsemmi rikors. Fil-fatt, sabiex rikorrent ikun jista’ jippreżenta rikors għal annullament ta’ deċiżjoni, huwa għandu jibqa’ jkollu interess personali fl-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20051017">17 ta’ Ottubru 2005</DATE>, First Data <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-28/02" PAGE.ECR="II-4119" YEAR="2005">T-28/02, Ġabra p. II-4119</REF.DOC.ECR>, punti 36 u 37, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE>, Alitalia vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-301/01" PAGE.ECR="II-1753" YEAR="2008">T-301/01, Ġabra p. II-1753</REF.DOC.ECR>, punt 37), għaliex, inkella, jekk l-interess ġuridiku tar-rikorrent jintilef matul il-proċedura, deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar il-mertu ma tkunx tista tipprovdilu ebda benefiċċju (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Wunenburger vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-362/05 P" PAGE.ECR="I-4333" YEAR="2007">C-362/05 P, Ġabra p. I-4333</REF.DOC.ECR>, punt 43, u s-sentenza Co-Frutta vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku fost il-partijiet, li fid-data tal-preżentata tar-rikors f’din il-kawża, ir-rikorrenti kienet biss irċeviet bħala risposta għall-applikazzjoni konfermatorja, l-ittra tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> li fiha l-Kummissjoni essenzjalment informatha bl-eżistenza ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda. Għalhekk, f’dik id-data, ir-rikorrenti kellha interess ġuridiku u r-rikors kien ammissibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1423"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, huwa stabbilit ukoll li, wara l-ittra tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> (punt 14 iktar ’il fuq), il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, irrispondiet b’mod espliċitu u finali għall-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti u, tagħtha aċċess għal dokumenti ġodda fil-fajl dwar il-kuntratt, mingħajr ma madankollu tagħtha aċċess komplet. Permezz tar-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20100709">9 ta’ Lulju 2010</DATE>, ir-rikorrenti ressqet rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn dan, jirriżulta mill-motivi esposti mir-rikorrenti fir-replika tal-<DATE ISO="20100705">5 ta’ Lulju 2010</DATE>, li din ma xtaqietx, wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, li tadatta t-talbiet tagħha għall-annullament esposti f’din il-kawża. Għall-kuntrarju, dejjem fir-replika, hija informat espressament lill-Qorti Ġenerali li kienet iddeċidiet li tippreżenta rikors ġdid kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, li hekk kif indikat fil-punt 48 iktar ’il fuq, hija fil-fatt għamlet fid-<DATE ISO="20100709">9 ta’ Lulju 2010</DATE>, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors billi dan huwa intiż kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda, sa fejn ir-rikorrenti ma għandhiex iktar interess personali għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni minħabba fl-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, b’risposta għall-applikazzjoni konfermatorja, fejn hija barra minn dan talbet l-annullament tal-Kawża T-300/10, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, il-Kummissjoni, fil-fatt, irrispondiet b’mod espliċitu għall-applikazzjoni konfermatorja, fatt li r-rikorrenti ma tikkontestax, u b’hekk, impliċitament irtirat id-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li dan ir-rikors, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi kkunsidrata l-ammissibbiltà tal-motiv il-ġdid imressaq mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20100720">20 ta’ Lulju 2010</DATE> (punt 17 iktar ’il fuq), għandu jiġi ddikjarat bħala<?PAGE NO="II-1424"?> manifestament inammissibbli billi huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE> u li tilef l-iskop tiegħu billi huwa intiż kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża hija kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Billi r-rikorrenti tilfet, minħabba li r-rikors għal annullament tagħha, sa fejn dan jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE>, huwa manifestament inammissibbli, hija għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni fir-rigward tat-talbiet għal annullament intiżi kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn dan, għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 87(6) tar-Regoli tal-Proċedura, fil-każ li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, li jirrigwarda t-telf tal-iskop tar-rikors billi dan huwa intiż kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li, hekk kif il-Kummissjoni espressament ammettiet fl-ittra tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, hija ma setatx, fl-iskadenza tat-terminu previst skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001, jiġifieri, f’dan il-każ, wara estensjoni, fl-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, tadotta risposta għall-applikazzjoni konfermatorja. Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li kienet indikat il-Kummissjoni f’din l-istess ittra,<?PAGE NO="II-1425"?> jiġifieri li r-rikorrenti setgħet tistenna fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>żmien qasir<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/> risposta ddettaljata, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni konfermatorja ġiet adottata biss fid-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, jiġifieri kważi ħames xhur wara li bagħtet l-ittra tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li r-rikorrenti rċeviet fit-<DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>, u għaldaqstant iktar minn xahrejn u nofs wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors għall-annullament li għandu r-rikorrenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE sabiex jikkontesta, hekk kif awtorizzat mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-legalità tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjoni konfermatorja. Fl-aħħar nett, sa fejn ma huwiex għall-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi fuq il-mertu tal-għażla tar-rikorrenti li tippreżenta rikors ġdid kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, minflok taġġorna l-konklużjonijiet tagħha f’din il-kawża sabiex jirriflettu din id-deċiżjoni, dan il-fatt ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali fl-istadju tal-ħlas tal-ispejjeż, fuq il-bażi tal-Artikolu 87(6) tar-Regoli ta’ Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tal-fatti li jikkaratterizzaw il-każ inkwistjoni u b’mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni manifestament eċċediet it-terminu stabbilit li kienet tiddisponi minnu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001, sabiex tagħti risposta għall-applikazzjoni konfermatorja, billi r-rikorrenti ma kellha l-ebda għażla oħra sabiex tipproteġi d-drittijiet tagħha, ħlief li tippreżenta dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut, hemm lok li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mir-rikorrenti fir-rigward tat-talbiet għal annullament intiżi kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri intervenjenti fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Għalhekk, ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1426"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors għal annullament, sa fejn huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE>, huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ Internationaler Hilfsfonds eV għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad l-applikazzjoni tagħha tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE> ta’ aċċess għad-dokumenti dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Internationaler Hilfsfonds hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni f’dak illi jirrigwarda t-talbiet għal annullament, sa fejn dawn huma intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20091009">9 ta’ Ottubru 2009</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi minn Internationaler Hilfsfonds f’dak illi jirrigwarda t-talbiet għal annullament, sa fejn dawn huma intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-1427"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.</HT></TXT><P>Il-Lussemburgu, l-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>.</P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>E. Coulon</P><P>I. Pelikánová</P><P>Reġistratur</P><P>President</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>