26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/66


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 886/2009

tal-25 ta’ Settembru 2009

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ dik il-preparazzjoni kien awtorizzat b’mod provviżorju għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1812/2005 (2).

(5)

Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2008, l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 ma għandhiex effett mhux mixtieq fuq saħħet l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-preparazzjoni jista’ jkollha benefiċċju sinifikanti fuq id-diġestjoni tal-fibra (3). L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18.

(3)   Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 991, p. 1-14.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a1704

Alltech Franza

Saccharomyces cerevisiae

CBS 493.94

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae

CBS 493.94 li fiha minimu ta':

addittiv f’forma solida ta’ 1 × 109 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94

 

Metodu analitiku (1):

 

Enumerazzjoni: il-metodu pour plate bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol

 

Identifikazzjoni: il-metodu tar-reazzjoni katina tal-polymerase (PCR).

Żwiemel

—

1,6 × 109

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta' żmien fil-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Doża rakkomanata: 4.7 × 109 CFU/kg ta’ għalf sħiħ

16 ta’ Ottubru 2019


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives