31999L0061

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/61/KE tat-18 ta' Ġunju 1999 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 79/373/KEE u 96/25/KE (Test b'relevanza ŻEE)

Official Journal L 162 , 26/06/1999 P. 0067 - 0068
CS.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433
ET.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433
HU.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433
LT.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433
LV.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433
MT.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433
PL.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433
SK.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433
SL.ES Chapter 3 Volume 25 P. 432 - 433


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/61/KE

tat-18 ta' Ġunju 1999

li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 79/373/KEE u 96/25/KE

(Test b'relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-kummerċ ta' komposizzjonijiet ta' l-għalf [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 98/87/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(e) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' materjali ta' l-għalf, li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u li tħassar id-Direttiva 77/101/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/67/KE [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

(1) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/381/KE tas-27 ta' Ġunju 1994 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward għall-enċefalopatija sponġiformi fl-annimali tal-fart u t-tmigħ ta' proteini li jkunu ttieħdu mill-mammali [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/129/KE [6], jipprojbixxi t-tmigħ ta' proteini miksuba mit-tessuti tal-mammali lill-annimali li jixtarru filwaqt li teżenta ċerti prodotti peress li huma kunsidrati li ma jippreżentawx riskju lis-saħħa;

(2) Billi d-Deċiżjoni 1999/129/KE testendi l-lista ta' prodotti eżentati għall "proteini idrolizzati b'piż molekulari anqas minn 10000 daltons miksuba minn ġlud ta' l-annimali", prodotti permezz ta' ċerti kondizzjonijiet;

(3) Billi, għal raġunijiet prattiċi u minħabba l-konsistenza legali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/420/KE [7] temenda b'mod xieraq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/516/KEE [8] li tistabbilixxi lista ta' ingredjenti li l-użu tagħhom huwa pprojbit fil-komposizzjonijiet ta' l-għalf;

(4) Billi d-Direttivi 96/25/KE u 79/373/KEE jistabbilixxu rispettivament regoli ġenerali u speċifiċi għat-tikkettjar ta' materjali għall-għalf u komposizzjonijiet ta' l-għalf; billi sabiex jipprevjienu lill-utenti ta' l-għalf li fihom proteini li nkisbu minn ċerti tessuti mill-mammali milli jitimgħuhom lill-annimali li jixtarru minħabba li jinjoraw ir-regoli kurrenti dwar l-għalf u dawk veterinarji, dawn id-Direttivi jipprevedu tikkettjar xieraq ta' dan l-għalf billi jiġbdu l-attenzjoni għall-projbizzjoni ta' l-użu tagħhom fl-għalf ta' l-annimali li jixtarru u li tinkludi wkoll il-lista ta' prodotti eżenti; billi din il-lista għandha għal dan l-għan tkun emendata b'mod xieraq;

(5) Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-Punt 7.1, it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż fil-Parti A ta' l-Anness tad-Direttiva 79/373/KEE jinbidel bit-test li ġej:

"— proteini idrolizzati b'piż molekulari ta' anqas minn 10000 daltons li:

(i) saru minn ġlud miksuba minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li għaddew minn spezzjoni ante mortem minn uffiċjal veterinarju b'konformità mal-Kapitolu VI ta' l-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE u mgħoddija bħala tajbin, bħala riżultat ta' din l-ispezzjoni, għall-qatla għall-iskop ta' dik id-Direttiva;

u

(ii) prodotti minn proċess ta' produzzjoni li tinvolvi miżuri xierqa sabiex inaqqsu l-kontaminazzjoni tal-ġlud, preparment tal-ġlud bil-melħ, trattament bil-ġir u ħasil intensiv segwit bl-eposizzjoni tal-materjal għal pH ta' > 11 għal > 3 siegħat f'temperatura ta' > 80 °C u segwiti bi trattament bis-sħana f'temperatura ta' > 140 °C għal 30 minuta fi pressjoni ta' > 3,6 bar jew minn proċess ta' produzzjoni ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku xieraq;

u

(iii) jiġu minn stabbilimenti li għandhom programm ta' verifika li jwettqu huma stess (HACCP);"

Artikolu 2

Il-Punt 1, it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż fil-Parti A il-kapitolu VIII ta' l-Anness tad-Direttiva 96/25/KE huwa mibdul bit-test li ġej:

"— proteini idrolizzati b'piż molekulari ta' anqas minn 10000 daltons li:

(i) inkisbu minn ġlud miksuba minn annimal li nqatlu f'biċċerija u li għaddew minn spezzjoni ante mortem minn uffiċjal veterinarju b'konformità mal-Kapitolu VI ta' l-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE u mgħoddija bħala tajbin, b'riżultat ta' din l-ispezzjoni, għall-qatla għall-iskop ta' dik id-Direttiva;

u

(ii) prodotti minn proċess tal-produzzjoni li tinvolvi miżuri xierqa sabiex inaqqsu l-kontaminazzjoni tal-ġlud, il-preparment tal-ġlud bil-melħ, trattament bil-ġir u ħasil intensiv segwit bl-esposizzjoni tal-materjal għal pH ta' > 11 għal > 3 siegħat f'temperatura ta' > 80 °C u wara jgħaddu minn trattament bis-sħana f'temperatura ta' > 140 °C għal 30 minuta fi pressjoni ta' > 3,6 bar jew minn proċess ta' produzzjoni ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku xieraq;

u

(iii) jiġu minn stabbilimenti li għandhom programm ta' verifika li jwettqu huma stess (HACCP);"

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 1999 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

Magħmula fil-Brussel, it-18 ta' Ġunju, 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 86, tas-6.4.1979, pġ. 30.

[2] ĠU L 318, tas-27.11.1998, pġ. 43.

[3] ĠU L 125, tat-23.5.1996, pġ. 35.

[4] ĠU L 261, ta’ l-24.9.1998, pġ. 10.

[5] ĠU L 172, tas-7.7.1994, pġ. 23.

[6] ĠU L 41, tas-16.2.1999, pġ. 14.

[7] Ara l-paġna 69 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[8] ĠU L 281, tad-9.10.1991, pġ. 23.

--------------------------------------------------