|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4402 |
8.7.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11604 — MONTAGU / TA ASSOCIATES / HARVEST)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4402)
1.
Fis-27 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Montagu Private Equity LLP (“Montagu”, ir-Renju Unit), |
|
— |
TA Associates Management, L.P. (“TA Associates”, L-Istati Uniti), |
|
— |
Harvest Group (“Harvest”, Franza), li bħalissa fl-aħħar mill-aħħar huwa kkontrollat mill-grupp Rothschild & Co (Franza). |
Montagu u TA Associates se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Harvest.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Montagu hija ditta ta’ ekwità privata li tiffoka fuq investimenti f’akkwiżizzjonijiet ta’ kumpaniji, |
|
— |
Ta Associates hija ditta ta’ ekwità privata li ġeneralment tinvesti f’ħames setturi ewlenin, jiġifieri t-teknoloġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, il-konsumaturi, u l-industriji tas-servizzi tan-negozju fl-Amerika ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja, |
|
— |
Harvest toħloq u tfassal soluzzjonijiet diġitali u software għall-professjonisti fil-ġestjoni tal-ġid u l-finanzi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11604 — MONTAGU / TA ASSOCIATES / HARVEST
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4402/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)