|
21.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1642
tal-14 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, qabel l-emenda tagħha bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kien jirrikjedi li l-Istati Membri jipprevedu l-istabbiliment u ż-żamma ta’ reġistru biex jiżgura l-kontabilità akkurata tal-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għal dak l-iskop, l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 (3) ħolqu sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li saret operattiva f’Jannar 2005. Dik is-sistema żgurat il-kontabbiltà akkurata tal-kwoti kollha tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra maħruġa taħt l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni (“EU ETS”) u żammet rekord tas-sjieda tal-kwoti tal-EU ETS miżmuma f’kontijiet elettroniċi. Din kienet tikkonsisti mir-reġistri tal-Istati Membri kollha u Amministratur Ċentrali, maħtur mill-Kummissjoni, li kellu jżomm reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet fejn kellu jirreġistra l-kwistjoni, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti. Dak ir-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet, ir-Reġistru Komunitarju Indipendenti tat-Tranżazzjonijiet (CITL), inħoloq skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004. Dak is-CITL ivverifika, irreġistra u awtorizza awtomatikament it-tranżazzjonijiet kollha li seħħew bejn il-kontijiet fir-reġistri nazzjonali. Fejn kienu jiġu identifikati irregolaritajiet permezz tal-kontrolli awtomatizzati, is-CITL kien jittermina t-tranżazzjonijiet miksuba minn tali irregolaritajiet u l-amministratur ċentrali kien ikollu jinforma lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. Barra minn hekk, dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri kien(u) miżmum(a) milli jirreġistra(w) (i)t-tranżazzjonijiet jew kwalunkwe tranżazzjoni oħra relatata mal-kwoti kkonċernati sakemm ġew solvuti l-irregolaritajiet. |
|
(2) |
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/87/KE ġie emendat bid-Direttiva 2009/29/KE, li ssostitwiet ir-reġistri nazzjonali b’Reġistru tal-Unjoni. Madankollu, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/29/KE kien fih dispożizzjoni tranżizzjonali, li minħabba fiha d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE kellhom ikomplu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2012. Sadanittant, is-CITL ġie sostitwit mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (“EUTL”), li ġie stabbilit mill-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 (4). Dak ir-Regolament tal-Kummissjoni ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (5), li fl-Artikolu 4 tiegħu stabbilixxa r-Reġistru tal-Unjoni. Dak ir-Regolament tal-Kummissjoni kien, min-naħa tiegħu u ħlief għall-punt (30) tal-Artikolu 3 tiegħu, sostitwit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 (6). Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 issa fih ir-regoli għall-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni għall-fażi 4 tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS), li bdiet fl-1 ta’ Jannar 2021, u l-kwoti kollha tal-EU ETS maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2012 ’il quddiem għandhom jinżammu fir-Reġistru tal-Unjoni. Bħala riżultat taċ-ċentralizzazzjoni tar-reġistri, l-EUTL sar parti mir-Reġistru tal-Unjoni, li jenħtieġ li jiġi rifless fir-Regolament Delegat (UE) 2019/1122. Għalhekk, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq, mill-1 ta’ Jannar 2012, il-funzjonijiet kollha tal-EUTL. |
|
(3) |
Bħala parti mill-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-IT tar-Reġistru tal-Unjoni, ir-rwol u l-evoluzzjoni possibbli tiegħu jiġu vvalutati mill-ġdid perjodikament mill-Kummissjoni bħala l-Amministratur Ċentrali sabiex jitneħħew ir-ridondanzi fl-IT (jiġifieri referenza għal xi komponenti tal-IT minflok funzjonijiet jew kontrolli) u sabiex titħejja l-infrastruttura għall-evoluzzjonijiet futuri tal-qafas tal-IT, mingħajr madankollu ma tiġi affettwata l-funzjonalità jew is-sigurtà tiegħu. Filwaqt li tali modernizzazzjoni se taffettwa l-mod kif jitwettqu l-kontrolli awtomatizzati, jenħtieġ li jinżammu l-kontrolli kollha stabbiliti mill-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2003/87/KE li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda irregolarità meta jinħarġu, jiġu ttrasferiti jew jiġu kkanċellati l-kwoti. |
|
(4) |
Bħalissa, l-utenti tar-Reġistru tal-Unjoni jistgħu jibdew trasferimenti mingħajr ebda limitazzjoni skont il-livelli limitu (il-valur) tat-trasferiment. Sabiex tittejjeb is-sigurtà ta’ tranżazzjonijiet ta’ valur għoli, l-użu ta’ listi ta’ kontijiet ta’ fiduċja għal tranżazzjonijiet li jaqbżu livell limitu partikolari jenħtieġ li jkun obbligatorju. |
|
(5) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2021 dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija (7), il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq biex teżamina xejriet aktar mill-qrib tal-imġiba kummerċjali u l-ħtieġa potenzjali għal azzjonijiet immirati fuq is-suq Ewropew tal-karbonju. Wieħed mis-sorsi importanti għal dik l-analiżi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq kien id-data tar-Reġistru tal-Unjoni dwar is-sjieda u t-trasferimenti ta’ kwoti fir-Reġistru tal-Unjoni. L-analiżi wriet li għal finijiet ta’ monitoraġġ tas-suq, ikun ta’ benefiċċju li mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 jiżdied rekwiżit biex jiġu identifikati tranżazzjonijiet ta’ kwoti tal-emissjonijiet bejn id-detenturi tal-kontijiet li huma parti mill-istess grupp. F’dan il-mument, l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-grupp hija meħtieġa biss għall-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur. Ir-rekwiżit li tiġi pprovduta din l-informazzjoni jenħtieġ li jiġi introdott għall-kontijiet ta’ skambju wkoll. |
|
(6) |
L-Artikolu 80(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 jelenka entitajiet li jistgħu jiksbu data mir-Reġistru tal-Unjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (8) stabbilixxa l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), li huwa responsabbli għall-investigazzjoni, għall-prosekuzzjoni u għat-tressiq għall-ġustizzja ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mill-1 ta’ Ġunju 2021. Dawk ir-reati jinkludu diversi tipi ta’ frodi, frodi tal-VAT b’danni ta’ aktar minn EUR 10 miljun, ħasil tal-flus, korruzzjoni, eċċ. Għalhekk, huwa xieraq li l-UPPE jiżdied mal-entitajiet elenkati fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta l-opinjoni tiegħu fl-20 ta’ April 2023, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fit-tielet sentenza tal-Artikolu 7(4), jitħassar il-kliem “u l-EUTL”; |
|
(4) |
l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fil-punt (c) tal-Artikolu 30(1), jitħassar il-kliem “jew l-EUTL”; |
|
(6) |
fl-Artikolu 52 u fl-Artikolu 53(2), l-akronimu “EUTL” huwa sostitwit bi “Reġistru tal-Unjoni”; |
|
(7) |
fl-Artikolu 55, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej: “5. Mal-bidu ta’ trasferiment, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika jekk it-trasferiment ġiex eżegwit bejn id-detenturi ta’ kontijiet li jappartjenu għall-istess grupp.” |
|
(8) |
fit-Titolu III, Dispożizzjonijiet tekniċi komuni, it-titolu tal-Kapitolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “KAPITOLU 1 REKWIŻITI TEKNIĊI TAR-REĠISTRU TAL-UNJONI ”; |
|
(9) |
l-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 62, jitħassar il-kliem “mill-EUTL”; |
|
(11) |
fl-Artikolu 65, jitħassar il-kliem “jew l-EUTL” u “jew tal-EUTL”; |
|
(12) |
fl-Artikolu 66(2) jitħassar il-kliem “jew l-EUTL”; |
|
(13) |
l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 70, l-akronimu “EUTL” huwa sostitwit bi “Reġistru tal-Unjoni”; |
|
(15) |
l-Artikolu 71 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 71 Detezzjoni ta’ diskrepanzi Fil-każ ta’ proċessi kompluti permezz tal-konnessjoni ta’ komunikazzjoni diretta msemmija fl-Artikolu 6(2), l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittermina kwalunkwe proċess fejn jidentifika diskrepanzi mat-twettiq tal-kontrolli awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 72(2), u għandu jinforma lill-amministratur tal-kontijiet involuti fit-tranżazzjoni terminata tiegħu. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jinforma minnufih lid-detenturi rilevanti tal-kontijiet li l-proċess ikun ġie terminat billi jibgħat lura kodiċi ta’ rispons ta’ kontroll awtomatizzat.” |
|
(16) |
fl-Artikolu 72(2), l-akronimu “EUTL” huwa sostitwit bi “Reġistru tal-Unjoni”. |
|
(17) |
l-Artikolu 73 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 73 Rikonċiljazzjoni — detezzjoni ta’ inkonsistenzi mir-Reġistru tal-Unjoni 1. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jibda perjodikament, rikonċiljazzjoni tad-data sabiex ikun żgurat li r-rekords tal-kontijiet u d-depożiti ta’ kwoti jkunu jaqblu mat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-Reġistru tal-Unjoni. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jirreġistra l-proċessi kollha. 2. Jekk matul il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data msemmi fil-paragrafu 1 tiġi identifikata inkonsistenza fir-rigward tal-kontijiet jew tad-depożiti ta’ kwoti bħala parti mill-proċess ta’ rikonċiljazzjoni perjodika, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jipprevjeni kwalunkwe proċess ulterjuri li għandu jitlesta bi kwalunkwe wieħed mill-kontijiet jew mid-depożiti ta’ kwoti li huma s-suġġett tal-inkonsistenza. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jgħarraf minnufih lill-amministratur ċentrali u lill-amministraturi tal-kontijiet rilevanti jew tad-depożiti ta’ kwoti bi kwalunkwe inkonsistenza.” |
|
(18) |
l-Artikolu 74 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 74 Finalizzazzjoni ta’ proċessi 1. It-tranżazzjonijiet u l-proċessi l-oħrajn kollha kkomunikati lir-Reġistru tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 6(2) għandhom ikunu finali meta jitwettqu l-kontrolli awtomatizzati kollha. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jwaqqaf awtomatikament it-tlestija ta’ tranżazzjoni jew proċess jekk dik it-tranżazzjoni jew dak il-proċess ma jkunx jista’ jitlesta fi żmien 24 siegħa mill-komunikazzjoni tiegħu. 2. Il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data msemmi fl-Artikolu 73 għandu jkun finali meta l-inkonsistenzi kollha għal żmien u data speċifiċi għal kontijiet speċifiċi jew depożiti ta’ kwoti jkunu ġew solvuti, u l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data jkun reġa’ nbeda u tlesta b’suċċess.” |
|
(19) |
fl-Artikolu 76, jitħassar il-kliem “qabel ma tiġi stabbilita u attivata konnessjoni ta’ komunikazzjoni bejn il-verżjoni l-ġdida jew ir-rilaxx ta’ dak is-software u l-EUTL”; |
|
(20) |
l-Artikolu 77 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
fl-Artikolu 79(1) jitħassar il-kliem “u l-EUTL jew”; |
|
(22) |
l-Artikolu 80 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
fl-Artikolu 82, jitħassar il-kliem “u tal-EUTL”; |
|
(24) |
l-Annessi III, IV, VI, VII, VIII u XIII huma emendati f’konformità mal-Anness I; |
|
(25) |
it-test stabbilit fl-Anness II jiżdied bħala l-Anness XIV. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 tal-21 ta’ Diċembru 2004 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3).
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2021 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ”, COM(2021) 660 final.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS I
L-Annessi III, IV, VI, VII, VIII u XIII tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness III, it-Tabella III-I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness IV, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness VII, it-Tabella VII-I, il-kolonna F, l-intestatura “Jintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL?” hija sostitwita b’dan li ġej: “Jintwera fuq is-sit web pubbliku?”; |
|
(5) |
fl-Anness VIII, it-Tabella VIII-I, il-kolonna F, l-intestatura “Jintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL?” hija sostitwita b’dan li ġej: “Jintwera fuq is-sit web pubbliku?”; |
|
(6) |
l-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
“ANNESS XIV
Mudell għal talba għal data maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni skont l-Artikolu 80(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 (1)
|
Talba lil [speċifika jekk it-talba hijiex ippreżentata lill-amministratur ċentrali jew nazzjonali] tar-Reġistru tal-Unjoni skont l-Artikolu 80(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 |
||
|
1. |
Awtorità li tippreżenta t-talba: |
|
|
2. |
Data tat-talba: |
|
|
3. |
Finijiet għat-talba mil-lista eżawrjenti stabbilita fl-Artikolu 80(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 |
|
|
4. |
Deskrizzjoni tal-kuntest legali jew amministrattiv li fih se tintuża d-data: |
|
|
5. |
Deskrizzjoni preċiża tad-data mitluba, inkluż il-perjodu ta’ żmien li għalih qed tintalab id-data: |
|
|
6. |
Punt ta’ kuntatt għal kwalunkwe mistoqsija b’rabta mat-talba: |
|
|
Kif meħtieġ mill-Artikoli 80(4) u 80(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122, aħna nimpenjaw ruħna li nużaw l-informazzjoni kunfidenzjali li rċevejna skont din it-talba għall-iskop biss li għalih ġiet ipprovduta tali informazzjoni u li ma nagħmlux id-data riċevuta disponibbli deliberatament jew aċċidentalment lil persuni mhux involuti fl-iskop maħsub tal-użu tad-data. [Isem u firma] |
||
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3).