2004R0447 — MT — 16.12.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 447/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 (ĠU L 072, 11.3.2004, p.64) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
COMMISSION REGULATION (EC) No 2003/2005 of 8 December 2005 (*) |
L 322 |
5 |
9.12.2005 |
|
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 447/2004
ta' l-10 ta' Marzu 2004
li jippreskrivi r-regoli biex tiġi faċilitata t-transizzjoni minn sostenn taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għal dak li hemm provvediment dwaru fir-Regolamenti (KE) Nri 1257/1999 u 1260/1999 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu.
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikoli 32(5) u 33(5) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 ( 1 ) introduċa sostenn tal-Komunità għal miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' l-lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni (il-programm Sapard). Dak il-programm jikkomprendi serje ta' miżuri li għandhom ikunu sostnuti wara l-adeżjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti ( 2 ) jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 li jippreskrivi dispożizzjonijiet ġenerali dwar Fondi Strutturali ( 3 ). Biex tiġi faċilitata t-transizzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta' sostenn, il-perjodu li matulu jkunu jistgħu jsiru kommessi lill-benefiċjarji taħt il-programm Sapard għandu jkun speċifikat. |
|
(2) |
Għandhom ikunu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom proġetti approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 iżda li ma jistgħux ikunu aktar iffinanzjati taħt dak ir-Regolament jistgħu jkunu trasferiti għal programmar ta' żvilupp rurali. |
|
(3) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar Strutturi Agrikoli u Żvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tifsira
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament “Stati Membri ġodda” tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.
Artikolu 2
Tmiem tal-perjodu kontraenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999
1. Fir-rigward ta' miżuri li jistgħu jkunu finanzjati wara l-adeżjoni mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) Sezzjoni tal-Garanzija taħt l-Artikolu 47a tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jkomplu jikkontrattaw jew jidħlu f'kommessi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 sad-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tal-pjan ta' żvilupp rurali.
2. Fir-rigward ta' miżuri jew submiżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 li jistgħu jiġu finanzjati wara l-adeżjoni mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) Sezzjoni Gwida taħt l-Artikolu 2(2)a tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jkomplu jikkontrattaw jew jidħlu f'kommessi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 sad-data li fiha jibdew jikkontrattaw jew jidħlu f'kommessi għal miżuri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999.
Artikolu 3
Finanzjament ta' proġetti Sapard fejn l-approprjazzjonijiet ikunu spiċċaw
1. Għall-proġetti kuntrattati mill-2002 taħt il-miżuri msemmija fir-raba', is-seba' u l-14-il inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999, nefqa magħmula ‘l hinn mill-31 ta' Diċembru 2006 tista' tiġi nkluża fl-ipprogrammar ta' żvilupp rurali għall-perjodu 2004 sa' 2006 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u finanzjati mis-Sezzjoni Garanzija FAEGG.
2. The ex-post evaluations of the relevant Sapard programmes provided for in Article 12 of Commission Regulation (EC) No 2759/1999 ( 4 ), as well as payments for projects for which appropriations under Regulation (EC) No 1268/1999 are exhausted or insufficient, may be included in rural development programming for the period 2004 to 2006 under Regulation (EC) No 1257/1999 and financed by the EAGGF Guarantee Section.
3. Fejn l-Istati Membri l-ġodda japplikaw il-paragrafi 1 u 2, huwa għandhom jindikaw l-ammonti li jikkorrispondu ma' l-approprjazzjonijiet kommessi fit-tabella ta' finanzjament imniżżla fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 141/2004 ( 5 ).
4. Ir-regoli dwar l-eliġibilità ta' u l-verifiki dwar assistenza taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandhom jibqgħu japplikaw.
5. Il-lista tal-proġetti magħżula għandha titħejja mill-Istat Membru ġdid konċernat.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal u fid-data tal-bidu fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 696/2003 (ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 24).
( 2 ) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
( 3 ) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1105/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.2003, p. 3).
( 4 ) OJ L 331, 23.12.1999, p. 51.
( 5 ) ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 25.