<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑527/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0527</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2278">EU:C:2014:2278</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT — KAWŻA C‑527/13</P><P>CACHALDORA FERNÁNDEZ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑527/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Lourdes Cachaldora Fernández</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 79/7/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tad-drittijiet dovuti abbażi ta’ pensjoni tal-invalidità permanenti</KEYWORD><KEYWORD>Integrazzjoni tal-perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata ma kkontribwixxietx għall-iskema ta’ sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjoni speċifika għal ħaddiema part-time</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni indiretta fir-rigward tan-nisa</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni oġġettiva</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna n-natura possibbilment diskriminatorja tal-modalitajiet ta’ kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità permanenti fir-rigward ta’ ħaddiema li, matul il-perjodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-iskema ta’ sigurtà soċjali, eżerċitaw attività part-time u, b’mod partikolari, fir-rigward tan-nisa.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Qorti superjuri ta’ Galizja, Spanja) titlob, għalhekk, lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-kompatibbiltà ta’ dawn il-modalitajiet fid-dawl tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali, jiġifieri, minn naħa, l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE>, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.</P></NOTE>, u, min-naħa l-oħra, il-Klawżola 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-kawża bejn, minn naħa, L. Cachaldora Fernández u, min-naħa l-oħra, l-Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (Istitut nazzjonali tas-sigurtà soċjali) u t-Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) (it-Teżor ġenerali tas-sigurtà soċjali) dwar id-determinazzjoni tal-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tagħha tal-invalidità permanenti totali.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Biex jikkalkolaw din il-pensjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti integraw il-perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata ma kkontribwixxietx għall-iskema ta’ sigurtà soċjali, billi sejsu ruħhom fuq bażijiet imnaqqsa ta’ kontribuzzjoni, peress li din tal-aħħar kienet wettqet attività part-time matul il-perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet. Fil-kawża preżenti,<?PAGE NO="2"?> il-persuna kkonċernata qegħda tikkontesta din il-metodoloġija, inkwantu din twassal sabiex tnaqqas l-ammont dovut fir-rigward tal-pensjoni tagħha tal-invalidità, u dan minkejja li hija wettqet attività full-time għal parti sostanzjali tal-karriera professjonali tagħha u għalhekk kkontribwixxiet għas-sistema ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet ser nesponi r-raġunijiet li għalihom din il-leġiżlazzjoni tintroduċi, fl-opinjoni tiegħi, diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tmur kontra l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7. Ser nispjega wkoll għaliex ir-raġuni invokata mill-awtoritajiet Spanjoli, imsejsa fuq in-natura kontributorja tal-iskema ta’ sigurtà soċjali u l-osservanza mandatorja tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma tistax, fl-opinjoni tiegħi, tiġġustifika din id-diskriminazzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 79/7</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 79/7, din id-direttiva tapplika għall-popolazzjoni li taħdem, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tieqaf għal xi żmien minħabba mard, inċident jew qgħad involontarju u persuni li qed ifittxu impjieg, kif ukoll għall-ħaddiema irtirati jew invalidi u persuni li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 79/7, hija tapplika, b’mod partikolari, għall-iskemi statutorji li jipprovdu protezzjoni kontra l-invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Il-prinċipju tat-trattament ugwali jfisser li m’għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess kemm direttament, jew indirettament speċjalment b’riferenza għall-istat maritali jew tal-familja f’dak li għandu x’jaqsam ma’:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-għan ta’ l-iskemi u l-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess għalihom,</P></ITEM><ITEM><P>l-obbligu li wieħed jikkontribwixxi u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet,</P></ITEM><ITEM><P>il-kalkolu tal-benefiċċji inklużi ż-żidiet rigward konjugi u dipendenti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tul u ż-żamma tal-benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 97/81</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/81 jispeċifika li l-iskop ta’ din id-direttiva huwa li timplimenta l-Ftehim qafas fuq ix-xogħol part-time konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE> bejn organizzazzjonijiet interprofessjonali ġenerali, jiġifieri l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Industrijali u ta’ min Iħaddem Ewropea (UNICE), Iċ-Ċentru Ewropew tal-Intrapriżi Pubbliċi (CEEP) u Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (CES), anness ma’ din id-direttiva (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim qafas li huma rilevanti għall-finijiet tal-kawża prinċipali huma s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Preambolu</P></TI></TITLE><P>[...]</P><P>Dan il-Ftehim għandu x’jaqsam ma’ kondizzjonijiet ta’ impjieg għal ħaddiema part-time waqt li jiġi rikonoxxut illi l-kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà soċjali jeħtieġu deċiżjoni mill-Istati Membri. Fil-kuntest tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni, il-partijiet għal dan il-Ftehim innutaw li d-Dikjarazzjoni ta’ l-Impjieg tal-Kunsill Ewropew ta’ Dublin ta’ Diċembru 1996, fejn il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> enfasizza l-bżonn li s-sistemi għal sigurtà soċjali isiru iktar favorevoli għall-impjieg billi jiżviluppa sistemi ta’ protezzjoni soċjali li jkunu kapaċi li jadattaw irwieħhom għal mudelli differenti ta’ xogħol u li jipprovdu protezzjoni lil persuni li jkunu jagħmlu dan ix-xogħol. Il-partijiet għal dan il-Ftehim jikkunsidraw li din id-Dikjarazzjoni għandha tingħata effett.</P><P>[...]</P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Klawżola 1</HT>: L-iskop</P></TI></TITLE><P>L-iskop ta’ dan il-Ftehim Qafas hu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jipprovdi għat-tneħħija tad-diskriminazzjoni kontra ħaddiema part-time u li jtejjeb il-kwalità ta’ xogħol part-time;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Klawżola 2</HT>: L-Iskop</P></TI></TITLE><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dal-Ftehim japplika għal ħaddiema part-time li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ mpjieg kif definiti mil-liġi, mill-ftehim kollettiv jew skond il-prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Klawżola 4:</HT> Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni</P></TI></TITLE><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol [ta’ impjieg], ħaddiema part-time m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema full-time ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu part-time kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Klawżola 5:</HT> Opportunitajiet għal xogħol part-time</P></TI></TITLE><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-Klawżola 1 ta’ dan il-Ftehim u tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni bejn ħaddiema part-time u full-time:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Istati Membri, wara konsultazzjonijiet ma’ l-imsieħba soċjali skond il-liġi nazzjonali jew prattika, għandhom jidentifikaw u jirrevedu ostakoli ta’ natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-oportunitajiet għal xogħol part-time u, meta approprjat, jeliminawhom;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></GR.SEQ></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Spanjola</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 140(1)(a) tal-Liġi ġenerali dwar is-sigurtà soċjali (ley general de la seguridad social)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Liġi approvata permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 1/94, tal-<DATE ISO="19940620">20 ta’ Ġunju 1994</DATE>, BOE Nru 154, tad-<DATE ISO="19940629">29 ta’ Ġunju 1994</DATE>, p. 20658, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>LGSS<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE> jispeċifika li l-bażi għall-kalkolu tal-pensjonijiet tal-invalidità permanenti li tirriżulta minn marda għajr mard ikkaġunat mix-xogħol, hija stabbilita permezz tad-diviżjoni b’112 tal-bażijiet tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna kkonċernata matul is-96 xahar immedjatament qabel dak tal-fatt ġenerattiv.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 140(4) ta’ din il-liġi jispeċifika l-modalitajiet ta’ implementazzjoni tal-mekkaniżmu korrettiv li jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità, il-perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata ma kinitx obbligata tikkontribwixxi għall-iskema ta’ sigurtà soċjali. Din id-dispożizzjoni hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Jekk, matul il-perijodu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-bażi, hemm xhur li matulhom ma kienx hemm l-obbligu li jitħallsu kontribuzzjonijiet, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ewwel tmienja u erbgħin ħlas mensili abbażi tal-inqas bażi ta’ kontribuzzjoni għolja applikabbli fil-mument partikolari, u l-bqija tal-ħlasijiet mensili abbażi ta’ 50 % ta’ din il-bażi minima [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Is-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-ħaddiema part-time.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>It-tielet regola tagħha tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-mekkaniżmu korrettiv li jippermetti li jiġu integrati, fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-pensjoni tal-invalidità, il-perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata ma kkontribwixxietx. Din tipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>b)</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjonijiet tal-irtirar u tal-invalidità permanenti li jirriżultaw minn mard mhux ikkaġunat mix-xogħol, il-perijodi li matulhom ma kien hemm l-ebda obbligu ta’ kontribuzzjoni għandhom jiġu integrati billi tintuża l-bażi minima ta’ kontribuzzjoni minn fost il-bażijiet applikabbli għal kull perijodu, korrispondenti għan-numru ta’ sigħat imwettqa fl-aħħar lok.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ġiet implementata fl-Artikolu 7(2) tad-Digriet Irjali Nru 1131/2002, tal-<DATE ISO="20021031">31 ta’ Ottubru 2002</DATE>, li jirregola s-sigurtà soċjali tal-ħaddiema part-time u l-irtirar parzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>BOE Nru 284, tas-<DATE ISO="20021127">27 ta’ Novembru 2002</DATE>, p. 41643.</P></NOTE>. Din tal-aħħar tistabbilixxi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjonijiet tal-irtirar u tal-invalidità permanenti li jirriżultaw minn mard mhux ikkaġunat mix-xogħol jew minn inċident mhux ikkaġunat mix-xogħol, il-perijodi li matulhom ma kien hemm l-ebda obbligu ta’ kontribuzzjoni għandhom jiġu integrati billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-bażi minima ta’ kontribuzzjoni minn fost dawk applikabbli għal kull perijodu, korrispondenti għan-numru ta’ sigħat imwettqa skont il-kuntratt fid-data meta dan l-obbligu ta’ kontribuzzjoni ġie interrott jew intemm.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li L. Cachaldora Fernández ikkontribwixxiet għall-iskema ta’ sigurtà soċjali Spanjola mill-<DATE ISO="19710915">15 ta’ Settembru 1971</DATE> sal-<DATE ISO="20100425">25 ta’ April 2010</DATE>, jiġifieri total ta’ <FT TYPE="NUMBER">5523</FT> jum li matulhom wettqet xogħol full-time, ħlief bejn l-<DATE ISO="19980901">1 ta’ Settembru 1998</DATE> u t-<DATE ISO="20020123">23 ta’ Jannar 2002</DATE>, meta din tal-aħħar kienet impjegata part-time. Mill-banda l-oħra, L. Cachaldora Fernández ma wettqet l-ebda attività professjonali bejn it- <DATE ISO="20020123">23 ta’ Jannar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20051130">30 ta’ Novembru 2005</DATE> u għalhekk ma ħallset l-ebda kontribuzzjoni lill-iskema ta’ sigurtà soċjali matul dan il-perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100421">21 ta’ April 2010</DATE>, L. Cachaldora Fernández talbet lill-INSS il-benefiċċju ta’ pensjoni tal-invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, ingħatatilha din il-pensjoni minħabba inkapaċità totali permanenti li twettaq ħidma abitwali. Il-persuna kkonċernata għalhekk kisbet pensjoni tal-invalidità permanenti li tammonta għal 55 % tal-ammont bażiku mensili, jiġifieri EUR 347.03.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont ta’ din il-pensjoni ġie kkalkolat abbażi tal-kontribuzzjonijiet li l-persuna kkonċernata ħallset matul it-tmien snin qabel id-data tal-fatt ġenerattiv, jiġifieri mix-xahar ta’ Marzu 2002 sax-xahar ta’ Frar 2010. Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li, matul il-perijodu mix-xahar ta’ Marzu 2002 sax-xahar ta’ Novembru 2005, l-awtoritajiet kompetenti għalhekk ħadu inkunsiderazzjoni l-bażijiet minimi tal-kontribuzzjonijiet imħallsa matul il-perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-ħlas tagħhom, li għalihom applikaw il-koeffiċjent relatat max-xogħol part-time.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L. Cachaldora Fernández ressqet ilment amministrattiv kontra din id-deċiżjoni fejn sostniet li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjoni tagħha, kellu jittieħed inkunsiderazzjoni, għall-perijodu bejn ix-xahar ta’ Marzu 2002 u x-xahar ta’ Novembru 2005, l-ammont sħiħ tal-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni għal kull sena u mhux l-ammont imnaqqas tagħhom li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent relatat max-xogħol part-time. Skont dan il-metodu ta’ kalkolu, l-ammont bażiku tal-pensjoni tagħha — li ma huwiex ikkontestat mill-INSS — jammonta għal EUR 763.76.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-INSS ċaħdet dan l-ilment għar-raġuni li l-metodu ta’ kalkolu propost ma huwiex konformi mal-Artikolu 7(2) tad-Digriet Irjali Nru 1131/2002. Għalhekk, Cachaldora Fernández ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2 de Ourense. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20101013">13 ta’ Ottubru 2010</DATE>, din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tagħha u kkonfermat id-deċiżjoni amministrattiva tal- INSS abbażi tat-test tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS kif ukoll tal-Artikolu 7(2) tad-Digriet Irjali Nru 1131/2002.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L. Cachaldora Fernández, għalhekk, appellat minn din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal Superior de Justicia de Galicia. Peress li għandha d-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni mad-dritt tal-Unjoni, hija ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT>Regola interna [bħall-punt (b) tat-tielet regola tal-paragrafu 1 tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS] li tikkonċerna fil-parti l-kbira tagħha kategorija femminili u li tgħid li l-kopertura tal-interruzzjonijiet tal-kontribuzzjoni fil-perijodu ta’ referenza ta’ pensjoni ta’ invalidità permanenti kontributtiva u posterjuri għal xogħol part-time hija kkalkulata skont bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa [skont il-]koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time ta’ dan l-impjieg li jippreċedi l-interruzzjoni tal-kontribuzzjoni, filwaqt li, kieku dan kien xogħol full-time ma kienx ikun hemm tnaqqis, hija kuntrarja għall-Artikolu 4 tad-Direttiva [79/7]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Regola interna [bħall-punt (b) tat-tielet regola tal-paragrafu 1 tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS] li tikkonċerna fil-parti l-kbira tagħha kategorija femminili u li tgħid li l-kopertura tal-interruzzjonijiet tal-kontribuzzjoni inklużi fil-perijodu ta’ referenza ta’ pensjoni ta’ invalidità permanenti kontributtiva u posterjuri għal xogħol part-time hija kkalkulata skont bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa [skont il-]koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time ta’ dan l-impjieg li jippreċedi l-interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni, filwaqt li, kieku dan kien xogħol full-time ma kienx ikun hemm tnaqqis, hija kuntrarja għall-Klawżola 5(1)(a) tad-Direttiva [97/81]?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-partijiet fil-kawża prinċipali kif ukoll mill-Gvern Spanjol u mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-kompatibbiltà tal-punt (b) tat-tielet regola tal-paragrafu 1 tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS, minn naħa, fid-dawl tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7, li jagħti lok għall-ewwel domanda preliminari, u min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-Klawżola 5(1)(a) tad-Direttiva 97/81, li hija s-suġġett tat-tieni domanda preliminari tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Qed nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi biss għall-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ domandi.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħall-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-kawża, inqis li sitwazzjoni bħalma hija dik inkwistjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 97/81.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-Klawżola 1(a) tal-Ftehim qafas anness ma’ din id-direttiva, dan tal-aħħar għandu bħala għan, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>li jipprovdi għat-tneħħija tad-diskriminazzjoni kontra ħaddiema part-time u li jtejjeb il-kwalità ta’ xogħol part-time<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Il-Klawżola 4(1) tiegħu tfittex għalhekk li tiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ ħaddiema part-time, il-qafas ta’ dan il-ftehim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara t-tielet paragrafu tal-preambolu tal-Anness tad-Direttiva 97/81.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas tistieden lill-Istati Membri jidentifikaw u jirrevedu ostakoli ta’ natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet għal xogħol part-time u, jekk ikun il-każ, jeliminawhom. Kif jispeċifika espressament il-leġiżlatur tal-Unjoni, din il-klawżola tidħol <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[f]il-kuntest tal-Klawżola 1 [tal-Ftehim qafas] u tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni bejn ħaddiema part-time u full-time<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> previst fil-Klawżola 4(1) ta’ dan il-ftehim. Kif għadni kif sħaqt, il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas tirrigwarda speċifikament il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kondizzjonijiet tax-xogħol [ta’ impjieg]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi l-mekkaniżmu korrettiv applikabbli għall-kalkolu tal-drittijiet ta’ pensjoni tal-invalidità permanenti, ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kondizzjoni tax-xogħol [ta’ impjieg]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens ta’ din il-klawżola.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fis-sentenza Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑395/08 u C‑396/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>jiffurmaw parti mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> skont il-klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas dawk il-pensjonijiet li jiddependu fuq relazzjoni ta’ impjieg bejn il-ħaddiem u min jimpjegah, bl-esklużjoni tal-pensjonijiet legali ta’ sigurtà soċjali, li jkunu iktar jiddependu fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura soċjali milli fuq tali relazzjoni ta’ impjieg<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll is-sentenza Elbal Moreno (C‑385/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</P></NOTE>. Issa l-pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija intiża li tkopri riskju ddeterminat, jiġifieri l-invalidità, taqa’ taħt l-iskema legali ta’ protezzjoni Spanjola.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wieħed ma jridx jinsa li, skont it-tielet paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim qafas, il-partijiet intrabtu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>l-kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà soċjali jeħtieġu deċiżjoni mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Il-partijiet riedu jeskludu, għalhekk, mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim qafas, kwistjonijiet bħal dawk relatati mal-kalkolu tad-drittijiet dovuti abbażi ta’ pensjoni tal-invalidità permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, inqis għalhekk li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 97/81 u li għalhekk ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda preliminari.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tali pensjoni taqa’ taħt id-Direttiva 79/7, inkwantu tidħol fil-qafas ta’ skema legali ta’ protezzjoni kontra wieħed mir-riskji elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-invalidità, u hija direttament u effettivament marbuta mal-protezzjoni kontra dan ir-riskju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza Elbal Moreno (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Huwa meħtieġ għalhekk li tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-punt (b) tat-tielet regola tal-paragrafu 1 tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS fid-dawl ta’ dan it-test.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ewwel domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkwantu din tal-aħħar, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħaddiema li wettqu attività part-time matul il-perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali, twassal biex tnaqqas l-ammont tad-drittijiet dovuti abbażi ta’ pensjoni tal-invalidità permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li din il-leġiżlazzjoni twassal sabiex tintroduċi distinzjoni mhux ġustifikata fl-ammont tad-drittijiet dovuti bejn il-kategorija ta’ ħaddiema part-time, komposta fil-maġġoranza tagħha minn nisa, u dik ta’ ħaddiema full-time.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ, fl-ewwel lok, li jiġi eżaminat jekk il-metodoloġija stabbilita permezz tad-dispożizzjoni inkwistjoni tistax effettivament twassal sabiex tpoġġi fi żvantaġġ, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kategorija ta’ ħaddiema part-time.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-eżistenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ żvantaġġ għad-detriment ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ħaddiema part-time</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tal-LGSS, li jistabbilixxi regola applikabbli għal kategorija ġenerali ta’ ħaddiema, l-ammont tal-pensjoni tal-invalidità permanenti jiġi kkalkolat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-bażijiet ta’ kontribuzzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Skont l-Artikolu 109(1) tal-LGSS, il-bażi ta’ kontribuzzjoni għar-riskji kollha u għas-sitwazzjonijiet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-iskema ġenerali hija kkostitwita minn remunerazzjoni totali, indipendentement mill-forma u mid-denominazzjoni tagħha, li l-ħaddiem għandu dritt jirċievi jew darba fix-xahar jew permezz ta’ dak li effettivament jirċievi, jekk hija ogħla, fir-rigward tax-xogħol li jwettaq bħala impjegat.</P></NOTE> li jkunu tħallsu matul it-tmien snin qabel ma seħħ il-fatt ġenerattiv (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>perijodu ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Meta, matul dan il-perijodu ta’ referenza, ikun hemm xhur li matulhom il-persuna kkonċernata ma tkunx kkontribwixxiet għall-iskema ta’ sigurtà soċjali, il-leġiżlatur stabbilixxa, fl-Artikolu 140(4) tal-LGSS, mekkaniżmu korrettiv li jippermetti li jiġu integrati dawn il-perijodi fil-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tal-invalidità. L-awtoritajiet kompetenti għalhekk jieħdu inkunsiderazzjoni bażijiet ta’ kontribuzzjonijiet imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>fittizji<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Għall-kategorija ta’ ħaddiema full-time, dawn il-bażijiet jikkorrispondu għall-bażi ta’ kontribuzzjoni l-inqas għolja, applikabbli fuq l-ewwel erba’ snin u, għal dak li għandu x’jaqsam mal-aħħar erbgħa, 50 % ta’ din il-bażi minima.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal ħaddiema part-time.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-leġiżlatur introduċa mekkaniżmu korrettiv li huwa distint u speċifiku għal din il-kategorija ta’ ħaddiema, fil-qafas tal-punt (b) tat-tielet regola tal-paragrafu 1 tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS, li l-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi evalwat hawnhekk. Infakkar li din id-dispożizzjoni ġiet implementata permezz tal-Artikolu 7(2) tad-Digriet Irjali Nru 1131/2002.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Skont dawn id-dispożizzjonijiet, jekk jeżistu, matul il-perijodu ta’ referenza, perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata ma kinitx marbuta tikkontribwixxi, l-awtoritajiet kompetenti jintegraw dawn il-perijodi billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-bażi ta’ kontribuzzjoni l-inqas għolja, korrispondenti għan-numru ta’ sigħat kuntrattwalment previsti fid-data li fiha l-obbligu ta’ kontribuzzjoni ġie interrott jew intemm.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ‘il fuq, tiddependi, għalhekk, min-natura tal-aħħar kuntratt qabel l-interruzzjoni tal-kontribuzzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, kif tirrileva l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, il-perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata ma kkontribwixxietx jiġu meqjusa u integrati bl-istess mod bħall-perijodu immedjatament qabel il-waqfien tal-attività professjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, meta l-persuna kkonċernata tkun waqqfet l-attività professjonali tagħha immedjatament wara perijodu ta’ attività full-time, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni l-bażi ta’ kontribuzzjoni applikabbli għall-perijodi ta’ xogħol full-time.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta l-persuna kkonċernata tkun ħadmet part-time matul il-perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet, l-integrazzjoni tal-perijodi li matulhom din tal-aħħar ma kkontribwixxietx tiġi kkalkolata skont bażi ta’ kontribuzzjoni mnaqqsa. Fil-fatt, sakemm il-ħaddiem part-time jirċievi ammont ta’ salarju iktar baxx minħabba tnaqqis fil-ħin tax-xogħol tiegħu, il-kontribuzzjonijiet, li jikkostitwixxi perċentwali tas-salarju, jitnaqqsu wkoll.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn dan tirriżulta differenza fl-ammont tad-drittijiet għal pensjoni tal-invalidità bejn il-ħaddiema li wettqu attività part-time matul il-perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-kontribuzzjonijiet u dawk li wettqu attività full-time u li għalihom l-integrazzjoni ta’ dawn il-perijodi tiġi kkalkolata skont bażi ta’ kontribuzzjoni sħiħa.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalhekk, għal dak li għandu x’jaqsam mal-integrazzjoni tal-perijodi li matulhom il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ L. Fernández ġie interrott, jiġifieri bejn ix-xahar ta’ Marzu 2002 u x-xahar ta’ Novembru 2005, l-awtoritajiet kompetenti rreferew għal bażijiet ta’ kontribuzzjoni mnaqqsa, affettwati mill-koeffiċjent relatat ma’ impjieg part-time<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li peress li dan il-koeffiċjent huwa ta’ 125, il-bażijiet ta’ kontribuzzjoni ġew immultiplikati b’0.125, li jammonta għad-diviżjoni tagħhom bi 8.</P></NOTE>, inkwantu l-persuna kkonċernata kellha xogħol part-time fid-data li fiha l-obbligu ta’ kontribuzzjoni ġie interrott.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni wasslet sabiex il-perijodu li matulu l-persuna kkonċernata interrompiet il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħha jiġi integrat fil-kalkolu tal-pensjoni tagħha tal-invalidità skont bażijiet ta’ kontribuzzjoni mnaqqsa b’waħda fi tmienja, minkejja li, għall-parti l-kbira mill-karriera professjonali tagħha, din tal-aħħar wettqet attività full-time u kkontribwixxiet għalhekk għall-iskema ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan il-metodu ta’ kalkolu wassal, effettivament, sabiex inaqqas l-ammont tad-drittijiet dovuti abbażi tal-pensjoni tal-invalidità tal-persuna kkonċernata b’mod sproporzjonat, meta wieħed iqis il-kontribuzzjonijiet imħallsa minn din tal-aħħar matul il-karriera professjonali tagħha u kkostitwixxa żvantaġġ fir-rigward ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Kif sostniet fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u waqt is-seduta, il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-analiżi.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Din tal-aħħar issostni li, f’ħafna każijiet, il-metodoloġija stabbilita permezz tad-dispożizzjoni inkwistjoni tista’ twassal biex tkun favorevoli ħafna għall-ħaddiema part-time, meta l-aħħar kuntratt ta’ qabel il-perijodu ta’ inattività professjonali huwa kuntratt full-time.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssejjes l-analiżi tagħha fuq l-eżempju ta’ mara li, matul il-perijodu ta’ referenza, tkun ħadmet għal erba’ snin fuq bażi part-time, imbagħad full-time għal sitt xhur, imbagħad tkun waqqfet l-attività professjonali tagħha għal tliet snin, u fl-aħħar nett, tkun reġgħat bdiet taħdem full-time għal sitt xhur. Matul dawn it-tmien snin, din il-persuna tkun għalhekk ħadmet part-time għal erba’ snin u sena full-time. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tisħaq li l-perijodu ta’ inattività professjonali jiġi ekwiparat mas-sitwazzjoni fejn il-persuna kkonċernata ħadmet full-time, bl-awtoritajiet kompetenti jqisu, għalhekk, erba’ snin abbażi ta’ kontribuzzjoni full-time, filwaqt li l-persuna kkonċernata tkunx ħadmet biss għal sena taħt dan it-tip ta’ kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Ma naqbilx mal-opinjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ġie stabbilit, fil-punti 42 u 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni tiddependi min-natura tal-aħħar kuntratt qabel l-interruzzjoni tal-kontribuzzjonijiet. Fl-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni stess indikat li l-perijodi ta’ inattività professjonali jiġu ekwiparati mal-perijodu immedjatament qabel, daqslikieku dawn kienu l-kuntest ta’ benefiċċji ekwivalenti. Konsegwentement, jidhirli li f’sitwazzjoni bħal dik prevista mill-Kummissjoni, fejn il-persuna kkonċernata wettqet attività full-time matul il-perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet, huma biss ir-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 140(1) u (4) tal-LGSS li huma applikabbli, bl-esklużjoni tar-regoli speċjali previsti fid-dispożizzjoni inkwistjoni. Għaldaqstant, naħseb li huwa diffiċli li jiġi sostnut li din tal-aħħar tista’ tirriżulta li hija favorevoli ħafna, inkwantu ma hijiex applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju tal-analiżi tiegħi, jiena tal-opinjoni, għalhekk, li l-metodu ta’ kalkolu stabbilit fil-punt (b) tat-tielet regola tal-paragrafu 1 tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS iwassal sabiex tiżvantaġġa lil dawk il-ħaddiema li wettqu attività part-time matul il-perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-iskema ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li issa tinħtieġ risposta hija dik li jiġi stabbilit jekk dan il-metodu ta’ kalkolu jwassalx ukoll sabiex jintroduċi diskriminazzjoni għad-detriment tan-nisa, bi ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar in-natura diskriminatorja tad-dispożizzjoni inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Nikkonstata li d-dispożizzjoni inkwistjoni tapplika mingħajr distinzjoni għall-ħaddiema rġiel u għall-ħaddiema nisa, b’mod li ma tistabbilixxi l-ebda diskriminazzjoni bbażata direttament fuq is-sess.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Jidher madankollu li tintroduċi diskriminazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, inkwantu, fid-dawl tad-data statistika li tikkaratterizza s-sitwazzjoni tal-ħaddiema fi Spanja, tista’ twassal sabiex tiżvantaġġa, fil-fatt, lil numru ħafna ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza Elbal Moreno (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Preliminarjament, nispeċifika immedjatament li din il-konklużjoni ma timpinġix fuq is-setgħa diskrezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi unikament lill-qorti nazzjonali. Jirriżulta, fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita, li huwa unikament il-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni indiretta u li teżamina jekk id-data statistika li fuqha tasal biex tibbaża ruħha hijiex biżżejjed għas-soluzzjoni tal-kawża u hijiex valida<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza Seymour-Smith u Perez (C‑167/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:60">EU:C:1999:60</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Dan jippresupponi, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, li din l-informazzjoni tkun tikkonċerna numru suffiċjenti ta’ individwi u tidher, b’mod ġenerali, sinjifikattiva u ma tirriżultax minn fenomeni purament aċċidentali jew okkażjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-qorti tar-rinviju tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq id-data statistika stabbilita mill-Instituto Nacional de Estadistica (Istitut nazzjonali tal-istatistika). Skont din id-data, iktar minn 80 % tal-kategorija ta’ ħaddiema part-time kienet komposta min-nisa, fiż-żmien tal-fatt ġenerattiv inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Jekk is-sena 2013 tidher li hija kkaratterizzata minn dħul sostanzjali ta’ ħaddiema rġiel f’din il-kategorija, din l-istatistika turi li l-perċentwali ta’ ħaddiema nisa li jaqgħu f’din il-kategorija baqa’ madankollu 73 %.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Din id-data tindika li hemm perċentwali kunsiderevolment iktar sinjifikattiva ta’ ħaddiema nisa milli ta’ ħaddiema rġiel li jistgħu jintlaqtu mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni. Din tindika, barra minn hekk, l-eżistenza ta’ fenomenu persistenti u kostanti fuq tliet snin, li ma jistax, fl-opinjoni tiegħi, jiġi kkwalifikat bħala wieħed aċċidentali jew sempliċement okkażjonali, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, jekk id-data statistika tas-sena 2013 turi li hemm tnaqqis fil-qasma bejn il-ħaddiema rġiel u l-ħaddiema nisa li jikkomponu l-kategorija tal-ħaddiema part-time, jibqa’ l-fatt li din il-qasma bejn ir-rappreżentanza tan-nisa u tal-irġiel tibqa’, ċertament, kbira ħafna. Barra minn hekk, u kif jirriżulta mid-diskussjonijiet waqt is-seduta, huwa possibbli ferm li fid-data meta seħħ il-fatt ġenerattiv, li fiha Spanja ma kinitx għaddejja mill-kriżi ekonomika li għaddejja minnha bħalissa, il-proporzjon tal-irġiel li jaħdmu part-time kienet ħafna iktar baxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Din id-data tikkostitwixxi, fl-opinjoni tiegħi, indizju affidabbli u sinjifikattiv li jippermetti li tiġġustifika l-konklużjoni — li madankollu tista’ biss tiġi stabbilita mill-qorti tar-rinviju — li hemm perċentwali kunsiderevolment iktar sinjifikattiva ta’ ħaddiema nisa milli ta’ ħaddiema rġiel li tista’ effettivament tiġi żvantaġġata permezz tal-implementazzjoni tal-mekkaniżmu korrettiv inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol ma jikkondividix din l-opinjoni u jikkontesta l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni indiretta billi jirreferi għad-data f’ċifri kkomunikata mill-INSS<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Mill-osservazzjonijiet orali espressi waqt is-seduta mill-INSS jirriżulta li d-data dwar il-perijodu li matulu seħħ il-fatt ġenerattiv ma hijiex disponibbli.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Din id-data tindika li l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu korrettiv inkwistjoni jikkonċerna, fir-realtà, numru kemxejn ogħla ta’ rġiel milli ta’ nisa. B’hekk, fl-2010, <FT TYPE="NUMBER">5657</FT> raġel intlaqtu mill-implementazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu filwaqt li n-numru ta’ nisa li kien is-suġġett tiegħu kien ta’ <FT TYPE="NUMBER">5237</FT>; fl-2011, iċ-ċifri kienu ta’ <FT TYPE="NUMBER">5566</FT> raġel u <FT TYPE="NUMBER">5129</FT> mara; fl-2012, <FT TYPE="NUMBER">5568</FT> raġel u <FT TYPE="NUMBER">4830</FT> mara u, fl-aħħar nett, fl-2013, <FT TYPE="NUMBER">5935</FT> raġel u <FT TYPE="NUMBER">5066</FT> mara.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>M’iniex tal-opinjoni li din id-data tista’ tqiegħed fid-dubju l-istatistika li fuqha jibbażaw ruħhom il-qorti tar-rinviju u l-konklużjonijiet li qed nipproponi li nislet.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li ma huwiex biżżejjed li jitqies biss in-numru ta’ ħaddiema rġiel u nisa milquta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza Seymour-Smith u Perez (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:60">EU:C:1999:60</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59).</P></NOTE>. Il-kwistjoni hija waħda ta’ data relattiva, li tiddependi min-numru ta’ ħaddiema attivi fl-Istat Membru u ma tippermettix li jiġu evalwati l-proporzjonijiet rispettivi ta’ rġiel u nisa li jikkomponu l-kategorija ta’ ħaddiema part-time.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalhekk u minkejja d-data kkomunikata mill-Gvern Spanjol fl-osservazzjonijiet tiegħu, nippersisti fil-fehma tiegħi li d-dispożizzjoni inkwistjoni tista’ tiżvantaġġa lil numru ħafna iktar għoli ta’ nisa milli ta’ rġiel, u għalhekk tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta li tmur kontra l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni issa hija dik li jiġi stabbilit jekk il-motivi invokati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħux jiġġustifikaw din id-diskriminazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-eżistenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ġustifikazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ għal dak li għandu x’jaqsam mal-għażla tal-miżuri li jistgħu jwettqu l-għanijiet tal-politika soċjali u tal-impjieg tagħhom. Għaldaqstant, meta dawn tal-aħħar jadottaw leġiżlazzjoni li hija preżunta bħala waħda diskriminatorja, huma marbuta juru li din tal-aħħar tista’ tiġi ġġustifikata minn fatturi oġġettivi u li ma huma relatati mal-ebda tip ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Elbal Moreno (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32) u Brachner (C‑123/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:675">EU:C:2011:675</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 70 sa 74 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Dawn tal-aħħar għalhekk għandhom jistabbilixxu li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tissodisfa għan leġittimu tal-politika soċjali tagħhom. Għandhom juru, barra minn hekk, li l-mezzi magħżula għal dan il-għan huma xierqa biex jiggarantixxu t-twettiq ta’ dan il-għan u li huma implementati b’mod koerenti u sistematiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Is-sentenza Brachner (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:675">EU:C:2011:675</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-Gvern Spanjol isostni li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija intiża sabiex tiggarantixxi, skont l-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni Spanjola, skema pubblika ta’ pensjonijiet ġusta, ekwilibrata u solidali, filwaqt li jiġu żgurati l-vijabbiltà u l-ekwilibriju finanzjarju tal-iskema ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Kif kienet diġà sostniet l-INSS quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Gvern Spanjol jibbaża ruħu fuq in-natura kontributorja tal-iskema u fuq il-ħtieġa tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Għalhekk, il-protezzjoni li toffri din l-iskema ma tista’ qatt teċċedi l-kontribuzzjoni mħallsa qabel lil din tal-aħħar, peress li l-persuni kkonċernati jirċievu pensjoni li għandha tkun proporzjonata għall-kontribuzzjoni tagħhom lill-iskema. Huwa għalhekk b’applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju li teżisti differenza ġġustifikata bejn l-ammont tal-benefiċċji mogħtija lil ħaddiem full-time u dawk mogħtija lil ħaddiem li jwettaq attività part-time.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Huwa wkoll skont dan il-prinċipju li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jintegraw il-perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata interrompiet il-ħlas ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet immedjatament wara li waqfet taħdem part-time. B’hekk, il-Gvern Spanjol iqis li, mill-mument meta l-persuna kkonċernata tħallas kontribuzzjoni li hija proporzjonata għall-ħin maħdum u li tikkorrispondi għal perijodu ta’ attività part-time, l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu korrettiv, il-kontribuzzjoni li din tal-aħħar kienet tkun ħallset li kieku l-obbligu tal-kontribuzzjoni ma ġiex interrott.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Inqis, għall-istess raġunijiet invokati mill-qorti tar-rinviju, li dawn il-motivi ma jippermettux li tiġi ġġustifikata d-diskriminazzjoni indiretta, li minnha ġiet milquta l-persuna kkonċernata.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li L. Cachaldora Fernández ikkontribwixxiet għall-iskema ta’ sigurtà soċjali mill-<DATE ISO="19710915">15 ta’ Settembru 1971</DATE> sal-<DATE ISO="20100425">25 ta’ April 2010</DATE>, jiġifieri total ta’ <FT TYPE="NUMBER">5523</FT> jum li matulhom eżerċitat professjoni fuq bażi full-time, ħlief għall-perijodi segwenti: mill-<DATE ISO="19980901">1 ta’ Settembru 1998</DATE> sat-<DATE ISO="19990228">28 ta’ Frar 1999</DATE>, imbagħad mill-<DATE ISO="19990301">1 ta’ Marzu 1999</DATE> sat-<DATE ISO="20010323">23 ta’ Marzu 2001</DATE>, u, fl-aħħar nett, mill-<DATE ISO="20010324">24 ta’ Marzu 2001</DATE> sat-<DATE ISO="20020123">23 ta’ Jannar 2002</DATE>. Kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, L. Cachaldora Fernández ħadmet part-time għal tliet snin u għaxar xhur, perijodu li jirrappreżenta parti minima mill-karriera professjonali tagħha li hija wettqet għal madwar 39 sena.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni inkwistjoni twassal sabiex il-perijodu li matulu din tal-aħħar interrompiet il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħha lill-iskema ta’ sigurtà soċjali jiġi integrat fil-kalkolu tal-pensjoni tagħha tal-invalidità, skont il-bażijiet ta’ kontribuzzjoni mnaqqsa b’waħda fi tmienja, u dan minkejja li hija wettqet attività full-time għal parti sostanzjali tal-karriera professjonali tagħha u kkontribwixxiet, għalhekk, għall-iskema ta’ sigurtà soċjali bħala ħaddiema full-time.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għalkemm, fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-Gvern Spanjol isostni li din il-metodoloġija tippermetti r-rabta diretta bejn l-ammont tal-pensjoni u l-isforz ta’ kontribuzzjoni magħmul mill-ħaddiem, il-ħsieb tiegħi, min-naħa l-oħra, huwa li din il-metodoloġija twassal sabiex il-pensjoni tal-invalidità permanenti tiġi kkalkolata abbażi tal-kontribuzzjonijiet imħallsa f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>mument T<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-karriera tal-persuna kkonċernata, li mhux bilfors jirrappreżenta l-isforz ta’ kontribuzzjoni ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Konsegwentement, jidhirli li din il-metodoloġija twassal, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex tnaqqas l-ammont tad-drittijiet dovuti abbażi ta’ pensjoni tal-invalidità permanenti, b’mod sproporzjonat meta wieħed iqis il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna kkonċernata matul il-karriera professjonali tagħha kollha u għalhekk ma tistax tiġi ġġustifikata abbażi ta’ fattur oġġettiv li jirriżulta min-natura kontributorja tal-iskema ta’ sigurtà soċjali u mill-ħtieġa tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, jiena tal-opinjoni, għalhekk, li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkwantu din tal-aħħar, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħaddiema li wettqu attività part-time għal perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, twassal biex tnaqqas l-ammont tad-drittijiet dovuti abbażi ta’ pensjoni tal-invalidità permanenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej lit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia:</TXT><P>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE>, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkwantu din tal-aħħar, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħaddiema li wettqu attività part-time għal perijodu immedjatament qabel l-interruzzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, twassal biex tnaqqas l-ammont tad-drittijiet dovuti abbażi ta’ pensjoni tal-invalidità permanenti.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>