|
27.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Novembru 2010
li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward it-titlu u l-annotazzjoni dwar iċ-Ċilì fil-lista ta’ pajjiżi terzi li l-importazzjonijiet minnhom ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi marini ħajjin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem huma permessi
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8259)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/725/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li jidher fuq lista mfassla skont dak ir-Regolament. Huwa jispeċifika wkoll kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, tunikati, ekinodermi, gasteropodi marini minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li pajjiż terz għandu jidher f’listi bħal dawn biss jekk kontroll mill-Unjoni f’dak il-pajjiż jikkonferma li l-awtorità kompetenti tipprovdi garanziji adegwati kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2). B’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li pajjiżi terzi jridu jidhru fuq listi ta’ dan it-tip biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu garanziji xierqa fir-rigward tal-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni rigward l-ikel u l-għalf u r-regoli dwar saħħet l-annimali. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (3) telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u għaldaqstant huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu li dawk l-esportazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti lejn l-Unjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi. B’mod partikolari, l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi marini ħajjin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem huma permessi. Din il-lista tindika wkoll restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet bħal dawn minn ċerti pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Iċ-Ċilì bħalissa huwa inkluż fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/766/KE bħala pajjiż terz li minnu l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi marini maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma permessi, iżda dawn l-importazzjonijiet huma ristretti għal prodotti ffriżati jew ipproċessati. |
|
(5) |
Il-kontrolli tal-Unjoni fiċ-Ċilì biex jevalwaw is-sistema ta’ kontroll fis-seħħ li tirregola l-produzzjoni ta’ molluski bivalvi maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, li l-aħħar wieħed sar fl-2010, flimkien ma’ garanziji pprovduti mill-awtorità kompetenti taċ-Ċilì, jindikaw li l-kundizzjonijiet applikabbli f’dak il-pajjiż terz għall-molluski bivalvi mkessħin u evixxerati li jappartjenu għall-familja Pectinidae slavaġ jew imkabbrin f’żoni ta’ produzzjoni tal-klassi A u ddestinati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni huma ekwivalenti għal dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Minħabba f’hekk l-importazzjonijiet miċ-Ċilì ta’ molluski bivalvi ta’ dan it-tip għandhom ikunu permessi. |
|
(6) |
L-Anness I mad-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I mad-Deċiżjoni 2006/766/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-titolu tal-Anness I jinbidel b’dan li ġej: “ ANNESS I Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi marini ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem huma permessi (*1) (*1) Inklużi dawk koperti mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd fil-punt 3.1, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).” " |
|
(2) |
L-annotazzjoni għaċ-Ċilì tinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.