1973L0239 — MT — 10.12.2005 — 016.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

L-EWWEL DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta’ Lulju 1973

dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja

(73/239/KEE)

(ĠU L 228, 16.8.1973, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 76/580/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1976

  L 189

13

13.7.1976

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 84/641/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1984

  L 339

21

27.12.1984

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/343/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1987

  L 185

72

4.7.1987

►M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/344/KEE tat-22 ta' Ġunju 1987

  L 185

77

4.7.1987

►M5

IT-TIENI DIRETTIVA TAL-KUNSILL 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988

  L 172

1

4.7.1988

►M6

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 90/618/KEE tat-8 ta' Novembru 1990

  L 330

44

29.11.1990

►M7

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992

  L 228

1

11.8.1992

►M8

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 95/26/KE tad-29 ta’ Ġunju 1995

  L 168

7

18.7.1995

►M9

ID-DIRETTIVA 2000/26/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi tas-16 ta’ Mejju 2000

  L 181

65

20.7.2000

►M10

ID-DIRETTIVA 2002/13/ke TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Marzu 2002

  L 77

17

20.3.2002

►M11

ID-DIRETTIVA 2002/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Diċembru 2002

  L 35

1

11.2.2003

►M12

ID-DIRETTIVA 2005/1/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b' relevanza għaż-ŻEE tad-9 ta' Marzu 2005

  L 79

9

24.3.2005

►M13

ID-DIRETTIVA 2005/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tas-16 ta’ Novembru 2005

  L 323

1

9.12.2005


Emendat bi:

 A1

  L 291

17

19.11.1979

►A2

  L 302

23

15.11.1985

►A3

  C 241

21

29.8.1994

►A4

  L 236

33

23.9.2003



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

L-EWWEL DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta’ Lulju 1973

dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja

(73/239/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu;

Wara li kkunsidra l-Programm Ġenerali ( 1 ) għall-abolizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment, u b’mod partikolari t-Titolu IV Ċ tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 );

Billi permezz tal-Programm Ġenerali t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ aġenziji u fergħat hija, fil-każ ta’ negozju dirett ta’ l-assigurazzjoni, dipendenti fuq il-koordinazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-bidu u t-tkomplija ta’ dan in-negozju; billi din il-koordinazzjoni għandha tkun effetwata fl-ewwel post fir-rigward ta’ assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja;

Billi sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu u t-tkomplija ta’ negozju fl-assigurazzjoni, huwa essenzjali li jkunu eliminati ċerti diverġenzi li jeżistu bejn il-leġislazzjoni nazzjonali ta’ sorveljanza; billi sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, u fl-istess waqt tiġi assigurata protezzjoni adegwata għal assigurat u partijiet mhux membri fl-Istati Membri kollha, huwa mixtieq li jiġu kkoordinati, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-garanziji finanzjarji meħtieġa minn impriżi ta’ l-assigurazzjoni;

Billi l-klassifika tar-riskji fil-klassijiet differenti ta’ l-assigurazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu determinati, b’mod partikolari, l-attivitajiet suġġetti għal awtorizzazzjoni obbligatorja u l-ammont tal-fond minimu ta’ garanzija stabbilit għal klassi ta’ l-assigurazzjoni ikkonċernata;

Billi huwa mixtieq li jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva assoċjazzjonijiet reċiproki li, permezz ta’ l-istatus legali tagħhom, jissodisfaw kondizzjonijiet approprjati rigward garanziji ta’ sigurtà u finanzjarji; billi huwa aktar mixtieq li jkunu esklużi ċerti istituzzjonijiet f’ħafna Stati Membri li n-negozju tagħhom ikopri biss settur limitat ħafna u li huwa ristrett mil-liġi għal territorju speċifikat jew għal persuni speċifikati;

Billi d-diversi liġijiet jikkontjenu regoli differenti rigward l-impenn simultanju ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, assigurazzjoni ta’ kreditu u assigurazzjoni ta’ titoli u assigurazzjoni għar-rigward ta’ rikors kontra partijiet mhux membri u d-difiża legali, sew jekk ma’ xulxin jew ma’ klassijiet oħra ta’ l-assigurazzjoni; billi il-kontinwità ta’ din id-diverġenza wara l-abolizzjoni ta’ restrizzjonijiet dwar id-dritt ta’ stabbiliment fi klassijiet apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja kienet tfisser li ostakoli għall-istabbiliment kienu jibqgħu jeżistu; billi soluzzjoni għal din il-problema għandha tiġi pprovduta f’koordinazzjoni sussegwenti li għandha tiġi effettwata f’ perijodu ta’ żmien relattivament qasir;

Billi huwa neċessarju li s-sorveljanza tiġi estiża f’kull Stat Membru għall-klassijiet kollha ta’ l-assigurazzjoni li għalihom tapplika din id-Direttiva; billi din is-superviżjoni mhijiex possibli sakemm l-impriża ta’ dawn il-klassijiet ta’ assigurazzjoni ma tkunx suġġetta għal awtorizzazzjoni uffiċjali; billi huwa għalhekk neċessarju li jiġu definiti l-kondizzjonijiet għall-għoti jew l-irtirar ta’ din l-awtorizzazzjoni; billi għandha ssir dispożizzjoni għad-dritt ta’ applikazzjoni lill-qrati fil-każ li awtorizzazzjoni tkun irrifjutata jew irtirata;

Billi huwa mixtieq li l-klassijiet ta’ assigurazzjoni magħrufa bħala klassijiet tat-trasport li għandhom in-Nri 4, 5, 6, 7 u 12 fil-Paragrafu A ta’ l-Anness, u l-klassijiet ta’ l-assigurazzjoni ta’ kreditu li għandhom in-Nri 14 u 15 fil-paragrafu A ta’ l-Anness, jinġjiebu taħt regoli aktar flessibli in vista tal-movimenti kontinwi fil-kondizzjonijiet li jaffetwaw il-merkanzija u l-kreditu;

Billi t-tfittix għal metodu komuni biex jiġu kkalkolati riservi tekniċi huwa preżentament is-suġġett ta’ studji fil-livell Komunitarju; billi jidher għalhekk li huwa mixtieq li jkun irriservat l-akkwist tal-koordinazzjoni f’din il-materja, kif ukoll kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-determinazzjoni ta’ kategoriji ta’ investimenti u l-valutazzjoni ta’ assi, għal Direttivi sussegwenti;

Billi huwa neċessarju li impriżi ta’ l-assigurazzjoni għandu jkollhom il-pussess, barra r-riservi tekniċi ta’ ammont suffiċjenti biex jissodisfa l-obbligazzjonjiet ta’ l-assigurazzjoni tagħhom, ta’ riserva supplementari, li għandha tkun magħrufa bħala l-marġini ta’ likwidità, u tkun irrappreżentata minn assi liberi, sabiex ikun hemm ipprovdut kontra movimenti fin-negozju; billi sabiex ikun assigurat li l-ħtiġijiet imposti għal dawn l-iskopijiet huma determinati skond kriterja objettivi, li permezz tagħhom impriżi ta’ l-istess daqs ikunu mqiegħda fuq l-istess livell fir-rigward ta’ kompetizzjoni, huwa mixtieq li jkun ipprovdut li dan il-marġini jkun relatat għall-volum globali tan-negozju ta’ l-impriża u jkun determinat b’referenza għal żewġ indiċi ta’ sigurtà, wieħed ibbażat fuq il-premium u l-ieħor fuq it-talbiet;

Billi huwa mixtieq li jkun meħtieġ fond minimu ta’ garanzija relatat għad-daqs tar-riskju fil-klassijiet meħuda, sabiex jiġi assigurat li l-impriżi jippossjedu riżorsi adegwati meta dawn jitwaqqfu u li fit-tmexxija sussegwenti tan-negozju l-marġini ta’ likwidità m’għandha fl-ebda każ taqa’ taħt minimu ta’ sigurtà;

Billi huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għall-każ meta l-kondizzjoni finanzjarja ta’ l-impriża ssir tali li tkun diffiċli li tissodisfa l-obbligazzjonjiet tagħha dwar l-assigurazzjoni;

Billi r-regoli kkoordinati li jikkonċernaw il-bidu u t-twettiq ta’ negozju jew assigurazzjoni diretta fil-Komunità għandhom, inprinċipju, japplikaw għall-impriżi kollha li jidħlu fis-suq, u, konsegwentement, ukoll għal aġenziji u fergħat meta l-uffiċju ta’ l-impriża jkun jinstab barra l-Komunità; billi huwa, madanakollu, mixtieq fir-rigward tal-metodi ta’ sorveljanza li ssir dispożizzjoni speċjali fir-rigward ta’ dawn l-aġenziji jew fergħat invista tal-fatt li l-assi ta’ l-impriżi li jappartjenu għalihom ikunu jinstabu barra l-Komunità;

Billi huwa, madanakollu, mixtieq li jkun permess ir-rilass ta’ dawn il-kondizzjonijiet speċjali, waqt li jkun osservat il-prinċipju li dawn l-aġenziji u fergħat m’għandhomx jakkwistaw trattament iktar favorevoli mill-impriżi fil-Komunità;

Billi ċerti dispożizzjonijiet transitorji huma meħtieġa sabiex, b’mod partikolari, impriżi żgħar u ta’ daqs medju diġà eżistenti jkunu permessi jaddattaw irwieħhom għall-ħtiġiet li għandhom ikunu imposti mill-Istati Membru skond din id-Direttiva, soġġetti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 53 tat-Trattat;

Billi huwa importanti li tkun iggarantita l-applikazzjoni unformi ta’ regoli koordinati u li jkun hemm previst, f’dan ir-rigward, għal kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri f’dan il-qasam;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



It-Titolu I —

Dispożizzjonijiet Ġenerali

▼M2

L-Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva tikkonċerna l-bidu u t-twettiq ta l-attività ta’ min jaħdem għal rasu ta’ assigurazzjoni diretta, inkluża l-provvista ta’ assistenza msemmija fil-paragrafu 2, imwettqa minn intrapriżi li huma stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru jew li jixtiequ li jkunu stabbiliti hemmhekk.

2.  L-attività ta’ assistenza għandha tkun l-assistenza pprovduta għal persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultajiet waqt li jivvjaġġaw, waqt li jkunu ’l bogħod mid-dar jew waqt li jkunu ’l bogħod mir-residenza permanenti tagħhom. Għandha tkun tikkonsisti fl-impenn, kontra l-ħlas bil-quddiem ta’ premium, li tingħata assistenza immedjata lill-benefiċjarju taħt kuntratt ta’ assistenza meta dik il-persuna tkun tinstab f’diffikultajiet wara li jseħħ każ b’kumbinazzjoni, fil-każijiet u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt.

L-għajnuna tista’ tikkonsisti fil-provvista ta’ benefiċċji bi flus jew innatura. Il-provvista ta’ benefiċċji innatura tista’ ukoll tiġi effettwata permezz ta’ l-impjegati u t-tagħmir tal-persuna li tipprovdihom.

L-attività ta’ assistenza ma tkoprix servicing, manutenzjoni, servizz ta’ wara l-bejgħ jew sempliċement l-indikazzjoni jew l-għotja ta’ assistenza bħala intermedjarja.

3.  Il-klassifika skond il-klassijiet ta’ l-attività imsemmija f’dan l-Artikolu tidher fl-Anness.

▼B

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

1. Dawn it-tipi ta’ assigurazzjoni li ġejjin:

(a) L-assigurazzjoni tal-ħajja, jiġifieri, dik il-fergħa ta’ assigurazzjoni li tinkludi, b’mod partikolari, l-assigurazzjoni dwar is-sopravivenza sa età stipulata biss, l-assigurazzjoni fuq il-mewt biss, l-assigurazzjoni dwar sopravivenza sa età stipulata jew mewt aktar kmieni, l-assigurazzjoni tal-ħajja bir-ritorn ta’ premium, t-tontini, l-assigurazzjoni taż-żwieġ u l-assigurazzjoni tal-ħlas;

(b) L-annwitajiet;

(ċ) L-assigurazzjoni supplementari mwettqa minn impriżi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, jigifieri, l-assigurazzjoni kontra l-inġurja personali inkluża l-inkapaċità għall-impieg, l-assigurazzjoni kontra l-mewt li tirriżulta minn inċident, u l-assigurazzjoni kontra d-diżabilità li tirriżulta minn inċident jew mard, meta dawn it-tipi varji ta’ assigurazzjoni jkunu koperti b’żjieda ma’ l-assigurazzjoni tal-ħajja;

(d) L-assigurazzjoni li tifforma parti minn sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali;

(e) It-tip ta’ assigurazzjoni li teżisti fl-Irlanda u fir-Renju Unit magħrufa bħala “permanent health insurance not subject to cancellation”.

2. L-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) Operazzjonijiet ta’ suffraġju ta’ kapital, kif definiti mil-liġi f’kull Stat Membru;

(b) Operazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ benefiċċju pprovidenti u reċiproċi li l-benefiċċji tagħhom ivarjaw skond ir-riżorsi disponibbli u li fihom il-kontribuzzjonijiet tal-membri huma ddeterminati fuq bażi ta’ rata uniformi;

(ċ) Operazzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet li ma jkollhomx personalità legali bl-iskop li jipprovdu kopertura reċiproka għall-membri tagħhom mingħajr ma jkun hemm pagamenti ta’ premium u jew kostituzzjoni ta’ riservi tekniċi;

▼M3

(d) Fl-istennija ta’ aktar koordinazzjoni, operazzjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu ta’ jew garantiti mill-Istat, jew meta l-Istat ikun l-assiguratur.

▼M2

3. L-attività ta’ assistenza fejn ir-responsabbiltà hija limitata għall-operazzjonijiet li ġejjin ipprovduti fil-każ ta’ xi inċident jew waqfien li jinvolvi vettura tat-triq li normalment iseħħ fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ l-intrapriża li tipprovdi l-kopertura:

— servizz fuq il-post għal waqfien minħabba ħsara li għalih l-intrapriża li tipprovdi kopertura tuża, fil-biċċa l-kbira taċ-ċirkostanzi, l-impjegati u t-tagħmir tagħha,

— il-ġarr tal-vettura għall-eqreb lokalità jew dik l-iktar approprjata fejn jistgħu jitwettqu t-tiswijiet u possibilment l-akkumpanjament, normalment bl-istess mezzi ta’ assistenza, tax-xufier u l-passiġġieri għall-eqreb lokalità minn fejn huma jkunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom b’mezzi oħrajn,

— jekk provdut mill-Istat Membru ta’ intrapriża li tipprovdi l-kopertura, il-ġarr tal-vettura, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passiġġġieri, lejn id-dar tagħhom, il-post tat-tluq jew tad-destinazzjoni oriġinali fl-istess Stat,

sakemm dawn l-operazzjonijiet jitwettqu minn intrapriża soġġetta għal din id-Direttiva.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel żewġ inċiżi, il-kundizzjoni li l-inċident jew il-waqfien minħabba ħsara għandu jkun seħħ fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ l-intrapriża li tipprovdi l-kopertura

(a) m’għandhiex tkun applikabbli meta din ta’ l-aħħar tkun korp li tagħha l-benefiċjarju jkun membru u s-servizz ta’ waqfien minħabba ħsara jew il-ġarr tal-vettura ikun ipprovdut sempliċement fuq preżentazzjoni ta’ karta ta’ sħubija, mingħajr ma jitħallas premium addizzjonali, minn korp simili fil-pajjiż ikkonċernat fuq il-bażi ta’ ftehim reċiproku;

(b) m’għandhiex tipprekludi l-għotja ta’ din l-assistenza fl-Irlanda u fir-Renju Unit minn korp singolu li jopera fiż-żewġ Stati.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet inċiż, fejn ikun seħħ l-inċident jew il-waqfien minħabba ħsara fit-territorju ta’ l-Irlanda jew, fil-każ tar-Renju Unit, fit-territorju ta’ l-Irlanda ta’ Fuq, il-vettura, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passigġieri, jistgħu jitwasslu sad-dar tagħhom, sal-punt tat-tluq jew sad-destinazzjoni oriġinali f’wieħed jew l-ieħor mit-territorji.

Barraminnhekk, id-Direttiva ma tikkonċernax operazzjonijiet ta’ assistenza mwettqa fl-okkażjoni ta’ inċident ta’ jew waqfien ta’ vettura fit-triq minħabba ħsara u li jikkonsistu fil-ġarr tal-vettura li kienet involuta fl-inċident jew li waqfetminħabba ħsara barra t-territorjutal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, possibilmentakkumpanjata mix-xufier u l-passiġġieri lejn id-dar tagħhom, meta dawn l-operazzjonijiet jiġu mwettqa mill-Klabb Awtomobilistiku tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Intrapriżi soġġetti għal din id-Direttiva jistgħu jinvolvu rwieħhom fl-attività msemmija taħt dan il-punt biss jekk huma jkunu rċevew awtorizzazzjoni għall-klassi 18 fil-punt A ta’ l-Anness mingħajr preġudizzju għall-Punt Ċ ta’ l-Anness imsemmi. F’dak il-każ din id-Direttiva għandha tapplika għall-operazzjonijiet inkwistjoni.

▼B

L-Artikolu 3

▼M10

1.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal mutual associations li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-artikoli ta' assoċjazzjoni għandu jkollhom dispożizzjonijiet biex jissejħu kontribuzzjonijiet addizzjonali jew jitnaqqsu l-benefiċċji tagħhom;

(b) in-negozju tagħhom ma jkoprix riskji ta' responsabbiltà sakemm dawn ma jikkostitwixxux kopertura anċillari fis-sens tal-punt Ċ ta' l-Anness jew riskji ta' kreditu u pleġġ;

(ċ) l-introjtu tal-kontribuzzjoni annwali għall-attivitajiet koperti b'din id-Direttiva m'għandhomx jeċċedu EUR 5 miljun; u

(d) mill-inqas nofs l-introjtu ta' kontribuzzjoni mill-attivitajiet koperti b'din id-Direttiva għandu jiġi minn persuni li huma membri tal-mutual association.

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal intrapriżi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

— l-intrapriża ma twettaq ebda attività li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva ta' xort'oħra minn dak deskritt fil-klassi 18 fil-punt A ta' l-Anness,

— din l-attività titwettaq esklussivament fuq bażi lokali u tikkonsisti biss f'benefiċċji innatura, u

— l-introjtu annwali totali miġbur fir-rigward ta' l-attività ta' assistenza lil persuni li jiġu f'diffikultajiet ma jeċċedix EUR 200 000.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma jipprevenux intrapriża ta' l-assigurazzjoni mutual milli tapplika, jew tkompli, tiġi liċenzjata taħt din id-Direttiva.

▼B

2.  Din id-Direttiva m’għandhiex, barra minn hekk, tapplika għal assoċjazzjonijiet reċiproċi li jkunu kkonkludew ma’ assoċjazzjonijiet oħra ta’ din in-natura ftehim li jipprovdi għal ri-assigurazzjoni sħiħa tal-poloz ta’ l-assigurazzjoni maħruġa lilhom jew li taħthom l-impriża konċessjonarja għandha tissodisfa l-obbligazzjonijiet kkawżati taħt dawn il-poloz minflok l-impriża li ċċedi.

F’dan il-każ l-impriża konċessjonarja għandha tkun suġġetta għar-regoli ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-istituzzjonijiet li ġejjin sakemm l-istatuti tagħhom jew il-liġi ma jkunux emendati fir-rigward ta’ kapaċità:

(a)  Fil-Ġermanja

L-istituzzjonijiet li ġejjin taħt il-liġi ppubblika li jgawdu monopolju (Monopolanstalten):

1. Badische Gebäudeversicherungsanstalt, Karlsruhe,

2. Bayerische Landesbrandversicherungsanstalt, Munich,

3. Bayerische Landestierversicherungsanstalt, Schlachtviehversicherung, Munich,

4. Braunschweigische Landesbrandversicherungsanstalt, Brunswick,

5. Hamburger Feuerkasse, Hamburg,

6. Hessische Brandversicherungsanstalt (Hessische Brandversicherungskammer), Darmstadt,

7. Hessische Brandversicherungsanstalt, Kassel,

8. Hohenzollernsche Feuerversicherungsanstalt, Sigmaringen,

9. Lippische Landesbrandversicherungsanstalt, Detmold,

10. Nassauische Brandversicherungsanstalt, Wiesbaden,

11. Oldenburgische Landesbrandkasse, Oldenburg,

12. Ostfriesische Landschaftliche Brandkasse, Aurich,

13. FeuersozietŽHat Berlin, Berlin,

14. Württembergische Gebäudebrandversicherungsanstalt, Stuttgart.

Madanakollu, il-kapaċità territorjali m’għandhiex titqies bħala modifikata fil-każ ta’merger bejn dawn l-istituzzjonijiet li jkollha l-effett li tmantni għall-benefiċċju ta’ l-istituzzjoni l-ġdida l-kapaċità territorjali ta’ l-istituzzjonijiet li jkunu ingħaqdu, lanqas m’għandha l-kapaċità dwar il-klassijiet ta’ assigurazzjoni titqies bħala mmodifikata jekk wieħed minn dawn l-istituzzjonijiet jieħu t-tmexxija, fir-rigward ta’ l-istess territorju, ta’ klassi waħda jew aktar ta’ istituzzjoni oħra bħal din.

L-istituzzjonijiet semi-pubbliċi li ġejjin:

1. Postbeamtenkrankenkasse,

2. Krankenversorgung der Bundesbahnbeamten;

(b)  Fi Franza:

L-istituzzjonijiet li ġejjin:

1. Caisse départementale des incendiés des Ardennes,

2. Caisse départementale des incendiés de la CŽCote-d’Or,

3. Caisse départementale des incendiés de la Marne,

4. Caisse départementale des incendiés de la Meuse,

5. Caisse départementale des incendiés de la Somme,

6. Caisse départementale grêle du Gers,

7. Caisse départementale grêle de l’Hérault;

(ċ)  Fl-Irlanda

Voluntary Health Insurance Board;

(d)  Fl-Italja,

The Cassa di Previdenza per l’assicurazione degli sportivi (Sportass);

(e)  Fir-Renju Unit

The Crown Agents;

▼M2

(f)  Fid-Danimarka

Falcks Redningskorps A/S, København;

▼A2

(g)  Fi Spanja

Dawn l-istituzzjonijiet li ġejjin:

1. Comisaria de Seguro Obligatorio de Viajeros,

2. Consorcio de Compensacion de Seguros,

3. Fondo Nacional de Garantia de Riesgos de la Circulacion.

▼B

L-Artikolu 5

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

▼M1

(a) Unità ta kont tfisser l-unità ta’ kont Ewropea (UEK) kif definta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 3289/75/KEFA (1). Kull meta din id-Direttiva tirreferi għall-unità ta kont, il-valur tal-konverżjoni f’munita nazzjonali li għandu jiġi adottat għandu, mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, ikun dak ta’ l-aħħar jum li jippreċedi x-xahar ta’ Ottubru li għalih il-valuri tal-konverżjoni ta’ l-UEK huma disponibbli fil-muniti kollha tal-Komunità;

▼B

(b) “Assi li jaqblu” tfisser ir-rappreżentazzjoni ta’ obbligazzjonjiet ta’ l-assigurazzjoni espressi f’munità partikolari minn assi espressi jew li huma realizzabbli fl-istess munita;

(ċ) “Il-lokalizzazzjoni ta’ assi” tfisser l-eżistenza ta’ assi, kemm jekk mobbli jew immobbli, ġewwa Stat Membru imma li m’għandhiex titqies li tinvolvi ħtieġa li proprjetà mobbli tiġi depożitata jew li proprjetà immobbli tkun suġġetta għal miżuri restrittivi bħar-reġistrazzjoni ta’ ipoteki Assi rrappreżentati minn talbiet kontra debituri għandhom jitqiesu bħala li jkunu jinstabu fl-Istat Membru ta’ fejn għandhom jiġu likwidati;

▼M5

(d) “Riskji kbar’” ifissru:

(i) riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 4, 5, 6, 7, 11 u 12 tal-punt A ta’ l-Anness;

(ii) riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 14 u 15 tal-punt A ta’ l-Anness, meta t-titolari tal-polza jkun ingaġġat professjonalment f’attività industrijali jew kummerċjali jew f’waħda mill-professjonijiet liberali, u r-riskji jirrelataw għal din l-attività;

(iii)  ►M6  riskji klassifikati taħt il-klassijiet 3, 8, 9, 10, 13 u 16 tal-punt A ta’ l-Anness ◄ sa fejn it-titolari tal-polza jeċċedi l-limiti ta’ mill-anqas tnejn minn dawn it-tliet kriterji li ġejjin:

l-ewwel stadju: sal-31 ta’ Diċembru 1992:

— it-total tal-balance-sheet: 12,4 miljun ECU,

— valur fuq il-bejgħnett: 24 miljun ECU,

— numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 500.

it-teni stadju: mill-1 ta’ Jannar 1993:

— it-total tal-balance-sheet: 6,2 miljun ECU,

— valur fuq il-bejgħnett: 12.8 miljun ECU,

— numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.

Jekk it-titolari tal-polza jappartieni għal grupp ta’ intrapriżi li jitfasslu għalihom kontijiet konsolidati fis-sens tad-Direttiva 83/349/KEE ( 4 ), il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom jiġu applikati fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati.

Kull Stat Membru jista’ jżid mal-kategorija msemmija taħt (iii) riskji assigurati minn assoċjazzjonijiet professjonali, intrapriżi konġunti jew gruppi temporanji.

▼B



It-Titolu II —

Regoli applikabbli għal impriżi li l-kap uffiċċji tagħhom jinstabu fil-Komunità



It-Taqsima A:

Il-kondizzjonijiet ta’ l-ammissjoni

▼M7

L-Artikolu 6

Il-bidu tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità minn:

(a) kull intrapriża li tistabbilixxi l-uffiċċju ewlieni taghħa fit-territorju ta’ dak l-Istat;

(b) kull intrapriża li, wara li tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel sub-paragrafu, testendi n-negozju tagħha għal klassi intiera jew għal klassijiet oħrajn.

L-Artikolu 7

1.  Awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Komunità kollha. Għandha tippermetti li intrapriża ssegwi n-negozju hemm, taħt jew id-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

2.  Awtorizzazzjoni għandha tingħata għal klassi partikolari ta’ assigurazzjoni. Għandha tkopri l-klassi kollha, sakemm l-applikant ma jkunx jixtieq li jkopri biss ftit mir-riskji li jappartienu għal dik il-klassi, kif elenkat fil-punt A ta’ l-Anness.

Madanakollu:

(a) Stati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni għall-gruppi ta’ klassijiet elenkati fil-punt B ta’ l-Anness, u jorbtu magħhom id-denominazzjonijiet approprjati speċifikati hemmhekk;

(b) awtorizzazzjoni mogħtija għal klassi waħda jew għal grupp ta’ klassijiet għandha wkoll tkun valida għall-iskop li tkopri riskji anċillari inklużi fi klassi oħra jekk il-kondizzjonijiet imposti fil-punt Ċ ta’ l-Anness jiġu ssodisfati.

L-Artikolu 8

1.  L-Istat Membru tal-lokalità għandu jeħtieġ li kull intrapriża ta’ assigurazzjoni li hemm bżonn awtorizzazzjoni għaliha:

(a) tadotta waħda minn dawn il-forom:

— fil-każ tar-Renju tal-Belġju:“société anonymenaamloze vennootschap”,“société en commandite par actionscommanditaire vennootschap op aandelen”,“association d’assurance mutuelleonderlinge verzekeringsvereniging,”,“société coopérativecoöperatieve vennootschap”;

— fil-każ tar-Renju tad-Danimarka: “aktieselskaber”, “gensidige selskaber”;

— fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: “Aktiengesellschaft”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Öffentlich-rechtliches Wettbewerbsversicherungsunternehmen”;

— fil-każ tar-Repubblika Franċiża: “société anonyme”, “société d’assurance mutuelle”, “institution de prévoyance régie par le code de la sécurité sociale”, “institution de prévoyance régie par le code rural” and “mutuelles régies par le code de la mutualité”;

— fil-każ ta’ l-Irlanda: “incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited”;

— fil-każ tar-Repubblika Taljana: “società per azioni”, “società cooperativa”, “mutua di assicurazione”;

— fil-każ tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu: “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “association d’assurances mutuelles”, “société coopérative”;

— fil-każ tar-Renju ta’ l-Olanda: “naamloze vennootschap”, “onderlinge waarborgmaatschappij”;

— fil-każ tar-Renju Unit: “incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited”, “societies registered under the Industrial and Provident Societies Acts”, “societies registered under the Friendly Societies Acts”, “the association of underwriters known as Lloyd’s”;

— fil-każ tar-Repubblika Ellenika: “ανώνυμη εταιρία”, “αλληλασφαλιστικός υνεταιρισμός”;

— fil-każ tar-Renju ta’ Spanja: “sociedad anónima”, “sociedad mutua”, “sociedad cooperativa”;

— fil-każ tar-Repubblika Portugiża: “sociedade anónima”, “mütua de seguros”;

▼A3

— fil-każ tar-Repubblika ta' l-Awstrija: Aktiengesellschaft, Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit;

— fil-każ tar-Repubblika tal-Finlandja: Keskinaeinen vakuutusyhtiö/ömsesidigt försäkringsaktiebolag, vakuutusosakeyhtiö/försaekringsaktiebolag, vakuutusyhdistys/försaekringsförening;

— fil-każ tar-Renju ta' l-Isvezja: försäkringsaktiebolag, ömsesidiga försäkringsaktiebolag, understödsföreningar;

▼A4

— fil-każ tar-Repubblika Ċeka: “akciová společnost”, “družstvo”;

— fil-każ tar-Repubblika ta' l-Estonja: “aktsiaselts”;

— fil-każ tar-Repubblika ta' Ċipru:“Εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή εταιρεία περιορισμένης ευθύνης χωρίς μετοχικό κεφάλαιο”;

— fil-każ tar-Repubblika tal-Latvja: “apdrošināšanas akciju sabiedrība”, “savstarpējās apdrošināšanas kooperatīvā biedrība”;

— fil-każ tar-Repubblika tal-Litwanja: “akcinės bendrovės”, “uždarosios akcinės bendrovės”;

— fil-każ tar-Repubblika ta' l-Ungerija: “biztosító részvénytársaság”, “biztosító szövetkezet”, “biztosító egyesület”, “külföldi székhelyű biztosító magyarországi fióktelepe”;

— fil-każ tar-Repubblika ta' Malta: “kumpanija pubblika”, “kumpanija privata”, “fergħa”, “Korp ta' l-Assikurazzjoni Rikonnoxxut”;

— fil-każ tar-Repubblika tal-Polonja: “spółka akcyjna”, “towarzystwo ubezpieczeń wzajemnych”;

— fil-każ tar-Repubblika tas-Slovenja: “delniška družba”, “družba za vzajemno zavarovanje”;

— fil-każ tar-Repubblika Slovakka: “akciová spoločnost'”.

▼M7

Intrapriża ta’ assigurazzjoni tista wkoll tadotta l-forma ta’ Kumpannija Ewropea (SE) meta dik tkun ġiet stabbilita.

Barraminnhekk, Stati Membri jistgħu, meta approprjat, jistabbilixxu intrapriżi f’kull forma ta’ liġi pubblika sakemm dawn il-korpi jkollhom bħala objettiv tagħhom operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li joperaw taħthom intrapriżi ta’ liġi privata;

(b) tillimita l-objettivi tagħha għan-negozju ta’ assigurazzjoni u operazzjonijiet li joriġinaw direttament minnhom għall-esklużjoni tan-negozji kummerċjali l-oħrajn kollha;

(ċ) tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skond l-Artikolu 9;

(d) tippossiedi l-fond minimu ta’ garanzija previst fl-Artikolu 17(2);

(e) tkun effittivament amministrata minn persuni ta’ reputazzjoni tajba bil-kwalifiki professjonali jew bl-esperjenza approprjati;

▼M9

(f) tikkomunika l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-pretensjonijiet maħtur f’kull Stat Membru barra mill-Istat Membru li fih l-awtorizzazzjoni tkun mitluba jekk ir-riskji li għandhom ikunu koperti jkunu kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A ta’ l-Anness, barra mir-responsabbiltà ta’ trasportaturi.

▼M8

Aktar minn hekk, meta rabtiet mill-qrib jeżistu bejn impriża finanzjarja u persuni naturali jew legali oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jfixklux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjoniijiet amministrattivi ta’ pajjiż li mhuwiex membru jirregola wieħed jew aktar persuni naturali jew legali li magħhom l-impriża jkollha rabta mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar, ifixklu l-eżerċizzju effettiv ta’ dawn il-funzjonijiet ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu impriżi ta’ kreditu li jipprovdulhom l-informazzjoni li huma jenħtieġu biex jissorveljaw il-konformità mal-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.

1.a.   L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-uffiċju prinċipali ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni jkun jinstab fl-istess Stat Membru bħall-uffiċini irreġistrati tagħhom.

▼M7

2.  Intrapriża li teħtieġ awtorizzazzjoni biex testendi n-negozju tagħha għal klassijiet oħrajn jew biex testendi awtorizzazzjoni li tkopri biss ftit mir-riskji marbuta ma’ klassi waħda għandha tkun meħtieġa li tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skond l-Artikolu 9.

Għandha, barraminnhekk, tkun meħtieġa li turi prova li tkun tipposjedi l-marġini ta’ likwidità prevista fl-Artikolu 16 u, jekk fir-rigward ta’ dawn il-klassijiet l-oħrajn l-Artikolu 17(2) jeħtieġ fond ta’ garanzija minima ogħla minn qabel, li tippossiedi dak il-minimu.

3.  Xejn f’din id-Direttiva m’għandu jipprevieni Stati Membri milli jżommu fis-seħħ jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jeħtieġu approvazzjoni tal-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni u komunikazzjoni ta’ kull dokument ieħor neċessarju għal eżerċizzju normali ta’ sorveljanza.

L-Istati Membri m’għandhomx, madanakollu, jadottaw dispożizzjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel jew in-notifika sistematika ta’ kondizzjonijiet ta’ politika ġenerali u speċjali, skali ta’ premiums u formoli u dokumenti stampati oħrajn li intrapriża jkollha l-ħsieb li tuża fit-trattamenti tagħha ma’ titolari ta’ poloz.

Stati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu notifika jew approvazzjoni bil-quddiem ta’ żidiet proposti fir-rati ta’ premiums ħlief bħala parti minn sistemi ġenerali ta’ kontroll tal-prezzijiet.

Xejn f’din id-Direttiva m’għandu jipprevieni Stati Membri milli jissoġġettaw intrapriżi li jitolbu jew li jkunu kisbu awtorizzazzjoni għall-klassi 18 fil-punt A ta’ l-Anness għal verifiki fuq ir-riżorsi diretti jew indiretti tagħhom ta’ impjegati u tagħmir, inklużi l-kwalifika tal-gruppi mediċi tagħhom u l-kwalità tat-tagħmir disponibbli għal dawn l-intrapriżi biex jissodisfaw l-impenji tagħhom li joriġinaw minn din il-klassi ta’ assigurazzjoni.

4.  Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jistgħux jeħtieġu li applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-ħtiġiet ekonomiċi tas-suq.

L-Artikolu 9

L-iskema ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(ċ) għandha tinkludi dettalji jew prova li tikkonċerna:

(a) in-natura tar-riskji li l-intrapriża tipproponi li tkopri;

(b) il-prinċipji ta’ gwida dwar ir-riassigurazzjoni;

(ċ) il-partiti li jikkositwixxu l-fond minimu ta’ garanzija;

(d) l-estimi ta’ l-ispejjeż tat-twaqqif tas-servizzi amministrattivi u ta’ l-organizzazzjoni għas-sigurtà tan-negozju; ir-riżorsi finanzjarji intiżi biex jissoddisfaw dawk l-ispejjeż u, jekk ir-riskji li għandhom jiġu koperti huma kklassifikati fil-klassi 18 fil-punt A ta’ l-Anness, ir-riżorsi għad-dispożizzjoni ta’ l-intrapriża għall-provvista ta’ l-assistenza imwiegħda

u, b’żieda, għall-ewwel tliet snin finanzjarji:

(e) estimi ta’ spejjeż amministrattivi barra minn spejjeż ta’ istallazzjoni, partikolarment spejjeż u kummissjonijiet kurrenti ġenerali;

(f) estimi ta’ premiums jew kontribuzzjonijiet u pretensjonijiet;

(g) previżjoni ta’ balance sheet;

(h) estimi tar-riżorsi finanzjarji intiżi biex ikopru r-responsabbiltajiet ta’ l-assigurazzjoni u l-marġini ta’ likwidità.

L-Artikolu 10

1.  Intrapriża ta’ assigurazzjoni li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità tagħha.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull intrapriża ta’ assigurazzjoni li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta tagħti n-notifika prevista fil-paragrafu 1:

(a) l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tipproponi li tistabbilixxi fergħa;

(b) skema ta’ operazzjonijiet li ssemmi, inter alia, it-tipi ta’ negozju ippjanat u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;

(ċ) l-indirizz fl-Istat Membru tal-fergħa li minnha d-dokumunti jistgħu jinkisbu u fejn jistgħu jiġu kkunsinnati, waqt li jkun mifhum li dak l-indirizz għandu jkun dak li fih il-komunikazzjonijiet kollha lill-aġent awtorizzat għandhom jintbagħtu;

(d) l-isem ta’ l-aġent awtorizzat tal-fergħa, li għandu jkollu biżżejjed poteri biex jorbot lill-intrapriża fir-rigward ta’ partijiet terzi u li jirrapreżentaha f’relazzjonijiet ma’ l-awtoritajiet u l-qrati ta’ l-Istat Membru tal-fergħa. Fir-rigward ta’ Lloyd’s, fil-każ ta’ xi litigazzjoni fl-Istat Membru tal-fergħa li tirriżulta minn impenni assigurati, il-persuni assigurati m’għandhomx jiġu trattati inqas favorevolment milli kieku l-litigazzjoni kienet inġiebet kontra negozji ta’ tip konvenzjonali. L-aġent awtorizzat għandu, għalhekk, jippossjedi poteri biżżejjed biex jittieħdu proċeduri kontrih u għandu f’dik il-kapaċità jkun jista jorbot lill-assiguraturi ikkonċernati ta’ Lloyd’s.

Meta l-intrapriża jkollha l-intenzjoni li l-fergħa tagħha tkopri riskji fil-klassi 10 tal-punt A ta’ l-Anness, li ma jinkludix ir-responsabbiltà ta’ min jittrasporta, din għandha tipproduċi dikjarazzjoni li hi tkun saret membru tal-bureau nazzjonali u tal-fond nazzjonali ta’ garanzija ta’ l-Istat Membru tal-fergħa.

3.  Sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw l-adegwatezza ta’ l-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża ta’ l- assigurazzjoni jew tar-reputazzjoni tajba u l-kwalifiki professjonali jew l-esperjenza tad-diretturi jew ta’ l-amministraturi jew l-aġent awtorizzat, b’kont meħud tan-negozju ppjanat, huma għandhom fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa u għandhom jinfurmaw lill-intrapriża ikkonċernata kif xieraq.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandhom ukoll jivverifikaw li l-intrapriża ta’ assigurazzjoni jkollha l-marġini minimu ta’ likwidità, kkalkulat skond l-Artikoli 16 u 17.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-intrapriża ikkonċernata fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha inkwistjoni. Dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ azzjoni jista’ jkun suġġett għad-dritt ta’ applikazzjoni lill-qrati fl-Istat Membru tal-lokalità.

4.  Qabel ma l-fergħa ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni tibda tinnegozja, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jinfurmaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità, jekk approprjat, bil-kondizzjonijiet li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, dak in-negozju għandu jsegwi fl-Istat Membru tal-fergħa.

5.  Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa, jew, jekk l-ebda komunikazzjoni ma tkun waslet mingħandhom, malli jiskadi l-perjodu previst fil-paragrafu 4, il-fergħa tista’ tiġi stabbilita u tibda n-negozju.

6.  Fil-każ ta’ bidla f’xi dettalji kkomunikati taħt il-paragrafu 2 (b), (ċ) jew (d), intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tagħti avviż bil-miktub dwar il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità u l-Istat Membru tal-fergħa mill-anqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa jkunu jistgħu iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom skond il-paragrafi 3 u 4.

▼M7 —————

▼B

L-Artikolu 12

Kull deċiżjoni li tiċċaħħad awtorizzazzjoni għandha tkun akkumpanjata b’raġunijiet preċiżi u tiġi nnotifikata lill-impriża inkwistjoni.

Kull Stat Membru għandu jagħmel dispożizzjoni għad-dritt ta’ appell fil-qrati fil-każ li jkun hemm ċaħda.

Din id-dispożizzjoni għandha wkoll issir f’dak li għandu x’jaqsam ma’ każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux ittrattaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni malli jiskadi perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-wasla tagħha.

▼M11

L-Artikolu 12a

▼M13

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, li hija:

(a) sussidjarja ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża prinċipali ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut responsabbli għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti ta’ l-investiment, għandha tiġi kkonsultata qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil impriża ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, li hija:

(a) sussidjarja ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

(ċ) ikkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità.

▼M11

3.  L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma' xulxin meta jistmaw l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi nvoluti fl-immaniġġar ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni.

▼B



It-Taqsima B:

Kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ negozju

▼M7

L-Artikolu 13

1.  Is-sorveljanza finanzjarja ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni, inkluża dik tan-negozju li ssegwi jew permezz ta’ fergħat jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandha tkun ir-responsabbiltà unika ta’ l-Istat Membru tal-lokalità.

2.  Dik is-sorveljanza finanzjarja għandha tinkludi verifika, fir-rigward tan-negozju kollu ta’ l-intrapriża ta’ assigurazzjoni, ta’ l-istat tal-likwidità tagħha, ta’ l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u ta’ l-assi li jkopruhom skond ir-regoli stabbiliti jew il-prattiki segwiti fl-Istat Membru tal-lokalità skond id-dispożizzjonijiet adottati fil-livell Komunitàrju.

Meta l-intrapriża inkwistjoni tkun awtorizzata li tkopri r-riskji kklassifikati fil-klassi 18 fil-punt A ta’ l-Anness, is-sorveljanza għandha tiġi estiża għall-monitoraġġ tar-riżorsi tekniċi li l-intrapriża jkollha għad-dispożizzjoni tagħha għall-iskop li jittwettqu l-operazzjonijiet ta’ assistenza li hi tkun intrabtet li twettaq, meta l-liġi ta’ l-Istat Membru tal-lokalità tipprovdi għall-monitoraġġ ta’ dawn ir-riżorsi.

▼M13

L-Istat Membru fejn l-impriża ta’ l-assigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandux jirrifjuta kuntratt tar-riassigurazzjoni konkluż mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni ma’ impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-Riassigurazzjoni ( 5 ) jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ( 6 ) għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ l-impriża tar-riassigurazzjoni jew l-impriża ta’ l-assigurazzjoni.

▼M7

3.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandhom jeħtieġu li kull intrapriża ta’ assigurazzjoni jkollha proċeduri sodi amministrattivi u ta’ kontabbilità u mekkaniżmi adegwati interni ta’ kontroll.

L-Artikolu 14

L-Istat Membru tal-fergħa għandu jipprovdi li meta intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor issegwi negozju permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità jistgħu, wara li jkunu infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa, jwettqu huma stess jew permezz ta’ persuni li huma jaħtru għal dak l-iskop, verifiki fuq il-post ta’ l-informazzjoni neċessarja biex tkun żgurata s-sorveljanza finanzjarja ta’ l-intrapriża.

L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru tal-fergħa jistgħu jipparteċipaw f’ dik il-verifika.

L-Artikolu 15

1.  L-Istat Membru tal-lokal għandu jeħtieġ li kull intrapriża ta’ assigurazzjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet tekniċi adegwati fir-rigward tan-negozju kollu tiegħu.

L-ammont ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jiġi determinat skond ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 91/674/KEE.

▼M13

2.  L-Istat Membru ta’ l-uffiċċju prinċipali għandu jitlob kull impriża ta’ l-assigurazzjoni li tkopri d-dispożizzjonijiet tekniċi u r-riżervi ta’ l-ugwaljanza msemmija fl-Artikolu 15a ta’ din id-Direttiva b’assi li jaqblu skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 88/357/KEE. Fir-rigward tar-riskji li jinsabu fil-Komunità, dawk l-assi għandhom ikunu lokalizzati fil-Komunità. L-Istati Membri ma għandhomx jitolbu lill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li jillokalizzaw l-assi tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru partikolari. L-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali jista’ madankollu, jippermetti li r-regoli dwar il-lokalizzazzjoni ta’ l-assi jintreħew.

3.  L-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu għat-twaqqif tad-dispożizzjonijiet tekniċi sistema ta’ żamma ta’ riservi grossi li teħtieġ ir-rahan ta’ l-assi biex ikopru primjums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet ta’ pretensjonijiet pendenti għall-indennizz mir-riassiguratur, meta r-riassiguratur huwa impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 2005/68/KE jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE.

Meta l-Istat Membru fejn l-impriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jippermetti lil kwalunkwe dispożizzjonijiet tekniċi jiġu koperti minn pretensjonijet għall-indennizz kontra riassiguratur li la huwa impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 2005/68/KE u lanqas impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE, għandu jiffissa l-kondizzjonijiet sabiex jaċċetta dawn il-pretensjonijet.

▼M7

L-Artikolu 15a

1.  Stati Membri għandhom jeħtieġu li kull intrapriża ta’ assigurazzjoni b’uffiċċju ewlieni fit-territorji tagħhom li tassigura riskji inklużi fil-klassi 14 fil-punt A ta’ l-Anness (hawnhekk iżjed “il quddiem magħrufa bħala” assigurazzjoni ta’ kreditu) twaqqaf riserva ta’ ugwalizzar għall-iskopijiet li tagħmel tajjeb għal kull defiċit tekniku jew porzjon ta’ pretensjonijiet il fuq mill-medja li joriġina f’dik il-klassi f’kull sena finanzjarja.

2.  Ir-riserva ta’ ugwalizzar għandha tiġi kkalkolata skond ir-regoli stabbiliti mill-Istat Membru tal-lokalità skond wieħed mill-erba’ metodi stabbiliti fil-punt D ta’ l-Anness, li għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti.

3.  Sa l-ammont ikkalkolat skond il-metodi stabbiliti fil-punt D ta’ l-Anness, ir-riserva ta’ ugwalizzar għandha tiġi njorata għall-iskop tal-kalkolu tal-marġini ta’ likwidità.

4.  Stati Membri jistgħu jeżentaw intrapriżi ta’ assigurazzjoni b’uffiċċji ewlenin fit-territorji tagħhom mill-obbligu li jistabbilixxu riservi ta’ ugwalizzar għal negozju ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu meta l-premiums jew il-kontribuzzjonijiet li jirċievu fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu jkunu anqas minn 4 % ta’ premiums jew il-kontribuzzjonijiet totali li jirċievu huma u anqas minn ECU 2 500 000.

▼M10

L-Artikolu 16

1.  Kull Stat Membru għandu jeħtieġ minn kull intrapriża ta' l-assigurazzjoni li l-uffiċċju prinċipali tagħha jinstab fit-territorju tiegħu marġini adegwata ta' likwidità fir-rigward tan-negozju kollu tiegħu f'kull ħin, li hi mill-inqas ugwali għall-ħtiġiet f'din id-Direttiva.

2.  Il-marġini disponibbli ta' likwidità għandha tikkonsisti fl-assi ta' l-intrapriża ta' l-assigurazzjoni ħielsa minn kull responsabbiltà prevista, naqqas kull oġġett intanġibbli, inkluż:

(a) l-ishma tal-kapital imħallsa jew, fil każ ta' intrapriża ta' assigurazzjoni mutual, il-fond effettiv inizjali u kull kont tal-membri li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i) il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni għandhom jistipulaw li ħlasijiet jistgħu isiru minn dawn il-kontijiet lil membri biss safejn dan ma jikkawżax il-marġini disponibbli ta' likwidità li jaqa' taħt il-livell meħtieġ, jew, wara d-dissoluzzjoni ta' l-intrapriża, jekk id-debiti kollha l-oħra ta' l-intrapriża ġew riżoluti;

(ii) il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni għandhom jistipulaw, fir-rigward ta' kull pagament imsemmi fil-punt (i) għal raġunijiet barra mit-terminazzjoni individwali ta' sħubija, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu nnotifikati mill-inqas xahar bil-quddiem u jistgħu jipprojbixxu l-ħlas f' dak il-perjodu;

(iii) id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-memorandum u ta' l-artikoli ta' assoċjazzjoni jistgħu jiġu emendati biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw li ma għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda, mingħajr preġudizzju għall-kriterji msemmija fil-punti (i) u (ii);

▼M13

(b) riżervi (riżervi statutorji u ħielsa) li ma jikkorrispondux mar-responsabbiltajiet tas-sottoskrizzjoni jew riżervi klassifikati bħala ta’ ekwalizzazzjoni;

▼M10

(ċ) il-profitt jew it-telf miġjub 'il quddiem wara tnaqqis ta' dividendi li għandhom jitħallsu.

Il-marġini disponibbli ta' likwidità għandu jitnaqqas bl-ammont ta' ishma proprji miżmuma direttament bill-intrapriża ta' l-assigurazzjoni.

Għal dawk l-intrapriżi ta' l-assigurazzjoni li jagħtu skont jew inaqqsu d-dispożizzjonijiet tekniċi għal pretensjonijiet pendenti biex jieħdu kont ta' introjtu ta' investiment kif permess bl-Artikolu 60(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi ta' l-assigurazzjoni ( 7 ), il-marġini disponibbli ta' likwidità għandu jitnaqqas bid-differenza bejn id-dispożizzjonijiet tekniċi mhux skontati jew id-dispożizzjonijiet tekniċi qabel tnaqqis kif żvelat fin-noti dwar il-kontijiet, u d-dispożizzjonijiet skontati jew tekniċi wara t-tnaqqis. Dan l-aġġustament għandu jsir għar-riskji kollha elenkati fil-punt A ta' l-Anness, ħlief għal riskji elenkati taħt il-klassijiet 1 u 2. Għal klassijiet barra l-1 u 2, ma hemm bżonn isir ebda aġġustament fir-rigward ta' l-iskontar ta' annwitajiet inklużi fid-dispożizzjonijiet tekniċi.

▼M13

Il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà għandu jiġi wkoll imnaqqas b’dawn l-oġġetti li ġejjin:

(a) azzjonijiet li għandha l-impriża ta’ l-assigurazzjoni f’:

— impriżi ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE, jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

— impriżi tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE jew impriżi tar-riassigurazzjoni li jinsabu f’pajjiżi li mhumiex membri fis-sens ta’ l-Artikolu 1(l) tad-Direttiva 98/78/KE,

— kumpanniji holding ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

— istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

— ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE u ta’ l-Artikolu 2(4) u (7) u tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE;

▼M11

(b) kull waħda mill-partiti li ġejjin li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm fir-rigward ta' l-entitajiet definiti fl-(a) li fihom iżżomm parteċipazzjoni:

— l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3,

— l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 79/267/KEE,

— talbiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

Fejn ishma f'istituzzjoni oħra ta' kreditu, ditta ta' investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpannija ta' assigurazzjoni holding jiġu miżmuma temporanjament għall-għanijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex tirriorganizza jew issalva dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista' twarrab id-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija taħt (a) u (b) tar-raba' subparagrafu.

Bħala alternattivi għat-tnaqqis il-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tar-raba' subparagrafu li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi tagħhom ta' assigurazzjoni japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta' l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju ( 8 ). Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-konteġġi) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti tkun konfidenti dwar il-livell ta' amministrazzjoni integrata u kontroll intern fir-rigward ta' l-entitajiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b'mod konsistenti matul perjodu ta' żmien.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għall-kalkolu tal-marġini ta' solvibilità kif hemm provdut f'din id-Direttiva, impriżi ta' asigurazzjoni suġġetti għal superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 98/78/KE jew superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 2002/87/KE, m'għandhomx il-ħtieġa li jnaqqsu l-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tar-raba' subparagrafu li huma miżmuma f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpanniji ta' assigurazzjoni li jamministra li huma nklużi fis-superviżjoni supplementari.

Għall-għanijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE.

▼M10

3.  Il-marġini disponibbli ta' likwidità jista' wkoll jikkonsisti f':

(a) kapital ta' l-ishma preferenzjali kumulattiv u kapital subordinat ta' self sa 50 % ta' l-inqas tal-marġini disponibbli ta' likwidità u l-marġini meħtieġ ta' likwidità, li mhux iktar minn 25 % minnu għandu jikkonsisti f'self subordinat b' maturità fissa, jew kapital ta' ishma preferenzjali kumulattiv għal terminu fiss, sakemm fil-każ ta' falliment jew likwidazzjoni ta' l-intrapriża ta' l-assigurazzjoni, ma jeżistuz ftehim ta' rbit li taħthom il-kapital tas-self subordinat jew il-kapital preferenzjali ta' ishma ma jiġix wara l-pretensjonijiet tal-kredituri l-oħra kollha u m'għandux jitħallas lura sakemm id-debiti l-oħra kollha pendenti f'dak il-ħin ma jiġux riżoluti.

Kapital subordinat ta' self għandu wkoll jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) biss fondi mħallsa kompletament għandhom jitqiesu;

(ii) għal self b'maturità fissa, il-maturità oriġinali għandha tkun mill-inqas ħames snin. Sa mhux iktar tard minn sena qabel id-data ta' ħlas lura l-intrapriża ta' l-assigurazzjoni għandha tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti għall-approvazzjoni tagħhom pjan li juri kif il-marġini disponibbli ta' likwidità jinżamm jew jinġjieb għal-livell meħtieġ f'maturità, sakemm il-limitu li għalih is-self jista' joqgħod bħala komponent tal-marġini disponibbli ta' likwidità ma jitnaqqasx gradwalment tul mill-inqas l-aħħar ħames snin qabel id-data ta' ħlas lura. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-ħlas lura kmieni ta' dan is-self sakemm issir applikazzjoni mill-intrapriża li toħroġ l-assigurazzjoni u l-marġini dispoibbli tagħha ta' likwidità ma taqax taħt il-livell meħtieġ;

(iii) is-self li l-maturità tiegħu mhijiex iffissata għandu jitħallas lura biss soġġett għal notifika ta' ħames snin sakemm is-self ma jiġix iktar ikkunsidrat bħala komponenti tal-marġini disponibbli ta' likwidità jew sakemm ma jkunx meħtieġ speċifikament il-kunsens minn qabel ta' l-awtoritajiet kompetenti għal ħlas lura kmieni. Fil-każ ta' l-aħħar l-intrapriża ta' l-assigurazzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajeit kompetenti mill-inqas sitt xhur qabel id-data tal-ħlas lura propost, u tispeċifika l-marġini disponibbli ta' likwidità u l-marġini meħtieġa ta' likwidità kemm qabel u wara dak il-ħlas lura. L-awtoritajeit kompetenti għandhom jawtorizzaw ħlas lura biss jekk il-marġini disponibbli ta' likwidità ta' l-intrapriża ta' l-assigurazzjoni ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(iv) il-ftehim tas-self m'għandux jinkludi xi klawżola li tipprovdi li f'ċirkostanzi speċifikati barra mill-egħluq ta' l-intrapriża ta' assigurazzjoni, id-debitu jkun eliġibbli għal ħlas lura qabel id-dati miftiehma ta' ħlas lura;

(v) il-ftehim tas-self jista' jiġi emendat bissa wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw li ma għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda;

(b) titoli b'ebda data ta' maturità speċifikata u strumenti oħra, inklużi ishma preferenzjali kumulattivi barra minn dawk imsemmija fil-punt (a), sa 50 % ta' l-inqas mill-marġini disponibbli ta' likwidità u l-marġini meħtieġa ta' likwidità għat-total ta' dawn it-titoli u l-kapital ta' self subordinat imsemmi fil-punt (a) sakemm jissodisfaw dan li ġej:

(i) ma jistgħux jitħallsu lura fuq l-inizjattiva tal-bearer jew mingħajr kunsens minn qabel ta' l-awtorità kompetenti;

(ii) il-kuntratt tal-ħruġ għandu jippermetti lill-intrapriża ta' l-assigurazzjoni biex tiddiferixxi l-ħlas ta' imgħax fuq is-self;

(iii) il-pretensjonijiet ta' min isellef fuq l-intrapriża ta' l-assigurazzjoni għandhom ikunu intierament wara dawk tal-kredituri kollha mhux subordinati;

(iv) id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ tat-titoli għandhom jipprovdu għall-kapaċità ta' assorbiment ta' telf tad-debitu u l-imgħax mhux imħallas, waqt li jippermettu lill-intrapriża ta' l-assigurazzjoni tkompli fin-negozju tagħha;

(v) biss ammonti mħallsa kompletament jistgħu jitqiesu.

4.  Ma' l-applikazzjoni, mingħajr provi ta' sostenn, mill-intrapriża lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru lokali u bil-ftehim ta' dik l-awtorità kompetenti, il-marġini disponibbli ta' likwidità jista' wkoll jikkonsisti f':

(a) nofs il-kapital ta' l-ishma mhux imħallas jew il-fond inizjali, ladarba l-parti mħallsa tammonta għal 25 % ta' dak il-kapital ta' ismha jew fond, sa 50 % ta' l-inqas tal-marġini disponibbli ta' likwidità u l-marġini meħtieġ ta' likwidità;

(b) fil-każ ta' mutual association jew ta' tip reċiproku b'kontribuzzjonijiet varjabbli, kull pretensjoni li għandha kontra l-membri tagħha permezz ta' sejħa għal kontribuzzjoni supplimentari, fis-sena finanzjarja, sa nofs id-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet massimi u l-kontribuzzjonijiet attwalment imsejħa, u soġġett għal limitu ta' 50 % ta' l-inqas tal-marġini disponibbli ta' likwidità u l-marġini meħtieġa ta' likwidità. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jistabbilixxu linji gwida li jistabilixxu l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu aċċettati kontribuzzjonijiet supplimentari;

(ċ) kull riżerva nett moħbija li toriġina mill-valutazzjoni ta' l-assi, safejn dawn ir-riżervi netti moħbija mhumiex ta' natura eċċezzjonali.

5.  Emendi għall-paragrafi 2, 3 u 4 sabiex jieħdu kont ta' żviluppi li jiġġusitifikaw aġġustament tekniku ta' l-elementi eliġibbli għall-marġini disponibbli ta' likwidità, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE ( 9 ).

▼M10

L-Artikolu 16a

1.  Il-marġini meħtieġ ta' likwidità għandu jiġi determinat abbażi ta' jew l-ammont annwali ta' premiums jew kontribuzzjonijiet, jew tal-piż medju ta' pretensjonijiet għall-aħħar tliet snin finanzjarji.

Fil-każ, madankollu, ta' intrapriżi ta' l-assigurazzjoni li essenzjalment jagħmlu underwriting ta' biss riskju wieħed jew iktar ta' kreditu, maltemp, silġ jew borra, l-aħħar seba' snin finanzjarji għandhom jittieħdu bħala perjodu ta' referenza għall-piż medju ta' pretensjonijiet.

2.  Soġġett għall-Artikolu 17, l-ammont ta-marħini meħtieġa ta' likwidità għandu jkun ugwali għall-ogħla miż-żewġ riżultati kif stabbilit fil-paragrafi 3 u 4.

3.  Il-bażi tal-premium għandu jiġi kkalkolat bl-użu ta' l-ogħla tal-premiums grossi miktuba jew tal-kontribuzzjoniji kif ikkalkolati taħt, u premiums jew kontribuzzjonijiet grossi mdaħħla.

Premiums jew kontribuzzjonijiet fir-rigward tal-klassijiet 11, 12 u 13 elenkati fil-punt A ta' l-Anness għandhom jiżdiedu b'50 %.

Il-Premiums jew il-kontribuzzjonijiet (inklużi piżijiet anċillari lil premiums jew kontribuzzjonijiet) dovuti fir-rigward ta' negozju dirett fl-aħħar sena finanzjarja għandhom jiġu aggregati.

Għal din is-somma għandhom jiżdiedu l-ammont ta' premiums aċċettati għar-riassigurazzjoni kollha fl-aħħar sena finanzjarja.

Minn din is-somma għandhom imbagħad jitnaqqsu l-ammont totali ta' premiums jew kontribuzzjonijiet ikkanċellati fl-aħħar sena finanzjarja, kif ukoll l-ammont totali ta' taxxi u imposti li jappartjenu għall-premiums jew kontribuzzjonijiet li jidħlu fl-aggregat.

L-ammont hekk ottenut għandu jinqasam f'żewġ porzjonijiet, l-ewwel porzjon li jestendi għal EUR 50 miljun, it-tieni li jinkludi l-eċċess; 18 % u 16 % ta' dawn il-porzjonijiet rispettivament għandhom jiġu kkalkolati u magħduda flimkien.

▼M13

Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti rigward is-somma ta’ l-aħħar tliet snin finanzjarji bejn l-ammont tal-pretensjonijiet għall-indennizz li l-impriża tar-riassigurazzjoni għad trid tħallas wara t-tnaqqis ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati taħt ir-riassigurazzjoni l-ammont gross tal-pretensjonijiet; dan il-proporzjon f’ebda każ ma jista jkun inqas minn 50 %. Ma’ l-applikazzjoni, bi prova li ssaħħaħ, mill-impriża tar-riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali u bi ftehim ta’ dik l-awtorità, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mill-istrumenti ta’ l-iskop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2005/68/KE jistgħu jitnaqqsu wkoll bħala riassigurazzjoni.

▼M10

Bl-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, metodi statistiċi jistgħu jintużaw biex jiġu allokati premiums jew kontribuzzjonijiet fir-rigward tal-klassijiet 11, 12 u 13.

4.  Il-bażi tal-pretensjonijiet għandha tiġi kkalkolata, kif ġej, bl-użu fir-rigward tal-klassijiet 11, 12 u 13 elenkati fil-punt A ta' l-Anness, ta' pretensjonijiet, dispożizzjonijiet u rkupri miżjuda b'50 %.

L-ammonti ta' pretensjonijiet imħallsa fir-rigward ta' negozju dirett (mingħajr ebda tnaqqis ta' pretensjonijiet li jidħlu responsabbli għalihom assiguraturi mill-ġdid u retroċessjonarji) fil-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aggregati.

Għal din is-somma għandhom jiżdiedu l-ammont ta' pretensjonijiet fir-rigward ta' assigurazzjonijiet mill-ġdid jew retroċessjonijiet aċċettati tul l-istess perjodi u l-ammont ta' dispożizzjonijiet għal pretensjonijiet pendenti stabbiliti fl-aħħar ta' l-aħħar sena finanzjarja kemm għal negozju dirett u għal aċċettazzjonijiet ta' riassigurazzjoni.

Minn din is-somma għandu jitnaqqas l-ammont ta' rkupri effettwati tul il-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1.

Mis-somma li mbagħad jibqa', għandhom jitnaqqsu l-ammont ta' dispożizzjonijiet għal pretensjonijiet pendenti stabbiliti fil-bidu tat-tieni sena finanzjarja li tippreċedi l-aħħar sena finanzjarja li hemm kontijiet għaliha, kemm għal negozju dirett u għal aċċettazzjonijiet ta' assigurazzjoni mill-ġdid. Jekk il-perjodu ta' referenza stabbilit fil-paragrafu 1 huwa ugwali għal seba' snin, l-ammont ta' dispożizzjonijiet għal pretensjonijiet pendenti stabbilit fil-bidu tas-sitt sena finanzjarja li tippreċedi l-aħħar sena finanzjarja li għaliha hemm kontijiet għandu jitnaqqas.

Terz, jew wieħed minn sebgħa, ta' l-ammont hekk ottenut, skond il-perjodu ta' referenza stabbilit fil-paragrafu 1, għandu jinqasam f'żewġ porzjonijiet, l-ewwel jestendi sa EUR 35 miljun u t-tieni li jinkudi l-eċċess: 26 % u 23 % ta' dawn il-porzjonijiet ripsettivament għandhom jiġu kkalkolati u miżjuda flimkien.

▼M13

Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti rigward is-somma ta’ l-aħħar tliet snin finanzjarji bejn l-ammont tal-pretensjonijiet għall-indennizz li l-impriża tar-riassigurazzjoni għad trid tħallas wara t-tnaqqis ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati taħt ir-riassigurazzjoni u l-ammont gross tal-pretensjonijiet għall-indennizz; dan il-proporzjoni f’ebda każ ma jista jkun inqas minn 50 %. Ma’ l-applikazzjoni, akkumpanjata minn provi, mill-impriża tar-riassigurazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali u bi ftehim ta’ dik l-awtorità, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn strumenti ta’ Skop speċjali msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2005/68/KE tista’ titnaqqas bħala riassigurazzjoni.

▼M10

Bl-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jintużaw metodi statistiċi biex jiġu allokati pretensjonijiet, dispożizzjonijiet u rkurpi fir-rigward tal-klassijiet 11, 12 u 13. Fil-każ ta' riskji elenkati taħt il-klassi 18 fil-punt A ta' l-Anness, l-ammont ta' pretensjonijiet imħallsa użat għall-kalkolu tal-bażi tal-pretensjonijiet għandu jkun l-ispejjeż li tidħol responsabbli għalihom l-intrapriża fir-rigward ta' assistenza mogħtija. Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu kkalkolati skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' l-Istat Membru lokali.

5.  Jekk il-marġini meħtieġ ta' likwidità kif ikkalkolat fil-paragrafi 2, 3 u 4 huwa iktar baxx mill-marġini meħtieġa ta' likwidità tas-sena ta' qabel, il-marġini meħtieġa ta' likwidità għandu jkun għall-inqas ekwivalenti għall-marġini meħtieġa ta' likwidità tas-sena ta' qabel immoltipplikat bil-proporzjon ta' l-ammont ta' dispożizzjonijiet tekniċi għal pretensjonijiet pendenti fl-aħħar ta' l-aħħar sena finanzjarja u l-ammont tad-dispożizzjonijiet tekniċi għal pretensjonijiet pendenti fil-bidu ta' l-aħħar sena finanzjarja. F'dawn il-kalkoli dispożizzjonijiet tekniċi għandhom jiġu kkalkolati netti mir-riassigurazzjoni imma l-proporzjon ma jista' f'ebda każ ikun ogħla minn 1.

6.  Il-frazzjonijiet applikabbli għall-porzjonijiet imsemmija fis-sitt subparagrafu tal-paragrafu 3 u s-sitt paragrafu tal-paragrafu 4 għandhom kull wieħed jitnaqqsu għal terz fil-każ ta' assigurazzjoni tal-ħajja pprattikata fuq bażi teknika simili għal dik ta' assigurazzjoni tal-ħajja, jekk

(a) il-premiums imħallsa huma kkalkolati abbażi tat-tabelli tal-mard skond il-metodu matematiku applikat fl-assigurazzjoni;

(b) tiġi stabbilita dispożizzjoni għaż-żieda ta' l-età;

(ċ)  premium addizzjonali huwa miġbur sabiex jiġi stabbilit marġini ta' sigurtà ta' ammont approprjat;

(d) l-intrapriża ta' l-assigurazzjoni tista' tikkanċella l-kuntratt qabel l-aħħar tat-tielet sena ta' l-assigurazzjoni fl-iktar tard;

(e) il-kuntratt jipprovdi għall-possibiltà li jiżdiedu l-premiums jew jitnaqqsu l-pagamenti anke għal kuntratti kurrenti.

▼M10

L-Artikolu 17

1.  Terz mill-marġini meħtieġ ta' likwidità kif speċifikat fl-Artikolu 16a għandu jikkostitwixxi l-fond ta' garanzija. Dan il-fond għandu jikkonsisti f'partiti elenkati fl-Artikolu 16(2), (3) u, bil-ftehim ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru lokali, (4)(ċ).

2.  Il-fond ta' garanzija ma jistax ikun inqas minn EUR 2 miljun. Meta, madankollu, ftit mir-riskji jew ir-riskji kollha inklużi f'wieħed mill-klassijiet 10 sa 15 elenkati fil-punt A ta' l-Anness huma koperti, għandu jkun EUR 3 miljun.

Kull Stat Membru jista' jipprovdi għal kwart mit-tnaqqis tal-fond minimu ta' garanzija fil-każ ta' assoċjazzjonijiet reċirpoċi u assoċjazzjonijiet ta' tip reċiproku.

▼M10

L-Artikolu 17a

1.  L-ammonti f'euro kif stabbilit fl-Artikolu 16a(3) u (4) u l-Artikolu 17(2) għandhom jiġu riveduti annwalment mill-20 ta' Settembru 2003 sabiex jittieħed kont ta' bidliet fl-indiċi Ewropew ta' prezzijiet tal-konsumatur li jinkludu l-Istati Membri kollha kif ippubblikat mill-Ewrostat.

L-ammonti għandhom jiġu adattati awtomatikament billi jiżdied l-ammont bażi f'euro bil-kambju tal-perċentwali f'dak l-indiċi tul il-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u d-data ta' reviżjoni u jiġi arrotondit għal multiplu ta' EUR 100 000.

Jekk il-bidla fil-perċentwali mill-aħħar adattament hija inqas minn 5 %, ebda adattament m'għandu jseħħ.

2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-reviżjoni u bl-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1.

▼M13

Artikolu 17b

1.  Kull Stat Membru għandu jitlob li l-impriża ta’ l-assigurazzjoni bl-uffiċċju ġenerali jkun fit-territorju tagħha u li twettaq l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni tistabilixxi, fir-rigward tan-negozju sħih tagħha, fondi ta’ garanzija minima skond l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2005/68/KE, fejn tintlaħaq waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu l-10 % tal-primjum totali tagħha;

(b) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu EUR 50 000 000;

(ċ) id-dispożizzjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni tagħha jeċċedu l-10 % tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha.

2.  Kull Stat Membru jista’ jagħżel li japplika għal dawn l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u bl-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab fit-territorju tiegħu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 34 ta’ Direttiva 2005/68/KE fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-aċċettazzjoni tar-riassigurazzjoni, fejn tintlaħaq waħda mill-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1.

F’dak il-każ, l-Istat Membru rilevanti għandu jitlob li l-assi kollha mħaddma mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni sabiex ikopri d-dispożizzjonijiet tekniċi li jikkorrispondu għall-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni tiegħu jkunu separati, immexxija u organizzati separatament mill-attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni diretti, mingħajr il-possibbiltà tat-trasferiment. F’tali każ, u fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-aċċettazzjoni tar-riassigurazzjoni biss, l-impriżi tar-riassigurazzjoni, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikoli 20, 21 u 22 tad-Direttiva 92/49/KEE ( 10 ) u l-Anness I tad-Direttiva 88/357/KEE.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jivverifikaw is-separazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.

3.  Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, skond l-Artikolu 56(ċ) tad-Direttiva 2005/68/KE li ttejjeb l-ammonti użati għall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbilità meħtieġ imsemmi fl-Artikolu 37(3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, kull Stat Membru għandu japplika għal dawk l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma msemmija fil-paragrafu 1 id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 35 sa 39 ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-aċċettazzjoni tar-riassigurazzjoni.

▼M7

L-Artikolu 18

1.  Stati Membri m’għandhomx jippreskrivu regoli dwar l-għażla ta’ assi li m’hemmx bżonn li jintużaw bħala kopertura għad-dispożizzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 15.

2.  Soġġett għall-Artikolu 15(2), l-Artikolu 20(1), (2), (3) u (5) u l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 22(1), Stati Membri m’għandhomx jirristrinġu d-disponiment liberu ta’ dawk l-assi, kemm mobbli kemm immobbli, li jiffurmaw parti mill-assi ta’ intrapriżi awtorizzati ta’ assigurazzjoni.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jipprekludu miżuri li Stati Membri, waqt li jissalvagwardjaw l-interessi tal-persuni assigurati, huma intitolati li jieħdu bħala sidien jew membri jew bħala sieħba fl-intrapriżi inkwistjoni.

▼M2

L-Artikolu 19

1.  Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li kull intrapriża li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinstab fit-territorju tiegħu tipproduċi kont annwali, li jkopri it-tipi kollha ta’ operazzjonijiet, tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, tal-likwidità u, f’dak li jirrigwarda r-riskji elenkati taħt in-Nru 18 fil-punt A ta’ l-Anness, riżorsi oħrajn disponibbli għaliha biex hi tilħaq ir-responsabbiltajiet tagħha, meta l-liġijiet tagħha jipprovdu għas-sorveljanza ta’ dawn ir-riżorsi.

▼M3

1a.  Fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu, l-impriża għandha tagħmel disponibbli lill-awtorità ta’ sorveljanza l-kontijiet li juru kemm ir-riżultati tekniċi u wkoll ir-riservi tekniċi li jirrelataw għal dak in-negozju.

▼M7

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li intrapriżi ta’ assigurazzjoni bl-uffiċċju ewlenin fit-territorji tagħhom iħejju perjodikament ir-returns, flimkien ma’ dokumenti statistiċi, li huma neċessarji għall-iskopijiet ta’ sorveljanza.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin b’dokumenti u informazzjoni li huma utli għall-iskopijiet ta’ sorveljanza.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi kollha neċessarji biex jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poteri u l-mezzi neċessarji għas-sorveljanza tan-negozju ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni bl-uffiċini ewlenin tagħhom fit-territorji tagħhom, inkluż in-negozju mwettaq barra dawk it-territorji, skond id-Direttivi tal-Kunsill li jirregolaw dan in-negozju u għall-iskop li jaraw li jkunu implimentati.

Dawk il-poteri u l-mezzi għandhom, partikolarment, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li:

(a) jagħmlu inkjesti dettaljati rigward is-sitwazzjoni ta’ l-intrapriża u n-negozju kollu tagħha, inter alia, billi:

— jiġbru informazzjoni jew jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ dokumenti li jikkonċernaw in-negozju tagħha ta’ l-assigurazzjoni,

— iwettqu investigazzjonijiet fuq il-post fil-bini ta’ l-intrapriża;

(b) jieħdu kull miżuri fir-rigward ta’ intrapriża, id-diretturi jew l-amministraturi tagħha jew il-persuni li jikkontrollawha, li huma approprjati u neċessarji biex jassiguraw li n-negozju ta’ l-intrapriża jibqa’ jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandha tikkonforma magħhom l-intrapriża f’kull Stat Membru u b’mod partikolari ma l-iskema ta’ operazzjonijiet sakemm din tibqa’ mandatorja, u li jipprevienu jew jirrimedjaw kull irregolarità preġudizzjarja għall-interessi ta’ persuni assigurati;

(ċ) jassiguraw li dawk il-miżuri jitwettqu, jekk jeħtieġ bl-applikazzjoni u fejn xieraq permezz ta’ mezzi ġudizzjarji.

L-Isati Membri jistgħu ukoll jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet kompetenti biex jakkwistaw kull informazzjoni li tirrigwarda kuntratti li jkunu miżmuma minn intermedjarji.

L-Artikolu 20

1.  Jekk intrapriża ma tikkonformax ma’ l-Artikolu 15, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità tista tipprojbixxi id-disponiment liberu ta’ l-assi tagħha wara li tkun ikkomunikat l-intenzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fihom jinstabu r-riskji.

2.  Għall-iskopijiet tar-restawrar tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża li l-marġini tal-likwidità tagħha jkun waqa’ taħt il-minimu meħtieġ taħt ►M10  L-Artikolu 16a ◄ , l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandha teħtieġ li pjan għar-restawr ta’ pożizjoni finanzjarja soda jiġi sottomess għall-approvazzjoni tagħha.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk l-awtorità kompetenti tkun ta’ l-opinjoni li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża tkun sejra li tiddeterjora aktar, din tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi id-disponiment liberu ta’ l-assi ta’ l-intrapriża.

Għandha tinforma lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-oħrajn li fit-territorji tagħhom l-intrapriża ssegwi n-negozju tagħha dwar b’kull miżura li hi tkun ħadet u dawn ta’ l-aħħar għandhom, fuq talba ta’ dawk ta’ qabel, jieħdu l-istess miżuri.

3.  Jekk il-marġini ta’ likwidità jaqa’ taħt il-fond ta’ garanzija kif definit fl-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandha teħtieġ li l-intrapriża tissottometti skema finanzjarja għal żmien qasir għall-approvazzjoni tagħha.

Tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi id-disponiment liberu ta’ l-assi ta’ l-intrapriża.Għandha tinforma lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-oħrajn li fit-territorji tagħhom l-intrapriża ssegwi in-negozju tagħha kif xieraq u dawn ta’ l-aħħar għandhom, fuq talba ta’ dak ta’ qabel, jieħdu l-istess miżuri.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu imbagħad jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jissalvagwardaw l-interessi tal-persuni assigurati fil-kazijiet previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3.

5.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex ikun jista’, skond il-liġi nazzjonali tiegħu, jipprojbixxi id-disponiment liberu ta’ assi li jinstabu fit-territorju tiegħu fuq it-talba, fil-każijiet previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3, ta’ l-intrapriża ta’ l-Istat Membru tal-lokalità, li għandu jinnomina l-assi li għandhom jiġu koperti b’dawn il-miżuri.

▼M10

L-Artikolu 20a

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poter jeħtieġu pjan finanzjarju ta' rkupru għal dawk l-intrapriżi ta' l-assigurazzjoni meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li d-drittijiet tat-titolari tal-poloz huma mhedda. Il-pjan finanzjarju ta' rkupru għandu bħala minimu jinkludi dettalji jew prova li tikkonċerna għat-tliet snin li ġejjin:

(a) stimi ta' spejjeż ta' amministrazzjoni, b'mod partikolari spejjeż kurrenti ġenerali u kommissjonijiet;

(b) pjan li jistabbilixxi stimi dettaljati ta' dħul u infiq fir-rigward ta' negozju dirett, aċċettazzjonijiet ta' assigurazzjoni mill-ġdid u ċessjonijiet ta' assigurazzjoni mill-ġdid;

(ċ)  balance sheet ta' previżjoni;

(d) stimi tar-riżorsi finanzjarji intiżi biex ikopru responsabbiltajiet ta' underwriting u l-marġini ta' likwidità meħtieġa;

(e) il-politika globali ta' assigurazzjoni mill-ġdid.

2.  Meta d-drittijiet tat-titolari tal-poloz huma mhedda minħabba li l-pożizzjoni finanzjarja ta' l-intrapriża qed tiddeterjora, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poter jobbligaw lill-intrapriżi ta' l-assigurazzjoni biex ikollhom marġini ogħla ta' likwidità meħtieġ, sabiex jiġi assigurat li l-intrapriża ta' l-assigurazzjoni tkun tista' tissodisfa l-ħtiġiet ta' likwidità fil-futur qarib. Il-livell ta' din il-marġini ogħla ta' likwidità meħtieġa għandu jkun ibbażat fuq il-pjan finanzjarju ta' rkupru msemmi fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poter jirrivalutaw 'l isfel l-elementi kollha eliġibbli għall-marġini ta' likwidità disponibbli, b'mod partikolari, meta kien hemm bidla sinifikanti fil-valur tas-suq ta' dawn l-elementi minn l-aħħar ta' l-aħħar sena finanzjarja.

▼M13

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jirriduċu t-tnaqqis, ibbażat fuq ir-riassigurazzjoni, għall-marġni ta’ solvibbilità kif stabbilit skond l-Artikolu 16a fejn:

(a) in-natura jew il-kwalità tal-kuntratti tar-riassigurazzjoni tbiddlet b’mod sinifikanti mill-aħħar sena finanzjarja;

(b) m’hemm l-ebda trasferiment ta’ riskju, jew hemm trasferiment ta’ riskju limitat taħt il-kuntratti tar-riassigurazzjoni.

▼M10

5.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti ħtieġu pjan ta' rkupru finanzjarju għall-intrapriża ta' assigurazzjoni skond il-paragrafu 1, għandhom joqogħdu lura milli joħorġu ċertifikat skond l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE (it-tieni Direttiva ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja) ( 11 ) u l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE (it-tielet Direttiva ta' l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja) ( 12 ), sakemm jikkunsidraw li d-drittijiet tat-titolari tal-poloz huma mhedda fis-sens tal-paragrafu 1.

▼M5 —————

▼B



It-Taqsima Ċ:

L-Irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni

▼M7

L-Artikolu 22

1.  Awtorizzazzjoni mogħtija lil intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità tagħha tista’ tiġi rtirata minn dik l-awtorità jekk dik l-intrapriża:

(a) ma tagħmilx użu minn dik l-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament jew tieqaf milli ssegwi negozju għal aktar minn sitt xhur, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel dispożizzjoni biex tiskadi l-awtorizzazzjoni f’dawn il-każijiet;

(b) ma tkunx aktar tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni;

(ċ) ma tkunx tista, fiż-żmien allokat, tieħu l-miżuri speċifikati fil-pjan ta’ restorazzjoni jew skema finanzjarja msemmija fl-Artikolu 20;

(d) tonqos serjament mill-obbligu tagħha skond ir-regolamenti li hija soġġetta għalihom.

Fil-każ ta’ l-irtirar jew l-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn kif xieraq, u dawn għandhom jieħdu l-miżuri approprjati biex jipprevienu l-intrapriża milli tibda operazzjonijiet ġodda fit-territorji tagħhom, jew taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandha, inkonnessjoni ma’ dawk l-awtoritajiet, tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tissalvagwardja l-interessi ta’ persuni assigurati u, b’mod partikolari, għandha tirrestrinġi d-disponiment liberu ta’ l-assi ta’ l-intrapriża skond l-Artikolu 20(1), (2), it-tieni subparagrafu, jew (3), it-tieni subparagrafu.

2.  Kull deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni għandha tkun sostnuta b’raġunijiet preċiżi u ikkomunikata lill-intrapriża i kwistjoni.



▼M6

It-Titolu III A —

Regoli applikabbli għal aġenziji jew fergħat stabbiliti fil-Komunità u li jappartienu għal intrapriżi li l-uffiċċji ewlenin tagħhom ikunu barra l-Komunità

▼B

L-Artikolu 23

1.  Kull Stat Membru għandu jagħmel aċċess għan-negozju msemmi fl-Artikolu 1 permezz ta’ impriża li l-uffiċju prinċipali tagħha jkun barra l-Komunità soġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali.

2.  Stat Membru jista’ jagħti awtorizzazzjoni jekk l-impriża twettaq mill-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) Tkun intitolata li twettaq negozju ta’ l-assigurazzjoni skond il-liġi nazzjonali tagħha;

(b) Tistabbilixxi aġenzija jew il-fergħa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(ċ) Timpenja ruħha li tistabbilixxi fil-post ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-aġenzija jew fergħa l-kontijiet speċifiċi għan-negozju li hi twettaq hemm, u li żżomm hemmhekk ir-reġistri kollha li għandhom x’jaqsmu man-negozju operat;

(d) Tinnomina aġent awtorizzat, biex ikun approvat mill-awtoritajiet kompetenti;

(e) Tkun tippossjedi fil-pajjiż fejn hi twettaq in-negozju tagħha assi ta’ ammont ekwivalenti għal mill-anqas nofs l-ammont minimu kif preskritt fl-Artikolu 17(2), fir-rigward tal-fond ta’ garanzija, u tiddeposita kwart ta’ l-ammont minimu bħala sigurtà;

(f) Tintrabat li żżomm marġini ta’ likwidità skond il-ħtiġiet imsemmija fl-Artikolu 25;

(g) Tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(1) u (2);

▼M9

(h) Tikkomunika l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-pretensjonijiet maħtur f’kull Stat Membru barra mill-Istat Membru li fih l-awtorizzazzjoni tkun mitluba jekk ir-riskji li għandhom ikunu koperti jkunu kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A ta’ l-Anness, barra mir-responsabbiltà ta’ trasportaturi.

▼B

L-Artikolu 24

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li impriżi jistabilixxu riservi tekniċi adegwati biex ikopru ir-responsabbiltajiet dwar l-assigurazzjoni assunti fit-territorji tagħhom. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-aġenzija jew il-fergħa tkopri dawn ir-riservi tekniċi permezz ta’ assi li huma ekwivalenti għal dawn ir-riservi u huma, sal-limiti ffissati mill-Istat inkwistjoni, assi li jaqblu.

Il-liġi ta’ l-Istati Membri għandha tkun applikabbli għall-kalkolu ta’ riservi tekniċi, id-determinazzjoni ta’ kategoriji ta’ investimenti, u l-valutazzjoni ta’ assi.

L-Istat Membru inkwistjoni għandu jenħtieġ li l-assi li jirrappreżentaw ir-riservi tekniċi għandhom ikunu lokalizzati fit-territorju tiegħu. L-Artikolu 15(3) għandu, madanakollu, ikun applikabbli.

L-Artikolu 25

1.  Kull Stat Membru għandu jeħtieġ għal aġenziji jew fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu marġini ta’ likwidità li tkun tikkonsisti minn assi liberi minn kull responsabilità prevista, imnaqqsin minn kull entità intanġibbli. Il-marġini ta’ likwidità għandha tkun ikkalkolata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16(3). Madanakollu, għall-iskop tal-kalkolu ta’ dan il-marġini, għandu biss jittieħed kont ta’ premiumsjew il-kontribuzzjonijiet u t-talbiet lijappartjenu għan-negozju effettwat mill-aġenzija jew mill-fergħa kkonċernata.

2.  Terz tal-marġini ta’ likwidità għandu jikkonstitwixxi il-fond ta’ garanzija. Il-fond tal-garanzija ma jistax ikun anqas minn nofs tal-minimu meħtieġ taħt l-Artikolu 17(2). Id-depositu tal-bidu alloġġat skond l-Artikolu 23(2)(e) għandu jkun magħdud lejn dak il-fond ta’ garanzija.

3.  L-assi li jirrappreżentaw il-marġini ta’ likwidità għandhom jinżammu fil-pajjiż fejn jitwettaq in-negozju sa l-ammont tal-fond ta’ garanzija u l-eċċess, fil-Komunità.

▼M2

L-Artikolu 26

1.  Kull intrapriża li tkun talbet jew ġabet awtorizzazzjoni minn aktar minn Stat Membru wieħed tista’ tapplika għall-vantaġġi li ġejjin li jistgħu jingħataw biss konġuntement:

(a) il-marġini ta’ likwidità msemmi fl-Artikolu 25 jista’ jiġi kkalkulat b’relazzjoni għan-negozju kollu mwettaq fil-Komunità; f’dak il-każ, għandu biss jittieħed kont ta’ l-operazzjonijiet effettwati mill-aġenziji jew mill-fergħat kollha stabbiliti fil-Komunità għall-iskopijiet ta’ dan il-kalkolu;

(b) id-depositu meħtieġ taħt l-Artikolu 23(2)(e) għandu jiġi alloġġat biss f’wieħed minn dawk l-Istati Membri;

(ċ) l-assi li jirrappreżentaw il-fond ta’ garanzija għandhom jiġu lokalizzati fi kwalunkwe mill-Istati Membri fejn hi twettaq l-attivitajiet tagħha.

2.  Applikazzjoni għall-benefiċċju mill-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati. L-applikazjoni għandha tiddikjara l-awtorità ta’ l-Istat Membru li fil-ġejjieni għandha tissorvelja l-likwidità tan-negozju kollu ta’ l-aġenziji jew tal-fergħat stabbiliti fil-Komunità. Għandhom jingħataw raġunijiet għall-għażla ta’ l-awtorità magħmula mill-intrapriża. Id-depositu għandu jiġi alloġġat ma’ dak l-Istat Membru.

3.  Il-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 jistgħu biss jingħataw jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kollha li fihom saret applikazzjoni jaqblu magħhom. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ miż-żmien meta l-awtorità ta’ sorveljanza magħżula tinforma lill-awtoritajiet l-oħrajn ta’ sorveljanza li hi tkun sejra tissorvelja l-qagħda ta’ likwidità tan-negozju kollu ta’ l-aġenziji jew tal-fergħat fil-Komunità.

L-awtorità ta’ sorveljanza magħżula għandha ġġib mill-Istati Membri l-oħrajn l-informazzjoni neċessarja għas-sorveljanza tal-likwidità ġenerali ta’ l-aġenziji u l-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.

4.  Fuq talba minn Stat Membru wieħed jew ieħor ikkonċernati, il-vantaġġi mogħtija taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu rtirati simultanjament mill-Istati Membri kollha kkonċernati.

▼B

L-Artikolu 27

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 19 u 20 għandhom ukoll japplikaw fir-rigward ta’ aġenziji u fergħat ta’ impriżi li għalihom japplika dan it-Titolu.

▼M2

Fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 20, meta intrapriża tikkwalifika għall-vantaġġi previsti fl-Artikolu 26(1), l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-likwidità ta’ aġenziji jew fergħat stabbiliti fil-Komunità fir-rigward tan-negozju intier tagħhom għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħall-awtorità ta’ l-Istat li fit-territorju tiegħu l-uffiċċju ewlieni ta’ intrapriża Komunitarja jkun jinstab.

▼B

L-Artikolu 28

Fil-każ ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjoni mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 26(2), din l-awtorità għandha tinnotifika l-awtoritajiet ta’l-Istati Membri l-oħrajn fejn topera l-impriża u dawn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza ta’ l-aħħar għandhom jieħdu l-miżuri approprjati. Jekk ir-raġuni għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni tkun in-nuqqas ta’ addattament ta’ l-istat ġenerali ta’ likwidità kif iffissat mill-Istati Membri li qablu mat-talba msemmija fl-Artikolu 26, l-Istati Membri li taw l-approvazzjoni tagħhom għandhom ukoll jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tagħhom.

▼M7

L-Artikolu 28a

1.  Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, kull Stat Membru għandu jawtorizza aġenziji u fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti minn dan it-Titolu biex jitrasferixxu l-portfolios kollha tagħhom, jew parti minnhom, dwar kuntratti, lil uffiċċju li jaċċetta, stabbilit fl-istess Stat Membru jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jew, jekk approprjat, ta’ l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 26, jiċċertifikaw li wara li t-trasferimenti jkunu ikkunsidrati, l-uffiċċju li jaċċetta għandu l-marġini ta’ likwidità neċessarju.

2.  Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, kull Stat Membru għandu jawtorizza aġenziji u fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti b’dan it-Titolu biex jittrasferixxu il-portfolios kollha tagħhom, jew parti minnhom, dwar kuntratti, lil intrapriża ta’ assigurazzjoni b’uffiċċju ewlieni fi Stat Membru ieħor jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jiċċertifikaw li wara li t-trasferimenti jiġu kkunsidrati l-uffiċċju li jaċċetta jkollu l-marġini ta’ likwidità neċessarju.

3.  Jekk skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali Stat Membru jawtorizza aġenziji u fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti b’dan it-Titolu biex jitrasferixxu il-portfolios kollha tagħhom, jew parti minnhom, ta’ kuntratti, lil aġenzija jew fergħa koperta b’dan it-Titolu u stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, dan għandu jassigura li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju li jaċċetta jew, jekk approprjat, ta’ l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 26, jiċċertifika li wara li t-trasferiment jiġi kkunsidrat, l-uffiċċju li jaċċetta jkollu l-marġini ta’ likwidità neċessarju, li l-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju li jaċċetta dan it-trasferiment u li l-Istat ikun qabel li jsir it-trasferiment.

4.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 l-Istat Membru li fih tkun tinstab l-aġenzija jew il-fergħa li titrasferixxi, għandu jawtorizza t-trasferiment wara li jakkwista l-ftehim ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih jinstabu r-riskji, jekk dan ma jkunx l-Istat Membru li fih tkun tinstab l-aġenzija jew il-fergħa li tittrasferixxi.

5.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonsultati għandhom jagħtu l-opinjoni jew il-kunsens tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li titrasferixxi, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu talba; l-assenza ta’ kwalunkwe tweġiba mill-awtoritajiet ikkonsultati f’dak il-perjodu għandha titqies ekwivalenti għal opinjoni favorevoli jew kunsens taċitu,

6.  Trasferiment awtorizzat skond dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali fl-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju. Dawn it-trasferimenti għandhom awtomatikament ikunu validi kontra titolari ta’ poloz, persuni assigurati u kull persuna oħra li jkollha drittijiet jew obbligi li joriġinaw mill-kuntratti trasferiti.

Din id-disposizzjoni m’għandiex taffettwa id-dritt ta’ l-Istati Membri li jagħtu lil titolari ta’ poloz l-għażla li jikkanċellaw il-kuntratti fi żmien perjodu fiss wara t-trasferiment.

▼B

L-Artikolu 29

Il-Komunità tista’, permezz ta’ ftehim konkluż skond it-Trattat ma’ pajjiż mhux membru wieħed jew aktar, taqbel ma’ l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet differenti għal dawk ipprovduti f’dan it-Titolu, bl-iskop li jassiguraw, skond il-kondizzjonijiet ta’ reċiproċità, protezzjoni adegwata għal persuni assigurati fl-Istati Membri.



▼M6

It-Titolu III B —

Regoli applikabbli għal sussidjarji ta’ intrapriżi ewlenija rregolati bil-liġijiet ta’ pajjiż terz u għall-akkwist ta’ proprjetà minn dawn l-intrapriżi ewlenija

▼M12

Artikolu 29a

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra:

(a) bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' sussidjarji diretti jew indiretti li waħda jew aktar ta' l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz;

(b) kull meta impriża prinċipali bħal dik takkwista sehem f'istituzzjoni ta' kreditu Komunitarja b' mod illi din ta' l-aħħar issir sussidjarja.

2.  Meta tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) lis-sussidjarja diretta jew indiretta ta' waħda jew aktar mill-impriżi prinċipali mil-liġi ta' pajjiżi terzi, l-istruttura tal-grupp għandha tiġi speċifikata fin-notifika li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni.

▼M6

L-Artikolu 29b

1.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull diffikultà ġenerali li jiltaqgħu magħhom l-intrapriżi ta’ assigurazzjoni meta jistabbilixxu ruħhom jew fl-insegwiment ta’ l-attivitajiet tagħhom f'pajjiż terz.

2.  Inizjalment mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u mbagħad perjodikament, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jeżamina t-trattament mogħti lill-intrapriżi Komunitarji ta’ l-assigurazzjoni f’pajjiżi terzi, fit-termini msemmija fil-paragrafi 3 u 4, fir-rigward ta’ l-istabbiliment u l-insegwiment ta’ attivitajiet ta' assigurazzjoni, u l-akkwist ta’ proprjetà f’intrapriżi ta’ assigurazzjoni ta’ pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawk ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma kull proposta approprjata.

3.  Kull meta jkun jidher għall-Kummissjoni, jew fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew fuq il-bażi ta’ informazzjoni oħra, li pajjiż terz ma jagħtix lill-intrapriżi Komunitarji ta’ assigurazzjoni aċċess effettiv għas-suq paragunabbli għal dak mogħti mill-Komunità lil intrapriżi ta’ assigurazzjoni minn dak il-pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill għall-mandat approprjatgħal negozjati bl-iskop li jiġu akkwistati opportunitajiet kompetittivi paragunabbli għal intrapriżi Komunitarji ta’ assigurazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata.

4.  Kull meta jidher lill-Kummissjoni, jew fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew fuq il-bażi ta’ informazzjoni oħra, li intrapriżi Komunitarja ta’ assigurazzjoni f’pajjiż terz ma jkunux qed jirċievu trattament nazzjonali li joffri l-istess opportunitajiet kompetittivi bħalma huma disponibbli għal intrapriżi domestiċi ta’ assigurazzjoni u li l-kondizzjonijiet ta’ aċċess effettiv għas-suq ma jkunux qed jiġu sodisfatti, l-Kummissjoni tista tibda negozjati sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

▼M12

Fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-ewwel subparagrafu, jista' wkoll jiġi deċiż fi kwalunkwe mument, u flimkien mal-bidu tan-negozjati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 13 ) u b'mod konformi ma' l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 tagħha li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jillimitaw jew jissospendu d-deċiżjonijiet tagħhom fir-rigward ta' dan li ġej:

(a) talbiet għal awtorizzazzjoni, kemm jekk pendenti fil-mument tad-deċiżjoni jew preżentati wara;

(b) l-akkwist ta' holding minn intrapriżi prinċipali diretti jew indiretti regolati mil-liġi tal-pajjiż terz in kwistjoni.

▼M6

Id-dewmien tal-miżuri msemmija ma jistax jeċċedi tliet xhur.

Qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu ta’ tliet xhur, u fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati, il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata li l-miżuri għandhom jitkomplew.

Dawn il-limitazzjonijiet jew is-sospensjonijiet ma jistgħux japplikaw għall-istabbiliment ta' sussidjarji minn intrapriżi ta’ assigurazzjoni jew is-sussidjarji tagħhom awtorizzati kif dovut fil-Komunità, jew għall-akkwist ta’ proprjetajiet f'intrapriżi Komunitarji ta’ l-assigurazzjoni minn dawn l-intrapriżi jew sussidjarji.

5.  Kull meta jkun jidher għall-Kummissjoni li waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafi 3 u 4 tkun teżisti, l-Istati Membri għandhom jinfurmawha fuq it-talba tagħha:

(a) b’kull talba għall-awtorizzazzjoni ta’ sussidjarja diretta jew indiretta, li intrapriża ewlenija waħda jew aktar tagħha jkunu rregolati bil-liġijiet tal-pajjiż terz inkwistjoni;

(b) b’kull pjan biex din l-intrapriża takkwista proprjetà f'intrapriża Komunitarja ta’ assigurazzjoni hekk li din ta’ l-aħħar issir is-sussidjarja ta’ dik ta’ l-ewwel.

Dan l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni jintemm ladarba jkun konkluż ftehim mal-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 3 jew 4 jew meta l-miżuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 4 ma jibqgħux japplikaw.

6.  Miżuri meħuda skond dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw ma’ l-obbligi Komunitarji taħt kull ftehim internazzjonali, bilaterali jew multi-laterali, li jirregola l-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

▼B



It-Titolu IV —

Dispożizzjonijiet transitorji u oħrajn

L-Artikolu 30

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu impriżi msemmija fit-Titolu II li mad-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għal din id-Direttiva jipprovdu assigurazzjoni fit-territorji tagħhom f’waħda jew aktar mill-klassijiet imsemmija fl-Artikolu 1 perijodu ta’ ħames snin, li jibdew mid-data ta’ notifika ta’ din id-Direttiva, sabiex jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ l-Artikoli 16 u 17.

2.  Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu:

(a) jippermettu kull impriża msemmija f’(1), li meta jiskadi l-perijodu ta’ ħames snin ma tkunx għadha stabbiliet bis-sħiħ il-marġini ta’ likwidità, perijodu ieħor li ma jaqbiżx sentejnbiex jagħmlu hekk sakemm dawn l-impriżi jkunu, skond l-Artikolu 20, issottomettew għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità ta’ superviżjoni il-miżuri li huma jipproponu li jieħdu għaldan l-iskop;

(b) jeżentaw impriżi msemmija f’(1) li d-dħul ta’ premium jew tal-kontribuzzjoni annwali tagħhom malli jiskadi l-perijodu ta’ ħames snin ikunu għadu sitt darbiet taħt l-ammont tal-fond minimu ta’ garanzija meħtieġ taħt l-Artikolu 17(2) mill-ħtieġa li jiġi stabbilit dak il-fond minimu ta’ garanzija qabel it-tmiem tas-sena finanazjarja li fir-rigward tagħha id-dħul mil-premium jew mill-kontribuzzjoni jkun daqs sitt darbiet dan il-fond minimu ta’ garanzija. Wara li jikkunsidraw ir-riżultati ta’ l-eżami previsti taħt l-Artikolu 33, il-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament, fuq proposta mill-Kummissjoni, meta din l-eżenzjoni għandha tiġi abolita mill-Istati Membri.

3.  L-impriżi li jixtiequ jestendu l-operazzjonijiet tagħhom fis-sens ta’ l-Artikolu 8(2) jew l-Artikolu 10 ma jistgħux jagħmlu hekk sakemm ma jikkonformawx immedjetament mar-regoli ta’ din id-Direttiva. Madanakollu, l-impriżi msemmija fil-paragrafu (2)(b) li fit-territorju nazzjonali jestendu in-negozju tagħhom għal klassijiet oħra ta’ assigurazzjoni jew għal partijiet oħra ta’ dan it-territorju jistgħu jiġu eżentati għal perijodu ta’ għaxar snin mid-data tan-notifika tad-Direttiva mill-ħtieġa li jikkostitwixxu l-fond minimu ta’ garanzija msemmi fl-Artikolu 17(2).

4.  Impriża li jkollha struttura differenti minn kwalunkwe minn dawk imniżżla fl-Artikolu 8 tista’ tibqa’, għal perijodu ta’ tliet snin minn notifika tad-Direttiva, twettaq in-negozju preżenti tagħha fil-forma legali li fiha tkun ikkostitwita fil-waqt tan-notifika. Impriżi stabbiliti fir-Renju Unit “by Royal Charet” jew “by private Act” jew “by special public Act” jistgħu jibqgħu iwettqu in-negozju tagħhom fil-forma preżenti għal perijodu indefinit.

Impriżi fi-Belġju li, skond l-objettivi tagħhom, iwettqu in-negozju ta’ self ta’ ipoteka b’intervent jew operazzjonijiet ta’ tfaddil skond in-Nru 4 ta’ l-Artikolu 15 tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ banek privati tat-tfaddil, koordinati mill-“arrête royal” tat-23 ta’ Ġunju 1967, jistgħu jibqgħu iwettqu dan in-negozju għal perijodu ta’ tliet snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri inkwistjoni għandhom iħejju lista ta’ dawn l-impriżi u jikkomunikawha lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

5.  Fuq talba mill-impriżi li jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 17, l-Istati Membri għandhom jieqfu milli japplikaw il-miżuri restrittivi bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ ipoteki, depositi u titoli stabbiliti taħt ir-regolamenti preżenti.

L-Artikolu 31

L-Istati Membri għandhom jippermettu aġenziji jew fergħat imsemmija fit-Titolu III li, mad-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implementazzjoni ta’ din id-Direttiva, jinsabu impenjati fi klassi waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 1 u li ma jestendux in-negozju tagħhom fis-sens ta’ l-Artikolu 10(2) perijodu massimu ta’ ħames snin, mid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva, sabiex jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25.

L-Artikolu 32

Tul perijodu li jispiċċa fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim konkluż ma’ pajjiż mhux membru skond l-Artikolu 29 u fl-aktar tard ma’ l-iskadenza ta’ perijodu ta’ erba’ snin wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, kull Stat Membru jista’ jżomm afavur ta’ impriżi ta’ dak il-pajjiż stabbiliti fit-territorju tiegħu r-regoli applikati lilhom fl-1 ta’ Jannar 1973 fir-rigward ta’ assi li jaqblu u l-lokalizzazzjoni ta’ riservi tekniċi, sakemm in-notifika tingħata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni u l-limiti ta’ rilassamenti mogħtija skond l-Artikolu 15(2) afavur l-impriżi ta’ l-Istati Membri stabbiliti fit-territorju tiegħu ma jinqabżux.



It-Titolu V —

Dispożizzjonijiet Finali

L-Artikolu 33

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib għall-iskop li jiffaċilitaw is-sorveljanza ta’ assigurazzjoni diretta fil-Komunità u ta’ l-ezami ta’ xi diffikultajiet li jistgħu jkunu kkawżati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 34

1.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, fi żmien sitt snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva, rapport dwar l-effetti tal-ħtiġiet finanzjarji imposti b’din id-Direttiva fuq is-sitwazzjoni fis-swieq ta’ l-assigurazzjoni ta’ l-Istati Membri.

2.  Il-Kummissjoni għandha, kif u meta neċessarju, tissottometti rapporti

interim

lill-Kunsill qabel it-tmiem tal-perijodu transitorju previst fl-Artikolu 30(1).

L-Artikolu 35

L-Istati Membri għandhom jemendaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Id-dispożizzjonijiet hekk emendati għandhom, soġġetti għall-Artikoli 30, 31 u 32, ikunu applikati fi żmien 30 xahar mid-data tan-notifika.

L-Artikolu 36

Man-notifika ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija ta’ natura leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 37

L-Anness għandu jifforma parti integrali minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 38

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

A.   Klassifika tar-riskji skond il-klassijiet ta’ assigurazzjoni

1.   Inċidenti (inklużi korriment industrijali u mard tax-xogħol)

— benefiċċji fissi fi flus

— benefiċċji ta’ natura ta’ indennità

— kombinazzjoni tat-tnejn

— korriment tal-passiġġieri

2.   Mard

— benefiċċji fissi fi’ flus

— benefiċċji ta’ natura ta’ indennità

— kombinazzjoni tat-tnejn

3.   Vetturi ta’ l-art (apparti minn ħażna fuq vaguni tal-ferrovija)

Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’:

— vetturi bil-mutur ta’ l-art

— vetturi ta’ l-art apparti minn vetturi bil-mutur

4.   Ħażna fuq vaguni tal-ferrovija

Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’ ħażna fuq vaguni tal-ferrovija

5.   Inġenji ta’ l-ajru

Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’ l-inġenji ta’ l-ajru

6.   Vapuri (bastimenti tal-baħar, tal-lagi tax-xmajjar u tal-kanali)

Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’:

— bastimenti tax-xmajjar u tal-kanali

— bastimenti tal-lagi

— bastimenti tal-baħar

7.   Oġġetti intransitu (inkluża merkanzija, bagalji, u l-merkanzija l-oħra kollha)

Il-ħsara kollha lil jew it-telf tal-merkanzija intransitu jew bagalji, irrespettivament mill-forom tat-trasport

8.   Ħruq u forzi naturali

Il-ħsarat kollha lil u telf ta’ proprjetà (apparti minn proprjetà inkluża fil-klassijiet 3, 4, 5, 6 u 7) minħabba:

— nar

— splużjoni

— maltemp

— forzi naturali apparti minn maltemp

— enerġija nukleari

— kollass ta’ l-art

9.   Ħsara oħra lill-proprjetà

Il-ħsarat kollha lil jew it-telf ta’ proprjetà (apparti minn proprjetà inkluża fil-klassijiet 3, 4, 5, 6 u 7) minħabba silġ jew ġlata, u fi kwalunkwe każ bħas-serq, apparti minn dawk imsemmija taħt 8

10.   Ir-responsabbiltà għal vetturi bil-mutur

Kull responsabbiltà kkawżata mill-użu ta’ vetturi bil-mutur li joperaw fuq l-art (inkluż l-impenn tat-trasportatur)

11.   Ir-responsabbiltà għal inġenji ta’ l-ajru

Ir-responsabbiltà kollha kkawżata mill-użu ta’ inġenji ta’ l-ajru (inkluż l-impenn tat-trasportatur)

12.   Ir-responsabbiltà għall-vapuri (bastimenti tal-baħar, tal-lagi u tax-xmajjar u tal-kanali)

Ir-responsabbiltà kollha kkawżata mill-użu ta’ vapuri, bastimenti jew dgħajjes fuq il-baħar, il-lagi, x-xmajjar jew il-kanali (inklużi r-responsabbiltà tat-trasportatur)

13.   Ir-responsabbiltà ġenerali

Ir-responsabbiltà kollha apparti minn dawk il-forom imsemmija taħt in-Nri 10, 11 u 12

14.   Kreditu

— falliment (ġenerali)

— kreditu ta’ l-esportazzjoni

— krediti ta’ ħlas bin-nifs

— ipoteki

— kreditu agrikolu

15.   Sigurtà

— Sigurtà (diretta)

— Sigurtà (indiretta)

16.   Telf finanzjarju mixxellanju

— riskji ta’ l-impjieg

— insuffiċjenza tad-dħul (ġenerali)

— temp ħażin

— telf ta’ benefiċċji

— spejjeż ġenerali kontinwi

— spejjeż tan-negozju mhux previsti

— telf tal-valur tas-suq

— telf ta’ kera jew introjtu

— telf indirett tan-negozju apparti minn dawk imsemmija hawn fuq

— telf finanzjarju ieħor (mhux tan-negozju)

— forom oħra ta’ telf finanzjarju

17.   Spejjeż legali

Spejjeż legali u spejjeż ta’ litigazzjoni

▼M2

18.   L-Assistenza

L-assistenza għal persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultà waqt li jkunu qed jivvjaġġaw, waqt li jkunu ’l bogħod mid-dar jew li jkunu ’l bogħod mir-residenza permanenti tagħhom

▼B

Ir-riskji inklużi fi klassi jistgħu ma jkunux inklużi f’xi klassi oħra ħlief fil-każijiet imsemmija fil-punt Ċ.

B.   Id-deskrizzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija għal aktar minn klassi waħda ta’ assigurazzjoni

Meta l-assigurazzjoni simultanjament tkopri:

(a) Il-Klassijiet Nri 1 u 2, għandha tkum imsemmija “Assigurazzjoni dwar Inċidenti u Saħħa”;

(b) Il-Klassijiet Nru 1 (ir-raba’ inċiż), 3, 7 u 10, għandha tkum imsemmija “Assigurazzjoni tal-Muturi”;

(ċ) Il-Klassijiet Nru 1 (ir-raba’ inċiż), 4, 6, 7 u 12, għandha tkum imsemmija “Assigurazzjoni Marittima”;

(d) Il-Klassijiet Nri 1 (ir-raba’ inċiż), 5, 7 u 11, għandha tkum imsemmija “Assigurazzjoni ta’ l-Avjazzjoni”;

(e) Il-Klassijiet Nru 8 u 9, għandha tkum imsemmija “Assigurazzjoni kontra l-Ħruq u Ħsarat oħra lill-Proprjetà”;

(f) Il-Klassijiet Nri 10, 11, 12 u, 13, għandha tkum imsemmija “Assigurazzjoni ta’ l-Impenn”;

(g) Il-Klassijiet Nri 14 u 15, għandha tkum imsemmija “Assigurazzjoni dwar Kreditu u Sigurtà”;

(h) Il-klassijiet kollha, għandha tkun imsemmija skond l-għażla ta’ l-Istat Membru inkwistjoni, li għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu.

C.   Riskji anċillari

Impriża li takkwista awtorizzazzjoni għal riskju prinċipali li tappartjeni għal klassi waħda jew grupp ta’ klassijiet tista’ wkoll tassigura riskji inklużi fi klassi oħra mingħajr ma tkun neċessarja għalihom l-awtorizzazzjoni jekk huma:

— jkunu konnessi mar-riskju prinċipali,

— jikkonċernaw l-oġġett kopert kontra r-riskju prinċipali, u

— huma koperti bil-kuntratt li jassigura r-riskju prinċipali.

▼M4

Madanakollu, r-riskji inklużi fil-klassijiet 14, 15 u 17 fil-punt A ma jistgħux jitqiesu bħala riskji anċillari għal klassijiet oħrajn.

Madanakollu, ir-riskju inkluż fil-klassi 17 (assigurazzjoni ta' spejjeż legali) jista' jitqies bħala riskju anċillari tal-klassi 18 meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jiġu ssodisfati, meta r-riskju prinċipali jirrelata biss għall-assistenza prevista għal persuni li jsibu rwieħhom f' diffikultajiet waqt li jkunu jivvjaġġaw, waqt li jkunu 'l bogħod mid-dar jew waqt li jkunu 'l bogħod mir-residenza permanenti tagħhom.

Assigurazzjoni dwar spejjeż legali tista' ukoll titqies bħala riskju anċillari skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu meta tikkonċerna kwistjonijiet jew riskji li joriġinaw minn, jew ikunu inkonnessjoni ma', l-użu ta' bastimenti ta' fuq il-baħar.

▼M3

D.   Metodi għall-kalkolu ta’ riserva ta’ ekwalizzazzjoni għall-klassi ta’ l-assigurazzjoni ta’ kreditu

Il-Metodu Nru 1

1.

Fir-rigward tar-riskji inklużi fil-klassi ta’ assigurazzjoni fil-punt A Nru 14 (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmija bħala “assigurazzjoni ta’ kreditu’”), l-impriża għandha tistabbilixxi riserva ta’ ekwalizzazzjoni li lilha għandu jiġi impost kull defiċit tekniku li joriġina f’dik il-klassi għal sena finanzjarja.

2.

Din ir-riserva għandha f’kull sena finanzjarja tirċievi 75 % ta’ kull eċċess tekniku li joriġina minn negozju ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu, soġġett għal limitu ta’ 12 % tal-laġġi jew il-kuntribuzzjonijiet netti sakemm ir-riserva tkun laħqet 150 % ta’ l-ogħla ammont annwali ta’ laġġi jew kontribuzzjonijiet riċevuti matul il-ħames snin finanzjarji preċedenti.

Il-Metodu Nru 2

1.

Fir-rigward tar-riskji inklużi fil-klassi ta’ assigurazzjoni elenkata fil-punt A Nru 14 (hawnhekk iżjed ’il quddiem magħrufa bħala “assigurazzjoni ta kreditu’”), l-impriża għandha tistabbilixxi riserva ta’ ekwalizzazzjoni li liha għandu jiġi impost kull defiċit tekniku li joriġina f’dik il-klassi għal sena finanzjarja.

2.

L-ammont minimu ta’ riserva ta’ ekwalizzazzjoni għandu jkun ta’ 134 % tal-medja ta’ laġġji jew il-kontribuzzjonijiet riċevuti kull sena matul il-ħames snin finanzjarji preċedenti wara t-tnaqqis taċ-ċessjonijiet u ż-żjieda ta’ l-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni.

3.

Din ir-riserva għandha f’kull waħda mis-snin finanzjarji suċċessivi tirċievi 75 % ta’ kull eċċess tekniku li joriġina f’dik il-klassi sakemm ir-riserva tkun mill-anqas ugwali għall-minimu kkalkolat skond il-paragrafu 2.

4.

L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu regoli speċjali għall-kalkolu ta’ l-ammont tar-riserva u/jew l-ammont ta’ l-imposta annwali f’eċċess ta’ l-ammonti minimi stabbiliti f’din id-Direttiva.

Il-Metodu Nru 3

1.

Għandha tiġi ffurmata riserva ta’ ekwalizzazzjoni għall-klassi 14 fil-punt A (hawnhekk iżjed ’il quddiem magħrufa bħala “assigurazzjoni ta kreditu’”) għall-iskop ta’ bilanċ ta’ kull proporzjon ta’ pretensjoni ’l fuq millmedja għas-sena finanzjarja f’dik il-klassi ta’ assigurazzjoni.

2.

Ir-riserva ta’ ekwalizzazzjoni għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-metodu stabbilit hawn taħt.

Il-kalkoli kollha għandhom ikunu rrelatati mad-dħul u l-infiq għall-kont ta’ l-assiguratur proprju.

Kull ammont fir-rigward ta’ xi nuqqas fil-pretensjonijiet għal kull sena finanzjarja għandu jitqiegħed fir-riserva ta’ ekwalizzazzjoni sakemm ikun laħaq, jew jerġa’ jinġieb, għall-ammont meħtieġ.

Għandu jitqies li jkun hemm nuqqas fil-pretensjonijiet jekk il-proporzjon tal-pretensjonijiet għal sena finanzjarja ikun anqas mill-proporzjon tal-medja tal-pretensjonijiet għall-perijodu ta’ referenza. L-ammont fir-rigward ta’ nuqqasijiet fil-pretensjonijiet għandu jintlaħaq bil-moltiplikazzjoni tad-differenza bejn iż-żewġ proporzjonijiet bl-laġġi akwistati għas-sena finanzjarja.

L-ammont meħtieġ għandu jkun ugwali għal sitt darbiet id-devjazzjoni standard tal-proporzjonijiet talpretensjonijiet fil-perijodu ta’ referenza mill-proporzjon medju tal-pretensjonijiet, immultiplikat b’laġġi akkwistati għas-sena finanzjarja.

Meta l-pretensjonijiet għal xi sena finanzjarja jkunu f’eċċess, ammont fir-rigward tagħhom għandu jittieħed mirriserva ta’ ekwalizzazzjoni. Il-pretensjonijiet għandhom jitqiesu li jkunu f’eċċess jekk il-proporzjon talpretensjonijiet għas-sena finanzjarja jkun ogħla mill-proporzjon tal-medja tal-pretensjonijiet. L-ammont firrigward tal-pretensjonijiet f’eċċess għand u jintlaħaq bil-multiplikazzjoni tad-differenza bejn iż-żewġ proporzjonijiet bil-laġġi akkwistati għas-sena finanzjarja.

Irrispettivament mill-esperjenza ta’ pretensjonijiet, 3,5 % ta’ l-ammont meħtieġ għar-riserva ta’ ekwalizzazzjoni għandu l-ewwel jitqiegħed għal dik ir-riserva f’kull sena finanzjarja sakemm l-ammont meħtieġ tiegħu ikun intlaħaq jew ikun ġie rrestawrat.

It-tul tal-perijodu ta’ referenza m’għandux ikun anqas minn 15-il-sena u mhux aktar minn 30 sena. L-ebda riserva ta’ ekwalizzazzjoni ma teħtieġ li tkun iffurmata jekk l-ebda telf mill-assigurazzjoni ma jkun ġie nnutat matul il-perijodu ta’ referenza.

L-ammont meħtieġ tar-riserva ta’ ekwalizzazzjoni u l-ammont li għandu jittieħed minnha jista’ jitnaqqas jekk il-proporzjon medju tal-pretensjonijiet għall-perijodu ta’ referenza f’konnessjoni mal-proporzjon ta’ l-ispejjeż juru li l-laġġi jinkludi marġini ta’ sigurtà.

Il-Metodu Nru 4

1.

Għandha tiġi ffurmata riserva ta’ ekwalizzazzjoni għall-klassi 14 fil-punt A (hawnhekk iżjed ’il quddiem magħrufa bħala “assigurazzjoni ta kreditu’”) għall-iskop ta’ bilanċ ta’ xi pretensjonijiet ’l fuq mill-medja għal sena finanzjarja f’dik il-klassi ta’ assigurazzjoni.

2.

Ir-riserva ta’ ekwalizzazzjoni għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-metodu stabbilit hawn taħt.

Il-kalkoli kollha għandhom jirrelataw għad-dħul u l-infiq għall-kont proprju ta’ l-assiguratur.

Kull ammont fir-rigward ta’ xi nuqqasijiet fil-pretensjonijiet għal kull sena finanzjarja għandu jitqiegħed għarriserva ta’ ekwalizzazzjoni sakemm din tkun laħqet l-ammont massimu meħtieġ.

Għandu jitqies li jkun hemm nuqqas fil-pretensjonijiet jekk il-proporzjon ta’ pretensjonijiet għal sena finanzjarja jkun anqas mill-medja tal-proporzjon tal-pretensjonijiet għall-perijodu ta’ referenza. L-ammont fir-rigward ta’ nuqqasijiet fil-pretensjonijiet għandu jintlaħaq bil-multiplikazzjoni tad-differenza bejn iż-żewġ proporzjonijiet bil-laġġi akkwistati għas-sena finanzjarja.

L-ammont massimu meħtieġ għandu jkun ugwali għal sitt darbiet id-devjazzjoni standard tal-proporzjon talpretensjonijiet fil-perijodu ta’ referenza mill-medja tal-proporzjon tal-pretensjonijiet, immultiplikat b’laġġi akkwistati għas-sena finanzjarja.

Meta l-pretensjonijiet għal xi sena finanzjarja jkunu f’eċċess, ammont fir-rigward tagħhom għandu jittieħed mirriserva ta’ ekwalizzazzjoni sakemm dan ikun laħaq l-ammont minimu meħtieġ. Il-pretensjonijiet għandhom jitqiesu li jkunu in eċċess jekk il-proporzjon tal-pretensjonijiet għas-sena finanzjarja jkun ogħla mill-medja talproporzjon tal-pretensjonijiet. L-ammont fir-rigward tal-pretensjonijiet f’eċċess għandu jintlaħaq bilmultiplikazzjoni tad-differenza bejn iż-żewġ proporzjonijiet bil-laġġi akwistati għas-sena finanzjarja.

L-ammont minimu meħtieġ għandu jkun ugwali għal tliet darbiet id-devjazzjoni standard tal-proporzjon talpretensjonijiet fil-perijodu ta’ referenza mill-medja tal-proporzjon ta’ pretensjonijiet, immultiplikat b’laġġi akkwistati għas-sena finanzjarja.

It-tul tal-perijodu ta’ referenza m’għandux ikun anqas minn 15-il sena u mhux aktar minn 30 sena. L-ebda riserva ta’ ekwalizzazzjoni ma teħtieġ li tiġi ffurmata jekk l-ebda telf mill-assigurazzjoni ma jkun ġie nnutat matul il-perijodu ta’ referenza.

Kemm l-ammonti meħtieġa għar-riserva ta’ ekwalizzazzjoni u l-ammont li għandu jitqiegħed għaliha jew l-ammont li għandu jittieħed minnha jistgħu jitnaqqsu jekk il-medja tal-proporzjon tal-pretensjonijiet għall-perijodu ta’ referenza f’konnessjoni mal-proporzjon ta’ l-ispejjeż juru li l-laġġi jinkludu marġini ta’ sigurtà u li l-marġini ta’ sigurtà jkun aktar minn darba u nofs id-devjazzjoni standard tal-proporzjon tal-pretensjonijiet filperijodu ta’ referenza. F’dan il-każ l-ammonti inkwistjoni għandhom jiġu mmultiplikati bil-kwozjent jew darba u nofs id-devjazzjoni standard u l-marġini ta’ sigurtà.



( 1 ) ĠU 2, tal-15.1.1962, p. 36/62.

( 2 ) ĠU C 27, tat-28.3.1968, p. 15.

( 3 ) ĠU C 158, tat-18.7.1967, p. 1.

( 4 ) ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1.

( 5 ) ĠU L 323, tal-9.12.2005, p. 1.

( 6 ) ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, ta’ l-24.3.2005, p. 9).

( 7 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 7.

( 8 ) ĠU L 35, tal-11.2.2003.

( 9 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 32.

( 10 ) Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja) (ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.

( 11 ) ĠU L 172, ta' l-4.7.1988, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, ta' l-20.7.2000, p. 65).

( 12 ) ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

( 13 ) ġU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.