Brussell, 21.3.2022

COM(2022) 116 final

ANNESS

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea


fit-tħejjija tad-19-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet



għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjoni fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu
(CoP19 tas-CITES)


ANNESS 2

Sottomissjoni tal-UE għal emenda għall-Appendiċi III tas-CITES

Virginijus Sinkevičius 

Il-Kummissarju għall-Ambjent,

l-Oċeani u s-Sajd

Brussell,

Ref. Ares (2022) Numru ta’ reġistrazzjoni

Is-Sinjura Ivonne Higuero

Is-Segretarju Ġenerali

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES)

Avenue de la Paix 8-14

1211 Geneva 10

L-IŻVIZZERA

Għażiża Sinjura Higuero,

F’isem l-Unjoni Ewropea, għandi l-unur li nippreżenta għall-inklużjoni tal-Appendiċi III tas-CITES, skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu XVI tal-Konvenzjoni, l-ispeċi

Caribena versicolor.

Din l-ispeċi hija endemika għall-gżira ta’ Martinique (Franza). Kopja tal-liġi domestika rilevanti applikabbli għall-protezzjoni tagħha hija mehmuża ma’ din is-sottomissjoni, f’konformità mal-paragrafu 4 tal-Artikolu XVI.

F’konformità mal-paragrafu 3 tar-Riżoluzzjoni Conf. 9.25 (Rev. CoP18), din iż-żieda mal-Appendiċi III jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fl-istess jum tal-emendi tal-Appendiċi I u II adottati fid-19-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.

Dejjem tiegħek,

Virginijus Sinkevičius

Mehmuż:    Kopja tad-Digriet Franċiż tat-3 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi l-lista ta’ Arachnidae rappreżentata fit-territorju tal-Martinique protett fit-territorju nazzjonali kollu u l-arranġamenti għall-protezzjoni tiegħu