<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑20/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0020</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:488">EU:C:2017:488</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170622">22.6.2017</DATE> – KAWŻA C 20/16</P><P>BECHTEL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20170622">22 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Dħul irċevut fi Stat Membru barra mill-Istat Membru ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva tal-progressività fl-Istat Membru ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq id-dħul irċevut fi Stat Membru barra mill-Istat ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni dwar l-assenza ta’ rabta diretta mad-dħul eżentat</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑20/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (qorti federali tal-finanzi, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20160115">15 ta’ Jannar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wolfram Bechtel,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marie-Laure Bechtel</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Offenburg,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Berger, President tal-Awla, E. Levits (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal W. Bechtel u M.-L. Bechtel, minn J. Garde, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Finanzamt Offenburg, minn E. Lehmann, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, R. Kanitz u D. Klebs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels u M. Wasmeier, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn W. Bechtel u M.-L. Bechtel u Finanzamt Offenburg (amministrazzjoni tal-finanzi ta’ Offenburg, il-Ġermanja) dwar it-teħid inkunsiderazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard, imħallsa minn M.-L. Bechtel fi Franza, fil-kuntest tad-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tagħhom u tar-rata tat-taxxa partikolari applikabbli lid-dħul taxxabbli tagħhom skont is-snin 2005 u 2006.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1 tal-Einkommensteuergesetz (liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul) tal-2002, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>EStG tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), il-persuni fiżiċi li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju nazzjonali huma suġġetti b’mod sħiħ għat-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija liġi, li tirrigwarda l-kobor tat-taxxa u d-definizzjonijiet, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Huwa suġġett għat-taxxa fuq id-dħul:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>id-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>) tax-xogħol bħala impjegati</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>id-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>) huwa</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>l-eċċess tad-dħul fuq l-ispejjeż professjonali fil-każ ta’ kategoriji oħra ta’ dħul (Artikoli 8 sa 9a).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Is-somma tad-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>), wara li jitneħħa t-tnaqqis proporzjonali għall-anzjani rtirati, l-ammont tal-eżenzjoni fiskali għal-ġenituri waħedhom u t-tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 13(3) tikkostitwixxi l-ammont totali tad-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Gesamtbetrag der Einkünfte</HT>).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont totali tad-dħul, wara li jitneħħew l-ispejjeż speċjali u l-infiq straordinarju, jikkostitwixxi d-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkommen</HT>).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dħul, wara li jitneħħew it-tnaqqis f’daqqa msemmi fl-Artikolu 32(6) u l-ammonti l-oħra li għandhom jitneħħew mid-dħul, jikkostitwixxi d-dħul taxxabbli (<HT TYPE="ITALIC">versteuernde Einkommen</HT>); dan jikkostitwixxi l-bażi taxxabbli fuq id-dħul skont l-iskala. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-EStG tal-2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Spejjeż professjonali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ispejjeż professjonali huma l-ispejjeż sostnuti għall-finijiet tal-akkwist, is-salvagwardja u ż-żamma tad-dħul. Huma għandhom jitnaqqsu mill-kategorija tad-dħul li fiha ġew iġġenerati. Jikkostitwixxu wkoll spejjeż professjonali:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>il-kontribuzzjonijiet mingħand ordnijiet professjonali u assoċjazzjonijiet professjonali li l-għan tagħhom ma hijiex iż-żamma ta’ stabbilimenti kummerċjali,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-EStG tal-2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Spejjeż speċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-punt 1 tal-paragrafu 1 tiegħu, li jikkostitwixxu spejjeż speċjali l-piżijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni meta huma la piżijiet ta’ użu u lanqas spejjeż professjonali. Il-punti 2 u 3 tal-Artikolu 10(1) tal-EStG tal-2002 jelenkaw il-piżijiet li jikkostitwixxu l-ispejjeż speċjali u huma b’hekk redatti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>2.</NO.P><TXT><IE/></TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kontribuzzjonijiet lis-sistemi legali ta’ assigurazzjoni tal-pensjonijiet jew lill-fondi tal-pensjonijiet agrikoli kif ukoll lis-sistemi ta’ pensjoni professjonali li jipprovdu benefiċċji paragunabbli lis-sistemi legali ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kontribuzzjonijiet tal-persuna taxxabbli għall-kostituzzjoni ta’ sistema ta’ pensjoni permezz tal-kapitalizzazzjoni meta l-kuntratt jipprevedi biss il-ħlas, mill-età ta’ 60 sena, ta’ vitalizju kull xahar matul il-ħajja tal-persuna taxxabbli, jew l-assigurazzjoni supplimentari għall-inkapaċità ta’ xogħol (pensjoni ta’ invalidità), għal tnaqqis tal-kapaċità ta’ xogħol (pensjoni ta’ inkapaċità parzjali), jew lill-aventi kawża superstiti (annwalità ta’ superstiti); [...] Id-drittijiet iċċitat iktar ’il fuq ma humiex trażmissibbli permezz ta’ suċċessjoni, lanqas trasferibbli, u ma jistgħux jiġu la marbuta, la mibjugħa u lanqas kapitalizzati, u ma jiftħu barra minn hekk ebda dritt għal kumpens.</TXT><P>Għandu jiżdied mal-kontribuzzjonijiet imsemmija taħt (a) u (b) il-porzjon tal-persuna li timpjega eżentat mit-taxxa […] fuq is-sistema legali tal-assigurazzjoni tal-irtirar u allowance tal-persuna li timpjega eżentat mit-taxxa li hija simili.</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><IE/></TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għall-qgħad, tal-assigurazzjoni għall-inkapaċità ta’ qligħ u ta’ xogħol li ma jaqgħux taħt l-ewwel sentenza tal-punt 2(b), ta’ assigurazzjoni għall-mard, ta’ kura, ta’ inċident u responsabbiltà ċivili, kif ukoll ta’ assigurazzjoni għal riskji li jipprevedu ħlas biss f’każ ta’ mewt;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(2) tal-EStG tal-2002 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>It-tnaqqis tal-ammonti msemmija fil-punti 2 u 3 tal-paragrafu 1 (spejjeż ta’ assigurazzjoni) huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ma għandhomx rabta ekonomika diretta mad-dħul eżentat,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(3) tal-EStG tal-2002 jipprevedi li l-ispejjeż tal-assigurazzjoni msemmija fit-tieni sentenza tal-punt 2 tal-Artikolu 10(1) ta’ din il-liġi jittieħdu inkunsiderazzjoni sa limitu massimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>; dan il-limitu massimu huwa mmultiplikat bi tnejn f’każ ta’ tassazzjoni konġunta tal-konjuġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 32a tal-EStG tal-2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Rata ta’ taxxa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032A.001"><NO.PARAG>“(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>It-taxxa fuq id-dħul suġġett għall-iskala hija kkalkolata fuq il-bażi tad-dħul impost (<HT TYPE="ITALIC">versteuernde Einkommen</HT>). Hija tammonta rispettivament, bla ħsara għall-Artikoli 32b, 34, 34b u 34c, u f’euros fir-rigward tad-dħul taxxabbli:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>sa EUR <FT TYPE="NUMBER">7664</FT> (ammont bażiku li jeżenta): għal 0;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>minn EUR <FT TYPE="NUMBER">7665</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">12739</FT>: għal (883.74 × y + <FT TYPE="NUMBER">1500</FT>) × y;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>minn EUR <FT TYPE="NUMBER">12740</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">52151</FT>: għal (228.74 × z <FT TYPE="NUMBER">+2397</FT>) × z + 989;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>minn EUR <FT TYPE="NUMBER">52152</FT>: għal 0.42 × x ‑ <FT TYPE="NUMBER">7914</FT>.</TXT></NP></ITEM></LIST><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>y<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> jirrappreżenta wieħed minn għaxart elef tal-parti li teċċedi EUR <FT TYPE="NUMBER">7664</FT> tad-dħul impost sal-eqreb numru sħiħ. <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>z<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> jirrappreżenta wieħed minn għaxart elef tal-parti li teċċedi EUR <FT TYPE="NUMBER">12739</FT> tad-dħul impost sal-eqreb numru sħiħ. <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>x’ jirrappreżenta d-dħul impost sal-eqreb numru sħiħ. L-ammont ta’ taxxa li tirriżulta għandu jiżdied jew jitnaqqas sal-eqreb euro sħiħ.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32b tal-EStG tal-2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Riżerva ta’ progressività<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032B.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk persuna ntaxxata b’mod sħiħ temporanjament jew matul il-perijodu ta’ tassazzjoni[…] irċeviet</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>) li huwa eżonerat mit-taxxa konformement ma’ ftehim preventiv tat-taxxa doppja jew ta’ ftehim ieħor bejn Stati bla ħsara tal-inklużjoni tagħhom fil-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul, jew dħul mhux sottomess għat-tassazzjoni fuq id-dħul Ġermaniż, matul il-perijodu ta’ tassazzjoni, skont l-Artikolu 1(3) jew tal-Artikolu 1a jew tat-tieni sentenza tal-punt 2 tal-Artikolu 50(5), meta s-somma ta’ dan id-dħul hija pożittiva,</TXT><P>rata ta’ taxxa partikolari għandha tiġi applikata għad-dħul taxxabbli (<HT TYPE="ITALIC">versteuernde Einkommen</HT>) konformement mal-Artikolu 32a(1).</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032B.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-rata ta’ taxxa partikolari stabbilita fil-paragrafu 1 hija r-rata ta’ taxxa li tirriżulta miż-żieda jew mit-tnaqqis tad-dħul taxxabbli (<HT TYPE="ITALIC">versteuernde Einkommen</HT>) skont l-Artikolu 32a(1) fil-kuntest tal-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul, kif ġej</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>fil-każijiet stabbiliti fil-punti (2) u (3) tal-paragrafu 1, id-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>) li huwa deskritt hemmhekk, u b’kunsiderazzjoni ta’ 20 % tad-dħul straordinarju inkluż hemmhekk.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P><P>Il-Ftehim Franko-Ġermaniża</P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tal-<DATE ISO="19590721">21 ta’ Lulju 1959</DATE>, bil-għan li jiġu evitati t-taxxi doppji u li jiġu stabbiliti regoli ta’ assistenza amministrattiva u legali reċiproċi (BGB1.II 1961, p. 397), kif emendata mill-addenda ffirmati fid-<DATE ISO="19690609">9 ta’ Ġunju 1969</DATE> (BGB1.II 1970, p. 717), fit-<DATE ISO="19890928">28 ta’ Settembru 1989</DATE> (BGB1.II 1990, p. 770) u fl-<DATE ISO="20010920">20 ta’ Settembru 2001</DATE> (BGB1.II 2002, p. 2370) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ftehim Franko-Ġermaniż<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 14(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-pagi, is-salarji u r-remunerazzjonijiet analogi, kif ukoll il-pensjonijiet tal-irtirar mħallsa minn wieħed mill-Istati kontraenti, minn Land jew minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku ta’ dak l-Istat jew Land lil persuni fiżiċi residenti tal-Istat l-ieħor fir-rigward ta’ servizzi amministrattivi jew militari attwali jew preċedenti, għandhom jiġu ntaxxati biss fl-ewwel Stat. […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) tal-Ftehim Franko-Ġermaniż jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1) Fir-rigward ta’ residenti tar-Repubblika Federali [tal-Ġermanja], it-taxxa doppja għandha tiġi evitata kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafi b u c, huwa eskluż mill-bażi tat-taxxa Ġermaniża d-dħul li joriġina minn Franza u l-elementi tal-assi li jinsabu fi Franza li, skont din il-Ftehim, huma ntaxxati fi Franza. Din ir-regola ma tillimitax id-dritt tar-Repubblika Federali [tal-Ġermanja] li tieħu inkunsiderazzjoni, meta tkun qiegħda tiġi stabbilita r-rata tat-taxxi tagħha, id-dħul globali u assi b’hekk esklużi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma miżżewġin u kienu joqgħodu, matul is-snin 2005 u 2006, fil-Ġermanja fejn ġew imposti flimkien skont it-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>W. Bechtal kien jitħallas matul is-snin 2005 u 2006 dħul abbażi ta’ impjieg, bħala uffiċjal, fis-servizz pubbliku Ġermaniż, filwaqt li M.-L. Bechtel, ta’ nazzjonalità Franċiża, kienet taħdem bħala uffiċjal fl-amministrazzjoni Franċiża tal-finanzi u kienet titħallas fuq din il-bażi pagi gross ta’ ammont, rispettivament ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">22342</FT> fl-2005 u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">24397</FT> fl-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont ir-rendikonti tas-salarju, ir-remunerazzjoni gross tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet tnaqqset kif ġej, jiġifieri t-taxxa f’ras il-għajn, il-kontribuzzjoni għall-pensjoni ċivili, il-kontribuzzjoni għall-pensjoni ċivili fuq l-allowance fix-xahar ta’ teknikalità, il-kontribuzzjoni għall-korp tal-aġenti tat-taxxa, il-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni supplimentarja għall-invalidità u l-pensjonijiet tas-sopravivenza tal-uffiċjali tal-amministrazzjoni tal-finanzi, il-kontribuzzjoni tal-ħaddiem għall-mard li fuqu tneħħew ir-restrizzjonijiet (kontribuzzjoni tal-impjegat lill-fond ta’ assigurazzjoni għall-mard) u l-kontribuzzjoni għall-irtirar addizzjonali tas-servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni tal-finanzi ta’ Offenburg eskludiet mill-bażi għat-taxxa fuq id-dħul tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali r-remunerazzjoni gross tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali fuq il-bażi tas-snin 2005 u 2006, bħala dħul eżentat fuq il-bażi tal-Ftehim Franko-Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din ir-remunerazzjoni gross, bit-tnaqqis magħmul tal-pożizzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>pensjoni ċivili<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>pensjoni ċivili fuq l-allowance fix-xahar ta’ teknikalità<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, ittieħdet inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-kalkolu tar-riżerva ta’ progressività msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 32b(1) tal-EStG tal-2002 sabiex tiġi kkalkolata r-rata tat-taxxa partikolari applikabbli fuq dħul taxxabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Billi jiġi kkunsidrat li l-kontribuzzjonijiet irkuprati fuq is-salarju ta’ M.-L. Bechtel kellhom jitnaqqsu mill-ammont tas-salarju li jinżamm għall-kalkolu fil-kuntest tar-riżerva ta’ progressività, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors quddiem il-Finanzgericht Baden-Württemberg (tribunal tal-finanzi ta’ Bade-Wurtemberg, il-Ġermanja). Peress li dan ir-rikors ġie miċħud minn sentenza tal-<DATE ISO="20130731">31 ta’ Lulju 2013</DATE>, huma ppreżentaw rikors ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Revision<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> quddiem il-Bundesfinanzhof (qorti federali tal-finanzi, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tippreċiża li, konformement mal-Artikolu 14(1) u mal-Artikolu 20(1)(a) tal-Ftehim Franko-Ġermaniż, id-dħul li M.-L. Bechtel tislet mill-attività tagħha fi Franza għandu jiġi eskluż mill-bażi taxxabbli fuq id-dħul Ġermaniż tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Madankollu, huwa stabbilit bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali li, konformement mal-punt 3 tal-Artikolu 32b(1) tal-EStG tal-2002, dan id-dħul għandu jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ rata tat-taxxa partikolari, applikabbli għad-dħul taxxabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, konformement mal-leġiżlazzjoni Ġermaniża applikabbli, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni inklużi fir-remunerazzjoni gross tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jaqgħux materjalment taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>spejjeż professjonali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 9 tal-EStG tal-2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjonijiet dwar il-korp tal-aġenti tat-taxxa, lill-assigurazzjoni supplimentari għall-invalidità u l-pensjonijiet tas-superstiti tal-uffiċjali tal-amministrazzjoni tal-finanzi, dwar l-irtirar addizzjonali tas-servizz pubbliku u dwar il-kontribuzzjoni tal-ħaddiema għall-mard li fuqu tneħħew ir-restrizzjonijiet jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ spejjeż speċjali, għaliex dawn l-ispejjeż tal-assigurazzjoni jikkorrispondu għall-każijiet imsemmija fil-punt 2a tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt 3a tal-Artikolu 10(1) tal-EStG tal-2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, il-punt 1 tal-Artikolu 10(2) tal-EStG tal-2002 jissuġġetta t-tnaqqis tal-ispejjeż fuq il-bażi ta’ spejjeż speċjali bil-kundizzjoni li dawn ma jkollhomx rabta ekonomika diretta mad-dħul eżentat. Issa, peress li r-remunerazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija eżentata mit-taxxa fil-Ġermanja, tali rabta ekonomika diretta tinstab u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni bħala spejjeż speċjali ma jkunx possibbli, u dan irrispettivament mill-kwistjoni jekk, għas-snin 2005 u 2006, il-limitu massimu tat-tnaqqis tal-ispejjeż speċjali stabbilit fl-Artikolu 10(3) tal-EStG tal-2002 intlaħaq mingħajr l-ispejjeż tal-assigurazzjoni tar-rikorrenti prinċipali, li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jindikawx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jistgħux lanqas jitnaqqsu fil-kuntest tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa partikolari applikabbli għad-dħul taxxabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, konformement mal-Artikolu32b tal-EStG tal-2002. Il-punt 2 tal-Artikolu 32b(2) tal-EStG tal-2002 jipprevedi t-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>). Issa, fl-istadju tad-determinazzjoni tad-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>), l-ispejjeż speċjali ma jistgħux jitnaqqsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddubita dwar il-kompatibbiltà tal-projbizzjoni tat-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ assigurazzjoni bħala spejjeż speċjali mad-dritt tal-Unjoni. Skont din il-qorti, il-fatt li jiġi rrifjutat lill-persuna taxxabbli residenti d-dritt li jitnaqqas l-ammont tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa fi Stat Membru ieħor mill-bażi taxxabbli fil-Ġermanja jew id-dritt li titnaqqas it-taxxa dovuta fil-Ġermanja mill-ammont tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallas fi Stat Membru ieħor jista’ jiddiswadiha milli teżerċita d-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema u tikkostitwixxi restrizzjoni mhux iġġustifikata għal din il-libertà fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (qorti federali tal-finanzi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 KE (attwalment l-Artikolu 45 TFUE) jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt Ġermaniż li tipprevedi li l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u tal-assigurazzjoni għall-mard Franċiżi mħallsa minn impjegat li jirrisjedi fil-Ġermanja u li jaħdem mal-amministrazzjoni tal-Istat Franċiż ma jnaqqsux il-bażi tat-taxxa fuq id-dħul – kuntrarjament għal kontribuzzjonijiet<?PAGE NO="7"?> komparabbli mħallsa lis-sigurtà soċjali Ġermaniża minn impjegat li jaħdem fil-Ġermanja – jekk, b’applikazzjoni tal-Ftehim ta’ ħelsien mit-taxxa doppja bejn il-Ġermanja u Franza, l-impjegat ma għandux jiġi ntaxxat fil-Ġermanja u li tiżdied ir-rata tat-taxxa applikabbli għal-dħul ieħor?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-ewwel domanda wkoll ikollha risposta pożittiva jekk, fil-kuntest tat-tassazzjoni tas-salarju mill-Istat Franċiż, il-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni inkwistjoni</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kienu ġew imnaqqsa fiskalment – b’mod preċiż jew fiss – jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>setgħu ċertament jiġu mnaqqsa fiskalment – b’mod preċiż jew fiss – imma peress li l-ebda talba ma ġiet ippreżentata, huma ma ttieħdux inkunsiderazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-Qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha persuna taxxabbli residenti f’dan l-Istat Membru u li taħdem għall-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ieħor ma tistax tnaqqas mill-bażi taxxabbli fuq id-dħul fl-Istat Membru tagħha ta’ residenza l-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni tal-mard miġbura fuq is-salarju tagħha fl-Istat Membru tal-impjieg, bid-differenza tal-kontribuzzjonijiet paragunabbli mħallsa lis-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tagħha ta’ residenza, meta, skont il-Ftehim preventiv ta’ taxxa doppja bejn iż-żewġ Stati Membri, is-salarju ma għandux jiġi ntaxxat fl-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem u li tiżdied sempliċement ir-rata taxxabbli applikabbli għad-dħul ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll liema importanza għandha tingħata liċ-ċirkustanzi li, fil-kuntest tat-tassazzjoni tas-salarju mill-Istat Membru ta’ impjieg, il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni inkwistjoni tnaqqsu fiskalment, b’mod preċiż jew fiss, jew li setgħu jkunu, iżda li ma kinux fl-assenza ta’ talba f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-libertà ta’ moviment applikabbli</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 45 TFUE, li l-interpretazzjoni tiegħu qed tintalab mill-qorti tar-rinviju, jista’ jiġi invokat f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna t-trattament fiskali, minn Stat Membru, tad-dħul irċevut minn resident ta’ dan l-Istat Membru abbażi tal-impjieg fl-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ieħor u, b’mod partikolari, tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tax-xjuħija u tal-assigurazzjoni tal-mard miżmuma fl-Istat Membru tal-impjieg fuq l-imsemmi dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fil-fatt jargumentaw li, sa fejn ma huma la impjegati u lanqas ħaddiema li jaħdmu għal rashom, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 18 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar l-ewwel nett li hija ġurisprudenza stabbilita li l-Artikolu 18 TFUE, li jistipula prinċipju ġenerali ta’ projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, huwa intiż li japplika b’mod awtonomu biss f’sitwazzjonijiet irregolati mid‑dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom it-Trattat FUE ma jipprovdix regoli speċifiċi ta’ nondiskriminazzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Gilly</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:221">EU:C:1998:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021126">26 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Oteiza Olazabal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:712">EU:C:2002:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schulz-Delzers u Schulz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/10</NO.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:591">EU:C:2011:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Prete</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:668">EU:C:2012:668</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ġie implementat, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, mill-Artikolu 45 TUFE (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Gilly</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:221">EU:C:1998:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:527">EU:C:2009:527</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schulz-Delzers u Schulz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/10</NO.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:591">EU:C:2011:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Prete</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:668">EU:C:2012:668</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea, indipendentement mill-post tar-residenza u n-nazzjonalità tiegħu, li eżerċita d-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema u li eżerċita attività professjonali fi Stat Membru għajr dak tar-residenza tiegħu, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>De Groot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:750">EU:C:2002:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031002">2 ta’ Ottubru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Van Lent</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑232/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:535">EU:C:2003:535</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031113">13 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Schilling u Fleck-Schilling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:610">EU:C:2003:610</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060216">16 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Öberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:107">EU:C:2006:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li hija impjegata mal-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru, filwaqt li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE, għandu jitfakkar li n-natura legali tar-relazzjoni tal-impjieg ma hijiex determinanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE u l-fatt li l-ħaddiem jinsab impenjat fi kwalità ta’ uffiċjal jew ukoll li r-rabta tal-impjieg tiegħu taqa’ mhux taħt id-dritt privat, iżda taħt id-dritt pubbliku huwa indifferenti f’dan ir-rigward (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Alevizos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑392/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:251">EU:C:2007:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 45(4) TFUE jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45(1) sa (3) TFUE li jistabbilixxu l-prinċipju fundamentali tal-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema u t-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni, ibbażata fuq in-nazzjonalità, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri ma humiex applikabbli għall-impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika. Madankollu, id-derogi aċċettati minn din id-dispożizzjoni ma setgħux, fid-dawl tan-natura fundamentali, fis-sistema tat-trattat, tal-prinċipju tal-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema ġewwa l-Unjoni, ikollhom portata li taqbeż l-għan li għalih din il-klawżola ta’ eċċezzjoni ddaħħlet (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740212">12 ta’ Frar 1974</DATE>, <NAME.CASE>Sotgiu</NAME.CASE>, <NO.CASE>152/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:13">EU:C:1974:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Alevizos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑392/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:251">EU:C:2007:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>),</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Dan il-għan jirriżerva lill-Istati Membri l-possibbiltà li jirrestrinġu d-dħul taċ-ċittadini barranin għal ċerti impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740212">12 ta’ Frar 1974</DATE>, <NAME.CASE>Sotgiu</NAME.CASE>, <NO.CASE>152/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:13">EU:C:1974:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jippreżupponi, minn naħa ta’ dawk li jokkupawhom, l-eżistenza ta’ rapport partikolari ta’ solidarjetà fir-rigward tal-Istat kif ukoll tar-reċiproċità tad-drittijiet u dmirijiet li huma l-bażi tar-rabta ta’ nazzjonalità (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19801217">17 ta’ Diċembru 1980</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>149/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:297">EU:C:1980:297</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 45(4) KE ma għandux l-effett li jċaħħad ħaddiem, ladarba ammess mas-servizz tal-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru, tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 45 TFUE (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Alevizos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑392/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:251">EU:C:2007:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE u l-impjieg tagħha fl-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ma għandux bħala konsegwenza li jirrifjutalha l-benefiċċju tad-drittijiet u tal-protezzjoni li jagħtiha dan l-Artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-Artikolu 45 TFUE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li d-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-persuni huma intiża sabiex jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-Unjoni, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali ta’ kull xorta fit-territorju tal-Unjoni u jipprekludu miżuri li jistgħu jisfavorixxu dawn iċ-ċittadini meta jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031113">13 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Schilling u Fleck-Schilling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:610">EU:C:2003:610</NO.ECLI>,<?PAGE NO="9"?> punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Ritter-Coulais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:123">EU:C:2006:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lakebrink u Peters-Lakebrink</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑182/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:452">EU:C:2007:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Renneberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:566">EU:C:2008:566</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>It-tagħlim sostnut fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza jikkonċerna miżuri li jistgħu jisfavorixxu liċ-ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru li mhuwiex dak tar-residenza tagħhom, li jinkludi b’mod partikolari liċ-ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jkomplu jeżerċitaw attività ekonomika fi Stat Membru partikolari wara li jkunu ttrasferew ir-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Renneberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:566">EU:C:2008:566</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 TFUE jipprekludi, b’mod partikolari, miżuri li, filwaqt li jkunu mingħajr distinzjoni applikabbli skont in-nazzjonalità, jistgħu, permezz tan-natura stess tagħhom, jaffettwaw iktar il-ħaddiema migranti mill-ħaddiema nazzjonali u jirriskjaw, konsegwentement, li jisfavorixxu iktar partikolarment tal-ewwel (ara, f’dan is-sens, sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Eschenbrenner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑496/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:152">EU:C:2017:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu s-suġġett ta’ taxxa konġunta mat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja fejn kienu jirrisjedu. Is-salarju li rċeviet ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għall-impjieg tagħha fl-amministrazzjoni pubblika Franċiża, ma ġietx inkluża fil-bażi taxxabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, bis-saħħa tal-Artikolu 14(1) u tal-Artikolu 20(1) tal-Ftehim Franko-Ġermaniż. Dan is-salarju, madankollu, ittieħed inkunsiderazzjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 20(1) ta’ dan il-ftehim, fid-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa partikolari applikabbli għad-dħul taxxabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ikkalkolata konformement mal-Artikolu 32b tal-EStG tal-2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li ċerti kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tax-xjuħija u tal-assigurazzjoni għall-mard supplimentari ġew irkuprati fi Franza fuq is-salarju mħallas lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Dawn il-kontribuzzjonijiet ma setgħux jitnaqqsu mill-ammont totali tad-dħul tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali abbażi tal-ispejjeż speċjali. Fil-fatt, għalkemm, skont il-qorti tar-rinviju, l-imsemmija kontribuzzjonijiet jaqgħu materjalment taħt il-każijiet imsemmija fil-punti 2 u 3 tal-Artikolu 10(1) tal-EStG tal-2002, huma ma jistgħux jitnaqqsu matul il-kalkolu tad-dħul taxxabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, sa fejn kellhom rabta ekonomika diretta mad-dħul eżentat, peress li s-salarju tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma kienx intaxxat fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Matul id-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa partikolari applikabbli fuq id-dħul taxxabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali konformement mal-Artikolu 32b tal-EStg tal-2002, is-salarju tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ttieħed inkunsiderazzjoni, mingħajr ma l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tax-xjuħija u tal-assigurazzjoni għall-mard supplimentari jistgħu jitnaqqsu. Fil-fatt, konformement mal-Artikolu 32b(2) tal-EStG tal-2002, il-kalkolu tar-rata tat-taxxa partikolari jirriżulta miż-żieda tad-dħul taxxabbli (<HT TYPE="ITALIC">versteuernde Einkommen</HT>) mid-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>) eżentat. Issa, minn naħa, il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tax-xjuħija u tal-assigurazzjoni għall-mard supplimentari ma setgħux jitnaqqsu matul kalkolu tad-dħul taxxabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, sa fejn dawn il-kontribuzzjonijiet ma kinux jossodisfaw il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(2) tal-EStG tal-2002, u, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis tal-imsemmija kontribuzzjonijiet ma kienx possibbli fl-istadju tal-kalkolu tad-dħul (<HT TYPE="ITALIC">Einkünfte</HT>) li huwa definit, konformement mal-punt 2 tal-Artikolu 2(2) tal-EStG tal-2002, bħala l-eċċess tad-dħul fuq l-ispejjeż professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-possibbiltà li wieħed jgħaddi għal tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tax-xjuħija u tal-assigurazzjoni għall-mard supplimentari bħala spejjeż speċjali, matul il-kalkolu tad-dħul taxxabbli tal-persuna taxxabbli, tikkostitwixxi vantaġġ fiskali, sa fejn tippermetti li jitnaqqas dan id-dħul taxxabbli kif ukoll ir-rata applikabbli għal dan id-dħul.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(2) tal-EStG tal-2002, li tgħid li l-ispejjeż tal-assigurazzjoni ma għandhomx ikollhom rabta ekonomika diretta mad-dħul eżentat, iwassal li jiġi rrifjutat dan il-vantaġġ fis-sitwazzjonijiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn persuna taxxabbli residenti tirċievi salarju fi Stat Membru barra minn dak tar-residenza tagħha u fejn dan is-salarju huwa eżentat minn taxxa fl-Istat Membru tagħha ta’ residenza, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tar-rata tat-taxxa applikabbli għad-dħul ieħor ta’ din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ċertament, kif jirrileva l-Gvern Ġermaniż, il-kundizzjoni dwar l-assenza ta’ rabta ekonomika diretta mad-dħul eżentat jista’ japplika mhux biss fis-sitwazzjonijiet transkonfinali, iżda wkoll fis-sitwazzjonijiet purament interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, mistieden jagħti eżempji ta’ dħul u ta’ spejjeż nazzjonali li jaqgħu taħt l-Artikolu 10(2) tal-EStG tal-2002, il-Gvern Ġermaniż laqa’ l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-irtirar li huma dovuti minħabba l-perċezzjoni tal-benefiċċju tal-mard, ta’ invalidità u ta’ għajnuna fid-dar, kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-irtirar u tal-assigurazzjoni għall-mard dovuti fuq is-supplimenti ta’ remunerazzjoni mħallsa abbażi tax-xogħol nhar ta’ Ħadd, il-ġranet vakanzi u bil-lejl jew kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għall-mard u tal-assigurazzjoni tal-irtirar dovuti minħabba l-perċezzjoni ta’ provvisti f’kapital ta’ persuna li timpjiega, eżentati mit-taxxa fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, dawn it-tipi ta’ allowances, ta’ supplimenti ta’ remunerazzjoni jew ta’ provvisti ma humiex paragunabbli mas-salarji u ma’ trattamenti mħallsa bħala korrispettiv tax-xogħol imwettaq lill-ħaddiema impjegati tas-settur privat jew lill-membri tal-persunal bil-kuntratt tas-settur pubbliku li, bid-differenza tal-uffiċjali Ġermaniżi, huma sottomessi għall-piżijiet soċjali. Mill-proċess u mill-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ħaddiema impjegati tas-settur privat u l-membri tal-persunal bil-kuntratt tas-settur pubbliku residenti, li jirċievu s-salarji u t-trattamenti mill-Ġermanja, li fuqhom il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni paragunabbli ma’ dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jinżammu, jistgħu jnaqqsu dawn il-kontribuzzjonijiet mid-dħul taxxabbli tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, filwaqt li hija applikabbli mingħajr distinzjoni, il-kundizzjoni dwar l-assenza ta’ rabta ekonomika diretta mad-dħul eżentat jista’ jaffettwa iktar il-persuni taxxabbli residenti li jirċievu s-salarji fi Stat Membru ieħor minn dak tar-residenza tagħhom u eżentati fl-Istat Membru tagħhom ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, ir-rifjut tat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tax-xjuħija u tal-assigurazzjoni għall-mard supplimentari rkuprati fi Franza, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iwassal li, minn naħa, id-dħul taxxabbli tal-persuni taxxabbli, bħal rikorrenti fil-kawża prinċipali, jinsab miżjud u, min-naħa l-oħra, li r-rata tat-taxxa partikolari tkun ikkalkolata, billi tibbaża fuq dan id-dħul taxxabbli miżjud, mingħajr ma din ir-rata tkun ikkoreġuta minn teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet ta’ mod ieħor, li ma kienx ikun il-każ jekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet irċeviet is-salarju tagħha fil-Ġermanja u mhux fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Tali trattament żvantaġġuż jista’ jiddisswadi l-ħaddiema residenti li jfittxu, li jaċċettaw jew li jkomplu jżommu impjieg fi Stat Membru ieħor minn dak tar-residenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni għall-kundizzjoni li dawn ma jkollhomx rabta ekonomika diretta mad-dħul eżentat tikkostitwixxi, għaldaqstant, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, restrizzjoni għal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, ipprojbita, fil-prinċipju, mill-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Tali restrizzjoni tista’tiġi ammessa biss jekk tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament komparabbli jew jekk huma ġġustifikati minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali (ara, b’mod partikolari, sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Timac Agro Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑388/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:829">EU:C:2015:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kohll u Kohll-Schlesser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:361">EU:C:2016:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk is-sitwazzjonijiet inkwistjoni humiex oġġettivament komparabbli, għandu jitfakkar li l-komparabbiltà ta’ sitwazzjoni transkonfinali ma’ sitwazzjoni nazzjonali għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-għan segwit tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>X Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:89">EU:C:2010:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Philips Electronics UK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:532">EU:C:2012:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, Kohll u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kohll-Schlesser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:361">EU:C:2012:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Gvern Ġermaniż jargumenta li sitwazzjoni purament nazzjonali, fejn is-salarju ta’ persuna taxxabbli hija suġġetta għas-setgħa ta’ tassazzjoni Ġermaniża, ma hijiex oġġettivament komparabbli mas-sitwazzjoni transkonfinali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma għandha ebda dritt ta’ taxxa fuq is-salarju inkwistjoni bis-saħħa tal-Ftehim Franko-Ġermaniż, anki jekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija ntaxxata fuq bażi illimitata f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, jirriżulta skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, li huwa l-Istat Membru ta’ residenza li għandu jagħti lill-persuna taxxabbli l-vantaġġi fiskali kollha marbuta mas-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu, ġaladarba dan l-Istat Membru jinsab, mingħajr eċċezzjoni, fl-aqwa pożizzjoni sabiex jevalwa l-kapaċità kontributtiva personali tal-imsemmija persuna taxxabbli sa fejn din tal-aħħar tagħmel użu minn dan l-Istat Membru bħala ċentru għall-interessi personali u patrimonjali tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Zurstrassen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑87/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:251">EU:C:2000:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Beker u Beker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:117">EU:C:2013:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>L-obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari jinsab fuq l-Istat Membru ta’ impjieg biss meta l-persuna taxxabbli tikseb it-totalità jew kważi t-totalità tar-riżorsi taxxabbli tagħha permezz ta’ attività eżerċitata f’dan tal-aħħar u meta ma tirċivix dħul sinjifikanti mill-Istat ta’ residenza tagħha, b’tali mod li dan ma jinsabx f’pożizzjoni li jagħtiha l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Gschwind</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:409">EU:C:1999:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Zurstrassen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑87/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:251">EU:C:2000:251</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>de Groot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:750">EU:C:2002:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali jew familjari tagħha, persuna taxxabbli residenti tirċievi dħul fi Stat Membru barra minn dak tar-residenza tagħha ma tinsabx f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ persuna taxxabbli residenti li tirċievi dħul fi Stat Membru tagħha ta’ residenza, b’mod partikolari meta l-Istat Membru ta’ residenza tal-ewwel persuna taxxabbli ma huwiex f’pożizzjoni li jagħtiha dawn il-vantaġġi minħabba assenza ta’ dħul sinjifikattiv fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex il-każ fil-kawża prinċipali. Minħabba taxxa konġunta tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, anki fil-każ fejn ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma kellhiex fl-Istat Membru tagħha ta’ residenza dħul sinjifikattiv, dan l-Istat Membru huwa fil-pożizzjoni li jagħtiha l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha, bħat-tnaqqis tal-konbribuzzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tinsab, għaldaqstant, f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ persuna taxxabbli residenti li tirċievi d-dħul tagħha fl-Istat Membru tagħha ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni tista’, għalhekk, tirrigwarda biss raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Huwa wkoll neċessarju, f’din l-ipoteżi, li r-restrizzjoni tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li l-għan inkwistjoni jintlaħaq u li din ma teċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex dan l-għan jintlaħaq (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Timac Agro Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑388/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:829">EU:C:2015:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kohll u Kohll-Schlesser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:361">EU:C:2016:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Ġermaniż isostni li r-rifjut tat-tnaqqis abbażi tal-ispejjeż speċjali fir-rigward tad-dħul eżentat huwa ġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali tat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa tat-taxxa bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża kif ukoll tal-koerenza tas-sistema fiskali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn naħa, dan il-gvern jirrileva li, konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Franko-Ġermaniż, id-dritt tat-taxxa tad-dħul imħallsa mill-Istat Franċiż huwa attribwit lir-Repubblika Franċiża u li t-tqassim tas-setgħa tat-taxxa b’hekk miftiehem huwa kompromess jekk ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet obbligata li tieħu inkunsiderazzjoni bis-sħiħ il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali bħala spejjeż speċjali mingħajr ma tiġi bbażata fuq id-dħul mondjali kollu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għalkemm id-dispożizzjonijiet tal-punt 1 tal-Artikolu 10(2) tal-EStG tal-2002 kienu jippermettu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa fi Franza għall-kalkolu tad-dħul taxxabbli fil-Ġermanja, huma jmorru kontra l-prinċipju ta’ koerenza tas-sistemi fiskali f’dan is-sens li, minkejja d-dħul eżentat imħallas fi Franza ma jittieħidx inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-bażi taxxabbli, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tista’ madankollu tnaqqas l-ispejjeż tal-assigurazzjoni fil-kuntest tat-taxxa konġunta mar-raġel tagħha. Ir-rata tat-taxxa miżjuda fil-kuntest tar-riżerva ta’ progressività tal-konjuġi tkun ikkorreġġuta permezz tat-tnaqqis tal-ispejjeż matul il-kalkolu tad-dħul taxxabbli. Barra minn hekk, il-vantaġġ li jirriżulta mit-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni jippreżenta rabta diretta mat-taxxa tad-dħul korrispondenti u, f’dan il-każ, għalkemm ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tiġi rrifjutata l-vantaġġ teoretiku li tnaqqas dawn il-kontribuzzjonijiet, hija tikseb il-vantaġġ li d-dħul Franċiż tagħha ma jkunx intaxxat fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li, ċertament, il-preżervazzjoni tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li tiġi ġġustifikata restrizzjoni fuq l-eżerċizzju ta’ moviment liberu fi ħdan l-Unjoni (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Beker u Beker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:117">EU:C:2013:117</NO.ECLI>,, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Tali ġustifikazzjoni tista’ tiġi aċċettata peress li, b’mod partikolari, is-sistema inkwistjoni hija intiża li tipprevjeni l-aġir ta’ natura li tikkomprometti d-dritt ta’ Stat Membru li jeżerċita l-kompetenza fiskali tiegħu fir-rigward mal-attivitajiet imwettqa fit-territorju tiegħu (ara, f’dan is-sens, sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Rewe Zentralfinanz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑347/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:194">EU:C:2007:194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Oy AA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:439">EU:C:2007:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑311/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:26">EU:C:2010:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Beker u Beker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:117">EU:C:2013:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ ġurisprudenza stabbilita, għalkemm l-Istati Membri huma liberi, fil-kuntest ta’ ftehim bilaterali intiżi għall-ħelsien mit-taxxa doppja, li jiffissaw il-fatturi ta’ rabta għall-finijiet tat-tqassim tal-kompetenza fiskali, madankollu, dan it-tqassim tal-kompetenza fiskali ma jippermettilhomx li japplikaw miżuri li jmorru kontra l-libertajiet ta’ moviment żgurati mit-Trattat. Fil-fatt, fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tassazzjoni hekk imqassma fil-kuntest ta’ ftehim bilaterali għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jikkonformaw ruħhom mar-regoli tal-Unjoni<?PAGE NO="13"?> (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>de Groot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:750">EU:C:2002:750</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060119">19 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Bouanich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:51">EU:C:2006:51</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-domanda tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġiet irregolata fil-Ftehim Franko-Ġermaniż li jgħid, qabelxejn, li l-pagi, is-salarji u r-remunerazzjonijiet analogi mħallsa minn wieħed mill-Istati kontraenti, minn Land jew minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku ta’ dak l-Istat jew Land lil persuni fiżiċi residenti tal-Istat l-ieħor fir-rigward ta’ servizzi amministrattivi attwali jew preċedenti, għandhom jiġu ntaxxati biss fl-ewwel Stat. Sussegwentement, dan il-Ftehim jipprovdi li d-dħul li ġej minn Franza li, bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, huwa taxxabbli f’dan l-Istat Membru, ipperċepit mir-residenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, huwa eskluż mill-bażi tat-taxxa Ġermaniża, mingħajr ma din ir-regola tillimita d-dritt tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tieħu inkunsiderazzjoni, matul id-determinazzjoni tar-rata tat-taxxi tagħha, tad-dħul b’hekk eskluż. Finalment, l-imsemmi ftehim ma jipprevedix l-obbligu, għall-Istat minn fejn ġej id-dħul, li jassumi bis-sħiħ it-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli li jeżerċitaw l-attività ekonomika tagħhom f’dan l-Istat Membru u li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għaldaqstant aċċettat liberament it-tqassim tas-setgħa ta’ impożizzjoni kif jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet stess tal-Ftehim Franko-Ġermaniż, billi rrinunzjat għad-dritt tat-taxxa tas-salarji, bħal dawk perċepiti mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, mingħajr ma tkun meħlusa permezz ta’ ftehim mill-obbligu tagħha li tassumi t-teħid inkunsiderazzjoni kollha tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli li jirrisjedu fit-territorju tagħha u li jeżerċitaw l-attività ekonomika tagħhom fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Dan il-mekkaniżmu ta’ tqassim tas-setgħa ta’ impożizzjoni ma jistax jiġi invokat sabiex jiġġustifika r-rifjut li jingħata lill-persuna taxxabbli residenti l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn naħa, il-fatt għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tippermetti t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għall-mard u tal-assigurazzjoni tax-xjuħija, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkonfutax it-tqassim tas-setgħa ta’ impożizzjoni, bħalma ġie miftiehem fil-Ftehim Franko-Ġermaniż. Billi tagħti l-kunsens għat-tnaqqis ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tirrinunzjax għall-parti mill-kompetenza fiskali tagħha għall-benefiċċju ta’ Stati Membri oħrajn u dan ma jaffettwax il-kompetenza tagħha li timponi l-attivitajiet eżerċitati fit-territorju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali ġustifikazzjoni tat-tqassim bilanċjat tas-setgħa ta’ impożizzjoni ma tistax tiġi invokata mill-Istat Membru ta’ residenza ta’ persuna taxxabbli biex jaħrab mir-responsabbiltà tiegħu, bħala prinċipju, li jagħti lill-imsemmija persuna taxxabbli t-tnaqqis ta’ tip personali u familjari dovuti lil din tal-aħħar, sakemm dan l-Istat Membru ma jkunx meħlus permezz ta’ ftehim mill-obbligu tiegħu li jassumi t-teħid in kunsiderazzjoni kollha tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli li jirrisjedu fit-territorju tiegħu u li jeżerċitaw parzjalment l-attività ekonomika tagħhom fi Stat Membru ieħor jew sakemm ma jikkonstatax li, anki barra minn kull ftehim, Stat ta’ impjieg jew numru ta’ Stati ta’ impjieg jagħtu, fuq id-dħul li jintaxxaw, vantaġġi marbuta mat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dawn l-Istati iżda li f’dan it-territorju jiksbu dħul taxxabbli (ara, f’dan is-sens, sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>de Groot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:750">EU:C:2002:750</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Beker u Beker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:117">EU:C:2013:117</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Issa, kif ġie rrilevat fil-punti 67 u 68 ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tinsabx, bis-saħħa tal-Ftehim Franko-Ġermaniż, meħlusa mill-obbligu tagħha li tassumi t-teħid inkunsiderazzjoni kollu tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuni taxxabbli residenti fit-territorju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ eventwali teħid inkunsiderazzjoni unilaterali mill-Istat Membru tal-użu tas-sitwazzjoni personali u familjari tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, billi tagħtiha t-tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li t-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludix indikazzjonijiet li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk tali teħid inkunsiderazzjoni sar jew ikun ukoll possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma stabbiliet l-ebda korrelazzjoni bejn il-vantaġġi fiskali mogħtija lir-residenti tal-Istat Membru kkonċernat u l-vantaġġi fiskali li minnhom dawn ir-residenti jistgħu jibbenefikaw fl-Istat Membru tal-impjieg tagħhom (ara, b’analoġija,sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi ppreżervata l-koerenza tas-sistema fiskali, għalkemm tali raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali tista’ tiġġustifika restrizzjoni fuq l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, sabiex argument ibbażat fuq tali ġustifikazzjoni jkun jista’ jintlaqa’, il-Qorti tal-Ġustizzja teżiġi rabta diretta bejn il-vantaġġ fiskali inkwistjoni u t-tpaċija ta’ dan il-vantaġġ permezz ta’ impożizzjoni fiskali partikolari, fejn in-natura diretta ta’ din ir-rabta għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Dijkman u Dijkman-Lavaleije</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑233/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:397">EU:C:2010:397</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kohll u Kohll-Schlesser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:361">EU:C:2016:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-argument tal-Gvern Ġermaniż intiż li juri, minn naħa, li r-rifjut tat-tnaqqis tal-ispejjeż speċjali intiż li jiggarantixxi li r-rata ta’ taxxa miżjud fil-kuntest tar-riżerva ta’ progressività tal-konjuġi ma jkunx korreġġut permezz tat-tnaqqis tad-dħul taxxabbli u, min-naħa l-oħra, li l-vantaġġ li jirriżulta mit-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet huwa kkompensat mill-impożizzjoni tad-dħul li għandu rabta diretta ma’ dawn il-kontribuzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li ma teżistiex rabta diretta, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 75 ta’ din is-sentenza, bejn, minn naħa, il-metodu ta’ eżenzjoni bir-riżerva ta’ progressività, li bis-saħħa tiegħu l-Istat Membru ta’ residenza jirrinunzja li jimponi dħul perċepit fi Stat Membru ieħor, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni dan id-dħul, għall-finijiet li tiġi ddeterminata r-rata ta’ taxxa applikabbli għad-dħul taxxabbli, u, min-naħa l-oħra, ir-rifjut li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet li għandhom rabta diretta mad-dħul eżentat. Fil-fatt, l-effettività tal-progressività tat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza, li ssegwi l-metodu ta’ eżenzjoni bir-riżerva ta’ progressività, ma hijiex suġġetta li t-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuna taxxabbli jkun limitat għall-ispejjeż marbutin mad-dħul intaxxat f’dan l-Istat Membru (ara, b’analoġija, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>de Groot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:750">EU:C:2002:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ftehmet, fil-Ftehim Franko-Ġermaniż, li d-dħul perċepit fi Franza huwa unikament intaxxat f’dan l-Istat Membru, hija ma tistax tiddikjara li l-iżvantaġġ li jirriżulta mir-rifjut tat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija kkumpensata min-nuqqas ta’ taxxa fuq dan id-dħul fil-Ġermanja. Tali argument jerġa’ fil-fatt iqiegħed inkwistjoni t-tqassim tas-setgħat ta’ impożizzjoni miftehma liberament mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-Ftehim Franko-Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Ir-rifjut li jingħata lill-persuna taxxabbli residenti l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha taħt forma ta’ tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni għall-mard u ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija supplimentari, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħala spejjeż speċjali, ma jistax, għaldaqstant, jiġi ġġustifikat la minn raġunijiet tat-tqassim bilanċjat tas-setgħa ta’ impożizzjoni u lanqas miż-żamma tal-koerenza fiskali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula li l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha persuna taxxabbli residenti f’dan l-Istat Membru u li taħdem għall-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ieħor ma tistax tnaqqas mill-bażi taxxabbli fuq id-dħul fl-Istat Membru tagħha ta’ residenza l-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq is-salarju tagħha fl-Istat Membru tal-impjieg, bid-differenza tal-kontribuzzjonijiet paragunabbli mħallsa lis-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tagħha ta’ residenza, meta, skont il-Ftehim preventiv ta’ taxxa doppja bejn iż-żewġ Stati Membri, is-salarju ma għandux jiġi ntaxxat fl-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem u li tiżdied sempliċement ir-rata taxxabbli applikabbli għad-dħul ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha persuna taxxabbli residenti f’dan l-Istat Membru u li taħdem għall-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ieħor ma tistax tnaqqas mill-bażi taxxabbli fuq id-dħul fl-Istat Membru tagħha ta’ residenza l-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq is-salarju tagħha fl-Istat Membru tal-impjieg, bid-differenza tal-kontribuzzjonijiet paragunabbli mħallsa lis-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tagħha ta’ residenza, meta, skont il-Ftehim preventiv ta’ taxxa doppja bejn iż-żewġ Stati Membri, is-salarju ma għandux jiġi ntaxxat fl-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem u li tiżdied sempliċement ir-rata taxxabbli applikabbli għad-dħul ieħor.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>