|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2609 |
24.11.2023 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2609
tat-22 ta’ Novembru 2023
li tħassar id-Deċiżjoni 2008/698/KE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Afrika ta’ Isfel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jfasslu listi tal-pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom għandu jkun permess id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji speċifiċi ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi miżuri biex jiġi żgurat id-dħul sikur fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn pajjiżi terzi jew territorji, jew miż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess li jidħlu fl-Unjoni dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji, u ż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini. |
|
(5) |
L-Afrika t’Isfel hija elenkata fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, assenjata lill-Grupp Sanitarju F u reġjonalizzata bħala żona ZA-1, ristretta għaż-żona Metropolitana ta’ Cape Town. Id-dħul fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati minn din iż-żona ilu sospiż mit-3 ta’ Mejju 2011. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/698/KE (4) ġiet adottata skont l-Artikolu 13(2), l-Artikoli 14, 15 u 16, u l-Artikolu 19, il-punt (i), tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE (5) u tistabbilixxi l-garanziji addizzjonali fir-rigward tad-dħul temporanju u l-importazzjoni taż-żwiemel irreġistrati mill-Afrika t’Isfel. Id-Deċiżjoni 2008/698/KE pprevediet ukoll ir-reġjonalizzazzjoni tal-Afrika t’Isfel, u indikat iż-żona Metropolitana ta’ Cape Town bħala żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel. Id-Direttiva 90/426/KEE tħassret bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE (6) li, min-naħa tagħha, tħassret bir-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(7) |
Mill-21 ta’ April 2021, id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/698/KE ma baqgħux validi. Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 u fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692, kif ukoll l-elenkar tal-pajjiżi terzi u t-territorji, u ż-żoni tagħhom, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, huma biżżejjed biex jiżguraw id-dħul sikur fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn pajjiżi terzi, inkluż mill-Afrika t’Isfel. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/698/KE titħassar. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/698/KE titħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/698/KE tat-8 ta’ Awwissu 2008 dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Afrika ta’ Isfel (ĠU L 235, 2.9.2008, p. 16).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2609/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)