18.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1550

tas-17 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjoni u r-raffinar ta' prodotti taz-zokkor tal-kodiċi NM 1701 taħt ftehimiet preferenzjali, għas-snin tas-suq 2015/2016 u 2016/2017

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 178, 180 u 192(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) u stabbilixxa regoli speċifiċi għall-importazzjoni u r-raffinar ta' prodotti taz-zokkor. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ddelegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tas-sistema tal-importazzjoni u tar-raffinar ta' prodotti taz-zokkor tal-kodiċi NM 1701 taħt ftehimiet preferenzjali fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Ir-regoli l-ġodda għandhom jieħdu post ir-regoli ta' implimentazzjoni eżistenti stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 (3), li se jiskadu fit-30 ta' Settembru 2015.

(2)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1538 (4) stipula r-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu meta ssir applikazzjoni għal liċenzji tal-importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti taz-zokkor tal-kodiċi NM 1701 taħt ftehimiet preferenzjali. Għandhom jiġu stabbiliti aktar regoli rigward it-tressiq ta' applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni, il-ħruġ u l-validità ta' liċenzji tal-importazzjoni, u n-notifiki rigward il-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

Sabiex ikunu evitati l-applikazzjonijiet qarrieqa, il-lista ta' pajjiżi eliġibbli fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandha tkun limitata għal dawk il-pajjiżi li bħalissa huma identifikati bħala esportaturi taz-zokkor lejn l-Unjoni. Kull pajjiż li bħalissa ma jinsabx elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament iżda li huwa elenkat jew fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 (5) jew fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jkun eliġibbli li jkun inkluż fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, tali pajjiż għandu jitlob lill-Kummissjoni li jiġi elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (7) għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament.

(5)

Billi l-importazzjonijiet taħt ċerti reġimi preferenzjali mhumiex soġġetti għal kwantità limitata tal-kwota, jixraq li jiġu ffaċilitati l-proċeduri doganali bil-għan li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni billi jippermettu tolleranza ma' livell abitwali ta' + 5 % jew – 5 % fil-liċenzji għall-importazzjonijiet preferenzjali taz-zokkor.

(6)

Sabiex jiġi żgurat trattament uniformi u ekwu għall-operaturi kollha, għandu jiġi ddeterminat il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u jinħarġu l-liċenzji.

(7)

Jeħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw speċifikament iz-zokkor importat għar-raffinar. Għaldaqstant, minn meta japplikaw għal-liċenzja tal-importazzjoni, l-operaturi għandhom jispeċifikaw jekk hemmx il-ħsieb li z-zokkor importat jiġi raffinat jew le.

(8)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 (8), l-operaturi għandhom iressqu, lill-Istati Membri li qegħdin irreġistrati fihom għall-finijiet tal-VAT, evidenza li huma kienu qed iwettqu kummerċ fiz-zokkor matul ċertu perjodu. L-operaturi approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 (9) għandhom ikunu eliġibbli li jieħdu sehem fil-kummerċ taz-zokkor preferenzjali, mingħajr ma jressqu tali evidenza.

(9)

L-applikazzjonijiet għal liċenzja għandu jkollhom numru ta' riferenza marbuta ma' pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(10)

Fil-każ tal-liċenzji validi sat-30 ta' Settembru li huma għal zokkor li jkun tgħabba sa mhux iktar tard mill-15 ta' Settembru, xi ftit dewmien fil-katina tal-loġistika, għajr għall-forza maġġuri, jista' jwassal għall-importazzjonijiet li fil-verità jsiru wara t-30 ta' Settembru. Sabiex jevitaw ir-riskju li jħallsu d-dazju kollu fuq l-importazzjoni u s-sekwestru tal-garanzija, l-importaturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li jimportaw dak iz-zokkor li jkun tgħabba sa mhux iktar tard mill-15 ta' Settembru ta' kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni, skont liċenzja tal-importazzjoni maħruġa għal tali kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jestendu l-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni jekk l-importatur jibgħat prova li z-zokkor ikun tgħabba sa mhux iktar tard mill-15 ta' Settembru.

(11)

Għall-finijiet tat-tmexxija tajba tal-ftehimiet, il-Kummissjoni għandha tirċievi t-tagħrif rilevanti f'waqtu.

(12)

Skont l-Artikolu 192(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, matul l-ewwel tliet xhur ta' kull sena tas-suq, ir-raffinaturi full-time biss għandhom ikunu eliġibbli li japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor maħsub għar-raffinar. Tali liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni li għaliha jkunu nħarġu. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-kapaċità esklussiva ta' importazzjoni tar-raffinaturi full-time, kif stabbilit fl-Artikolu 192(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom jiġu stipulati regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistipula, għall-kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016 u 2016/2017, regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-importazzjoni u r-raffinar ta' prodotti taz-zokkor tal-kodiċi NM 1701 kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u fir-Regolament (UE) Nru 978/2012, li joriġinaw f'wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, f'dak li għandu x'jaqsam ma':

(a)

l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni;

(b)

il-ħruġ u l-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni;

(c)

in-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni rigward il-liċenzji tal-importazzjoni, inkluż l-ammont tal-prodott tal-kodiċi NM 1701 importat u raffinat.

2.   Pajjiż terz elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jew fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 għandu jkun eliġibbli, fuq talba tiegħu, li jiżdied mal-lista tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, bin-numru ta' riferenza kif jidher fl-istess Anness, għandhom ikunu ħielsa mid-dazji u mill-kwoti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1538.

Artikolu 3

Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 376/2008

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament jew fir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1538.

2.   L-Artikolu 48(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandux japplika meta l-kwantità taz-zokkor importat skont dan ir-Regolament tkun akbar b'mhux aktar minn 5 % tal-kwantità msemmija fil-liċenzja tal-importazzjoni. Il-kwantità addizzjonali għandha titqies li tkun ġiet importata skont dik il-liċenzja.

Artikolu 4

Applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-tieni Tnejn tax-xahar ta' Settembru qabel il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni li japplikaw għaliha.

2.   L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandu japplika mutatis mutandis. Madankollu, jista' jkun li għall-operaturi approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, ma jkunx meħtieġ li titressaq il-prova msemmija f'dak l-Artikolu.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-entrati li ġejjin:

(a)

fil-kaxxa 8: il-pajjiż tal-oriġini: wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Il-kelma “iva” mmarkata b'salib;

(b)

fil-kaxxa 16, kodiċi NM wieħed jew iktar, ta' tmien ċifri, elenkati jew bħala “zokkor maħsub għar-raffinar” jew bħala “zokkor mhux maħsub għar-raffinar”, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1538;

(c)

fil-kaxex 17 u 18: il-kwantità taz-zokkor f'“piż tel. quel”;

(d)

fil-kaxxa 20:

(i)

“zokkor maħsub għar-raffinar” jew “zokkor mhux maħsub għar-raffinar”,

(ii)

tal-anqas waħda mill-entrati elenkati fil-parti A tal-Anness II,

(iii)

is-sena tas-suq li magħha huma marbutin;

(e)

fil-kaxxa 24:

(i)

tal-anqas waħda mill-entrati elenkati fil-parti B tal-Anness II,

(ii)

fejn japplika, it-test elenkat fil-parti C tal-Anness II.

4.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati bi prova li l-applikant ikun għamel garanzija ta' EUR 20 għal kull tunnellata tal-kwantità taz-zokkor indikata fil-kaxxa 17 tal-liċenzja.

5.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għandu jkollhom in-numru ta' riferenza kif jidher fl-istess Anness.

Artikolu 5

Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   Kull nhar ta' Ħamis, jew l-iktar tard il-Ġimgħa, ta' kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji għall-applikazzjonijiet li jkunu tressqu fil-ġimgħa ta' qabel u jkunu ġew innotifikati kif stipulat fl-Artikolu 7(1). Ma jistgħux jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni għal kwantitajiet li ma jkunux ġew innotifikati.

2.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom jew mill-1 ta' Ottubru tal-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni li jkunu nħarġu għaliha, skont liema minnhom tkun l-iktar tard.

3.   Il-liċenzji għandhom jibqgħu validi sa tmiem it-tielet xahar wara d-data tal-bidu tal-validità tagħhom, mingħajr ma jaqbżu t-30 ta' Settembru tal-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni li għaliha jkunu nħarġu.

Artikolu 6

Estensjoni tal-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni

Għal-liċenzji tal-importazzjoni li ma jibqgħux validi wara t-30 ta' Settembru ta' kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni, u fuq talba tad-detentur tal-liċenzja tal-importazzjoni, l-entità kompetenti tal-Istat Membru li ħarġet il-liċenzja għandha testendi l-perjodu tal-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni sal-31 ta' Ottubru jekk id-detentur titulari jibgħat prova, bħal pereżempju il-polza ta' kargu, li tkun aċċettata minn dik l-entità kompetenti tal-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja, u li tgħid li z-zokkor ikun tgħabba sa mhux iktar tard mill-15 ta' Settembru tal-istess sena tas-suq. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dan sa mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa wara l-estensjoni tal-validità.

Artikolu 7

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bejn il-Ġimgħa fis-13.00 (ħin ta' Brussell) u t-Tnejn ta' wara fis-18.00 (ħin ta' Brussell), bil-kwantitajiet taz-zokkor, inkluż prospetti nulli, li għalihom l-applikazzjonijiet tal-liċenzja tal-importazzjoni jkunu tressqu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1538.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bejn il-Ġimgħa fis-13.00 (ħin ta' Brussell) u t-Tnejn ta' wara fis-18.00 (ħin ta' Brussell), bil-kwantitajiet taz-zokkor, inkluż il-prospetti nulli, li għalihom l-applikazzjonijiet tal-liċenzja tal-importazzjoni jkunu ntbagħtu mill-Ħamis ta' qabel skont l-Artikolu 5.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bejn il-Ġimgħa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) u t-Tnejn ta' wara fis-18.00 p.m. (ħin ta' Brussell), bil-kwantitajiet, inklużi prospetti nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment, u li jikkorrispondu mad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta' wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

4.   Il-kwantitajiet innotifikati skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitqassmu skont il-pajjiż tal-oriġini, is-sena tas-suq ikkonċernata, u jekk jinvolvux zokkor maħsub għar-raffinar jew le. Għandu jiġi indikat in-numru ta' referenza wkoll. Għandhom jiġu espressi f'kilogrammi ta' “piż tel. quel”.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Marzu, u għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel, bil-kwantitajiet ta' zokkor li fil-verità ġie raffinat,imqassmin skont in-numru ta' referenza u l-pajjiż tal-oriġini, u espressi fi kilogrammi ta' “piż tel. quel”.

6.   In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (10).

7.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (11).

Artikolu 8

Reġim tar-raffinaturi full-time

1.   Ir-raffinaturi full-time biss jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għal zokkor maħsub biex jiġi rraffinat, b'data ta' bidu ta' validità fl-ewwel tliet xhur ta' kull kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3), dawn il-liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni li għaliha jkunu nħarġu.

2.   Jekk, qabel l-1 ta' Jannar ta' kull kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal zokkor maħsub għar-raffinar għal dik il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni jkunu daqs jew akbar mill-kwantità msemmija fl-Artikolu 192(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri li l-limitu tal-kapaċità ta' importazzjoni esklussiva għal dik il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni intlaħaq fil-livell tal-Unjoni. Mid-data ta' dik in-notifika, raffinaturi mhux full-time jistgħu japplikaw ukoll għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta' Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta' applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14).

(4)  Ir- Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1538 tat-23 ta' Ġunju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u l-prova ta' raffinar ta' prodotti taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 skont ftehimiet preferenzjali, għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016 u 2016/2017 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 891/2009 (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS I

Kodiċi tal-pajjiż

Pajjiż terz

Numru tar-referenza

BB

Barbados

01.0001

BD

Il-Bangladesh

BF

Il-Burkina Faso

BJ

Il-Benin

BZ

Il-Belize

CD

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

CI

Il-Kosta tal-Avorju

DO

Ir-Repubblika Dominicana

ET

L-Etjopja

FJ

Fiġi

GY

Il-Guyana

JM

Il-Ġamajka

KE

Il-Kenja

KH

Il-Kambodja

LA

Il-Laos

MG

Madagascar

MM

il-Myanmar/Burma

MU

Mauritius

MW

Il-Malawi

MZ

Il-Mozambique

NP

In-Nepal

SD

Is-Sudan

SL

Sierra Leone

SN

Is-Senegal

SZ

Is-Swaziland

TG

It-Togo

TT

It-Trinidad u t-Tobago

TZ

It-Tanzanija

UG

L-Uganda

ZM

Iż-Żambja

ZW

Iż-Żimbabwe


ANNESS II

A.   L-entrati msemmija fl-Artikoli 4(3)(d)(ii)

—

bil-Bulgaru:

Прилагане на Регламент (ЕC) 2015/1550, ВОО/СИП. Референтен номер [вписва се референтен номер в съответствие с приложение I]

—

bl-Ispanjol:

Aplicación del Reglamento (UE) 2015/1550, TMA/AAE. Número de referencia [el número de referencia se incluirá conforme a lo dispuesto en el anexo I]

—

biċ-Ċek:

Použití nařízení (EU) 2015/1550, EBA/EPA. Referenční číslo (vloží se referenční číslo v souladu s přílohou I)

—

bid-Daniż:

Anvendelse af forordning (EU) 2015/1550 EBA/EPA. Referencenummer [referencenummer skal indsættes i overensstemmelse med bilag I]

—

bil-Ġermaniż:

Anwendung der Verordnung (EU) 2015/1550, EBA/EPA. Referenznummer [Referenznummer gemäß Anhang I einfügen]

—

bl-Estonjan:

Kohaldatakse määrust (EL) 2015/1550, EBA/EPA. Viitenumber [lisatakse vastavalt I lisale]

—

bil-Grieg:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΕ) 2015/1550, EBA/ΕΡΑ. Αύξων αριθμός (να συμπληρώνεται ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

—

bl-Ingliż:

Application of Implementing Regulation (EU) 2015/1550, EBA/EPA. Reference number (reference number to be inserted in accordance with Annex I)

—

bil-Franċiż:

Application du règlement (UE) 2015/1550, EBA/APE. Numéro de référence (numéro de référence à insérer conformément à l'annexe I)

—

bil-Kroat:

Primjena Uredbe (EU) 2015/1550, EBA/EPA. Referentni broj (umetnuti referentni broj u skladu s Prilogom I)

—

bit-Taljan:

Applicazione del regolamento (UE) 2015/1550, EBA/APE. Numero di riferimento (inserire in base all'allegato I)

—

bil-Latvjan:

Regulas (ES) 2015/1550 piemērošana, EBA/EPA. Atsauces numurs [jāieraksta atsauces numurs saskaņā ar I pielikumu]

—

bil-Litwan:

Taikomas reglamentas (ES) 2015/1550, EBA/EPS. Eilės Nr. (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

—

bl-Ungeriż:

Az (EU) 2015/1550 rendelet alkalmazása, EBA/GPM. Hivatkozási szám [hivatkozási szám az I. melléklet szerint]

—

bil-Malti:

Applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1550, EBA/EPA. Numru ta' referenza [in-numru ta' referenza għandu jiddaħħal skont l-Anness I]

—

bl-Olandiż:

Toepassing van Verordening (EU) 2015/1550, EBA/EPO. Referentienummer [zie bijlage I]

—

bil-Pollakk:

Zastosowanie rozporządzenia (EU) 2015/1550, EBA/EPA. Numer referencyjny [numer referencyjny należy wstawić zgodnie z załącznikiem I]

—

bil-Portugiż:

Aplicação do Regulamento (UE) 2015/1550, TMA/APE. Número de referência [número de referência a inserir em conformidade com o anexo I]

—

bir-Rumen:

Aplicarea Regulamentului (UE) 2015/1550, EBA/EPA. Număr de referință [a se introduce numărul de referință în conformitate cu anexa I]

—

bis-Slovakk:

Uplatňovanie nariadenia (EÚ) 2015/1550, EBA/EPA. Referenčné číslo (referenčné číslo sa vloží podľa prílohy I)

—

bis-Sloven:

Uporaba Uredbe (EU) 2015/1550, EBA/EPA. Zaporedna številka [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I].

—

bil-Finlandiż:

Asetuksen (EU) 2015/1550 soveltaminen, kaikki paitsi aseet/talouskumppanuussopimus. Viitenumero [viitenumero lisätään liitteen I mukaisesti]

—

bl-Iżvediż:

Tillämpning av förordning (EU) 2015/1550, EBA/EPA. Referensnummer [referensnumret ska anges i enlighet med bilaga I]

B.   L-entrati msemmija fl-Artikolu 4(3)(e)(i)

—

bil-Bulgaru:

Мито „0“ — Регламент (ЕC) 2015/1550

—

bl-Ispanjol:

Derecho de aduana «0» — Reglamento (UE) 2015/1550,

—

biċ-Ċek:

Clo „0“ – nařízení (EU) 2015/1550

—

bid-Daniż:

Toldsats »0« — Forordning (EU) 2015/1550

—

bil-Ġermaniż:

Zollsatz „0“ — Verordnung (EU) 2015/1550

—

bl-Estonjan:

Tollimaks „0” – määrus (EL) 2015/1550

—

bil-Grieg:

Τελωνειακός δασμός «0» — Κανονισμός (ΕΕ) 2015/1550 της ΕΕ

—

bl-Ingliż:

Customs duty “0” — Implementing Regulation (EU) 2015/1550

—

bil-Franċiż:

Droit de douane «0» — règlement (UE) 2015/1550

—

bil-Kroat:

Carina „0” – Uredba (EU) 2015/1550

—

bit-Taljan:

Dazio doganale nullo — Regolamento (UE) 2015/1550

—

bil-Latvjan:

Muitas nodoklis ar “0” likmi – Regula (ES) 2015/1550

—

bil-Litwan:

Muito mokestis „0“ – Reglamentas (ES) 2015/1550

—

bl-Ungeriż:

„0” vámtétel – (EU) 2015/1550 rendelet

—

bil-Malti:

Id-dazju tad-dwana “0” — Ir-Regolament (UE) 2015/1550

—

bl-Olandiż:

Douanerecht „0” — Verordening (EU) 2015/1550

—

bil-Pollakk:

Stawka celna „0” – rozporządzenie (UE) 2015/1550

—

bil-Portugiż:

Direito aduaneiro nulo — Regulamento (UE) 2015/1550

—

bir-Rumen:

Taxă vamală „0” – Regulamentul (UE) 2015/1550

—

bis-Slovakk:

Clo „0“ – nariadenie (EÚ) 2015/1550

—

bis-Sloven:

Carina „0“ – Uredba (EU) 2015/1550

—

bil-Finlandiż:

Tulli ”0” – Asetus (EU) 2015/1550

—

bl-Iżvediż:

Tullsats ”0” – Förordning (EU) 2015/1550

C.   L-entrati msemmija fl-Artikolu 4(3)(e)(ii)

—

bil-Bulgaru:

Настоящата лицензия е издадена въз основа на електронно или факс копие на лицензията за износ, представенo в съответствие с член 4, параграф 1 от Делегиран регламент (ЕС) 2015/1550, или на заверено копие на сертификат за произход.

—

bl-Ispanjol:

La presente licencia se expide sobre la base de una copia electrónica o un facsímil de la licencia de exportación presentada de conformidad con el artículo 4, apartado 1, del Reglamento (UE) 2015/1550, o sobre la base de una copia compulsada del certificado de origen.

—

biċ-Ċek:

Tato licence byla vydána na základě elektronické či faxové kopie vývozní licence předložené podle čl. 4 odst. 1 nařízení (EU) 2015/1550, nebo na základě ověřené kopie osvědčení o původu.

—

bid-Daniż:

Denne licens er udstedt på grundlag af en elektronisk kopi eller en telefax-kopi af den eksportlicens, der er indgivet i henhold til artikel 4, stk. 1, i forordning (EU) 2015/1550, eller på grundlag af en bekræftet kopi af oprindelsescertifikatet

—

bil-Ġermaniż:

Diese Lizenz wurde auf der Grundlage einer elektronischen oder einer Fax-Kopie der Ausfuhrlizenz, die gemäß Artikel 4 Absatz 1 der Verordnung (EU) 2015/1550 vorgelegt wurde, oder auf der Grundlage einer beglaubigten Kopie der Ursprungsbescheinigung erteilt.

—

bl-Estonjan:

Luba on väljastatud määruse (EL) 2015/1550 artikli 4 lõike 1 kohaselt elektrooniliselt või faksi teel saadetud ekspordiloa koopia või päritolusertifikaadi kinnitatud ärakirja alusel.

—

bil-Grieg:

Η παρούσα άδεια εκδόθηκε βάσει ηλεκτρονικού αντιγράφου ή τηλεομοιοτυπίας της άδειας εξαγωγής που υποβλήθηκε σύμφωνα με το άρθρο 4 παράγραφος 1 του κανονισμού (ΕΕ) 2015/1550, ή βάσει επικυρωμένου αντιγράφου του πιστοποιητικού καταγωγής.

—

bl-Ingliż:

This licence was issued on the basis of an electronic or facsimile copy of the export licence submitted in accordance with Article 4 paragraph 1 of Implementing Regulation (EU) 2015/1550, or on the basis of a certified copy of certificate of origin.

—

bil-Franċiż:

Cette licence a été délivrée sur la base d'une copie électronique ou d'une télécopie de la licence d'exportation transmise conformément à l'article 4, paragraphe 1, du règlement (UE) 2015/1550, ou sur la base d'une copie certifiée conforme du certificat d'origine.

—

bil-Kroat:

Ova se dozvola izdaje na temelju elektroničke preslike ili faksimila izvozne dozvole podnesene u skladu s člankom 4. stavkom 1. Uredbe (EU) 2015/1550 ili na temelju ovjerene preslike potvrde o podrijetlu

—

bit-Taljan:

Il presente titolo è stato rilasciato sulla base di una copia elettronica o telecopia del titolo di esportazione presentato in conformità dell'articolo 4, paragrafo 1, del regolamento (UE) 2015/1550, o sulla base di una copia autenticata del certificato di origine.

—

bil-Latvjan:

Šī licence izsniegta, pamatojoties uz elektroniski vai pa faksu atsūtītu eksporta licences kopiju, kas iesniegta saskaņā ar Regulas (ES) 2015/1550 4. panta 1. punktu, vai pamatojoties uz izcelsmes sertifikāta apliecinātu kopiju.

—

bil-Litwan:

Ši licencija išduota remiantis eksporto licencija, pateikta elektroniniu būdu arba faksu pagal Deleguotojo reglamento (ES) 2015/1550 4 straipsnio 1 dalį, arba patvirtinta kilmės sertifikato kopija.

—

bl-Ungeriż:

Ez az engedély az (EU) 2015/1550 rendelet (4) bekezdése 1. cikkének megfelelően benyújtott kiviteli engedély elektronikus vagy fénymásolt változata, vagy a származási bizonyítvány hiteles másolata alapján került kiállításra.

—

bil-Malti:

Din il-liċenzja nħarġet abbażi ta' kopja elettronika jew tal-faks tal-liċenzja tal-esportazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/1550, jew abbażi ta' kopja ċċertifikata taċ-ċertifikat tal-oriġini.

—

bl-Olandiż:

Dit certificaat is afgegeven op basis van een elektronisch of per fax verstuurd afschrift van het overeenkomstig artikel 4, lid 1, van Verordening (EU) 2015/1550 overgelegde uitvoercertificaat of op basis van een gewaarmerkte kopie van het certificaat van oorsprong.

—

bil-Pollakk:

Niniejsze pozwolenie zostało wydane na podstawie elektronicznej lub faksowej kopii pozwolenia na wywóz złożonego zgodnie z art. 4 ust. 1 rozporządzenia (UE) 2015/1550 lub na podstawie uwierzytelnionego odpisu świadectwa pochodzenia.

—

bil-Portugiż:

O presente certificado foi emitido com base em cópia eletrónica ou telecópia do certificado de exportação apresentado nos termos do artigo 4.o, n.o 1, do Regulamento (UE) 2015/1550, ou com base numa cópia autenticada do certificado de origem.

—

bir-Rumen:

Această licență a fost eliberată pe baza unei copii electronice sau a unui facsimil al licenței de export depuse în conformitate cu articolul 4 alineatul 1 din Regulamentul (UE) 2015/1550 sau pe baza unei copii certificate a certificatului de origine.

—

bis-Slovakk:

Táto licencia bola vydaná na základe elektronickej kópie alebo telefaxovej kópie vývoznej licencie predloženej v súlade s článkom 4 ods. 1 delegovaného nariadenia (EÚ) 2015/1550, alebo na základe overenej kópie osvedčenia pôvodu.

—

bis-Sloven:

To dovoljenje je bilo izdano na podlagi elektronske ali papirne kopije izvoznega dovoljenja, predloženega v skladu s členom 4(1) Delegirane uredbe (EU) 2015/1550, ali na podlagi overjene kopije potrdila o poreklu.

—

bil-Finlandiż:

Tämä todistus on myönnetty asetuksen (EU) 2015/1550 4 artiklan 1 kohdan mukaisesti toimitetun vientitodistuksen sähköisen kopion tai faksikopion perusteella tai alkuperätodistuksen oikeaksi todistetun jäljennöksen perusteella.

—

bl-Iżvediż:

Denna licens utfärdades på grundval av en elektronisk kopia eller telefaxkopia av den exportlicens som inlämnades i enlighet med artikel 4.1 punkt 1 i förordning (EU) 2015/1550, eller på grundval av en bestyrkt kopia av ursprungsintyget.