<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑598/14 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0598</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:265">EU:C:2017:265</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>mancjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20170405">5.4.2017</DATE> – KAWŻA C-598/14 P</P><P>EUIPO vs SZAJNER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(4)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 65(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark verbali LAGUIOLE</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq dritt preċedenti, akkwistat bis-saħħa tad-dritt nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO</KEYWORD><KEYWORD>Rwol tal-qorti tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑598/14 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit‑<DATE ISO="20141222">22 ta’ Diċembru 2014</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn A. Folliard-Monguiral, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Gilbert Szajner</HT>, residenti f’Saint-Maur-des-Fossés (Franza), irrappreżentat minn A. Sam-Simenot, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Forge de Laguiole SARL</HT>, stabbilita f’Laguiole (Franza), irrappreżentata minn F. Fajgenbaum, avukat,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal (Relatur), A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20161201">1 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑<DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, Szajner vs UASI – Forge de Laguiole (LAGUIOLE) (T‑453/11, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:901">EU:T:2014:901</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha dik il-qorti annullat parzjalment id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal‑<DATE ISO="20110601">1 ta’ Ġunju 2011</DATE> (Każ R 181/2007‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Forge de Laguiole SARL u Gilbert Szajner (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal‑<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), ġie kkodifikat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>). Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8, 52 u 63 tar-Regolament Nru 40/94 ġew inkorporati, mingħajr bidla sostanzjali, fl-Artikoli 8, 53 u 65 tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[M]al-oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark mhux reġistrata jew ta’ xi sinjal ieħor użat fil-kors tal-kummerċ ta’ aktar minn sempliċement ta’ sinifikanza lokali, it-trade mark li tkun saret applikazzjoni dwarha m’għandiex tkun reġistrata meta u sal-limitu li, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-[Unjoni] jew tal-liġi tal-Istat Membru li jirregola dak is-sinjal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-drittijiet għal dak is-sinjal kienu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], jew id-data tal-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark [tal-Unjoni Ewropea];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>dak is-sinjal jagħti lill-proprjetarju d-dritt li jiprojbixxi l-użu ta’ trade mark suċċessiv.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Trade mark [tal-Unjoni Ewropea] għandha tiġi ddikjarata bħala invalida wara applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>meta jkun hemm dritt preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu jkunu sodisfatti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 65(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="065.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jistgħu jinfetħu kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell dwar appelli.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="065.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kawża tista’ tinfetaħ fuq raġunijiet ta’ nuqqas ta’ kompetenza, vjolazzjoni ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, vjolazzjoni tat-Trattat, ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kull regola tal-liġi li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħhom jew abbuż ta’ poter.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ implementazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regola 37(b)(iii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat‑<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Applikazzjoni lill-Uffiċċju għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità […] għandu jkun fiha:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>f’dak li għandu x’jaqsam mar-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni.</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ applikazzjoni skond Artikolu [53] tar-Regolament [Nru 207/2009], dettalji tal-jedd li fuqu hija bbażata l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u dettalji li juru li l-applikant huwa l-proprjetarju ta’ jedd preċedenti kif imsemmi f’Artikolu [53] tar-Regolament [Nru 207/2009] jew li huwa intitolat taħt il-liġi nazzjonali applikabbli li jagħmel pretensjoni għal dak il-jedd<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 711‑4 tal-Code de la propriété intellectuelle (kodiċi tal-proprjetà intellettwali Franċiż) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>KPI<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Sinjal ma jistax jiġi rreġistrat bħala trade mark jekk ikun ta’ preġudizzju għal drittijiet preċedenti, u b’mod partikolari</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għal isem kummerċjali, jekk teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 714‑3 tal-KPI jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Hija ddikjarata invalida b’deċiżjoni ġudizzjarja r-reġistrazzjoni ta’ trade mark li ma hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli L. 711‑1 sa L. 711‑4.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Huwa biss il-proprjetarju ta’ dritt preċedenti li jista’ jagħmel talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi tal-Artikolu L. 711-4. Madankollu, l-azzjoni tiegħu ma tkunx ammissibbli jekk it-trade mark tkun ġiet ippreżentata <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> jekk huwa jkun ittollera l-użu għal ħames snin.</ALINEA><ALINEA>Id-deċiżjoni għal annullament għandha effett assolut.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qassret il-fatti li wasslu għall-kawża kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“1.</NO.P><TXT>[…] [G.] Szajner, huwa proprjetarju tat-trade mark […] verbali [tal-Unjoni Ewropea] LAGUIOLE, li għaliha saret applikazzjoni fl‑<DATE ISO="20011120">20 ta’ Novembru 2001</DATE> u li ġiet irreġistrata fis‑<DATE ISO="20050117">17 ta’ Jannar 2005</DATE> mill-[EUIPO], skont ir-Regolament [Nru 40/94, ikkodifikat bir-Regolament Nru 207/2009].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi li għalihom it-trade mark LAGUIOLE hija rreġistrata jaqgħu b’mod partikolari […] fil-klassijiet 8, 14, 16, 18, 20, 21, 28, 34 u 38 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal‑<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif irrivedut u emendat […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050722">22 ta’ Lulju 2005</DATE> […], Forge de Laguiole SARL, ippreżentat talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tat-trade mark LAGUIOLE, skont l-Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40//94, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) ta’ dan l-istess regolament [li saru l-Artikolu 53(1)(c) u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienet ibbażata fuq l-isem kummerċjali Forge de Laguiole, użat [minn din il-kumpannija] għall-attivitajiet ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>fabbrikazzjoni u bejgħ ta’ kull tip ta’ artikolu ta’ skieken, oġġetti maqtugħa biċ-ċiżell, artikoli għar-rigali u suveniers – kollha kemm huma artikoli marbuta mal-ospitalità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>. Skont [Forge de Laguiole SARL], dan l-isem kummerċjali, li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali, kien jagħtiha d-dritt, skont id-dritt Franċiż, li tipprojbixxi l-użu ta’ trade mark iktar reċenti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali kienet intiża kontra l-prodotti u servizzi kollha msemmija fil-punt 2 iktar ’il fuq.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas ‑<DATE ISO="20061127">27 ta’ Novembru 2006</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni [tal-EUIPO] ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, [Forge de Laguiole SARL] ppreżentat rikors quddiem l-[EUIPO], skont l-Artikoli 57 sa 62 tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009), kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>[Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża], l-Ewwel Bord tal-Appell [tal-EUIPO] laqa’ parzjalment l-appell u ddikjara t-trade mark LAGUIOLE bħala invalida għall-prodotti fil-klassijiet 8, 14, 16, 18, 20, 21, 28 u 34. Dan ċaħad l-appell f’dak li jikkonċerna s-servizzi fil-klassi 38.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li, skont il-ġurisprudenza Franċiża, isem kummerċjali kien bħala prinċipju protett għall-attivitajiet kollha koperti mill-għanijiet ta’ kumpannija tiegħu, fejn il-protezzjoni kienet madankollu limitata għall-attivitajiet effettivament u konkretament eżerċitati meta l-għanijiet ta’ kumpannija kienu impreċiżi jew l-attivitajiet eżerċitati ma kinux koperti minnhom. Issa, f’dan il-każ, l-għanijiet [ta’ Forge de Laguiole SARL] huma biżżejjed preċiżi f’dak li jikkonċerna l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>fabbrikazzjoni u bejgħ ta’ kull tip ta’ artikolu ta’ skieken, oġġetti maqtugħa biċ-ċiżell<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>. Il-Bord tal-Appell żied li, anki jekk jiġi aċċettat li l-formulazzjoni tal-għanijiet <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>fabbrikazzjoni u bejgħ ta’ kull tip ta’ artikoli għar-rigali u suveniers — kollha kemm huma artikoli marbuta mal-ospitalità<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> hija impreċiża, l-isem kummerċjali tar-rikorrenti kien jistħoqqlu l-protezzjoni, tal-inqas fis-setturi fejn hija kienet effettivament eżerċitat l-attivitajiet tagħha qabel il-preżentata tat-trade mark LAGUIOLE.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li [Forge de Laguiole SARL] kienet uriet li eżerċitat attività kummerċjali, sa mill-preżentata tat-trade mark LAGUIOLE, għall-kummerċ ta’ prodotti fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ospitalità<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, tat-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tiżjin tad-dar<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, tad-dinja tal-inbid, tal-oġġetti maqgtugħa biċ-ċiżell, oġġetti relatati mat-tipjip, mal-persuni li jingħabu l-golf, tal-kaċċaturi u għad-divertiment, kif ukoll aċċessorji oħra. Min-naħa l-oħra, [Forge de Laguiole SARL] ma urietx li teżerċita attività kummerċjali f’dak li jikkonċerna l-prodotti ta’ lussu u l-artikoli għall-ivjaġġar, barra minn hekk mhux imsemmija mill-għanijiet ta’ kumpannija tagħha. Fl-aħħar nett, dan ikkunsidra li, bl-eċċezzjoni tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni fil-klassi 38, il-prodotti kollha indikati minn din it-trade mark daħlu fuq is-setturi ta’ attività [ta’ Forge de Laguiole SARL] jew kienu jinsabu f’setturi ta’ attività konnessi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]”</P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20110808">8 ta’ Awwissu 2011</DATE>, G. Szajner ippreżenta rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, billi invoka motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali laqgħet dan il-motiv uniku u annullat id-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn il-Bord tal-Appell tal-EUIPO kien ikkonstata l-eżistenza ta’ possibbiltà ta’ konfużjoni bejn l-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Forge de Laguiole<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u t-trade mark LAGUIOLE għall-prodotti differenti minn dawk marbuta mal-attivitajiet effettivament eżerċitati taħt l-imsemmi isem kummerċjali fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata. Hija ċaħdet il-kumplament tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punti 23 sa 25 tas-sentenza appellata, li l-invokazzjoni, minn G. Szajner, tas-sentenza tal-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni, Franza) tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> (n<HT TYPE="SUP">o</HT> 08‑12.010, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) bħala prova, għall-ewwel darba fl-istadju tal-proċedura orali, kienet ammissibbli, peress li l-applikazzjoni tal-Artikolu L. 711‑4 tal-KPI mill-EUIPO tista’ tiġi mistħarrġa mill-Qorti Ġenerali fid-dawl ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali deċiża wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ dan l-uffiċċju, u invokata minn parti fil-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punti 43 sa 50 tas-sentenza appellata, li l-isem kummerċjali kien igawdi minn protezzjoni biss għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>attivitajiet effettivament eżerċitati mill-kumpannija u mhux għal dawk elenkati fl-istatuti ta’ assoċjazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, bħalma ddeċidiet il-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni) fis-sentenza tagħha tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>. Skont il-Qorti Ġenerali, dik is-sentenza hija applikabbli fil-kuntest tat-tilwim dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu L. 711‑4 tal-KPI, anki jekk ingħatat f’kuntest differenti. Il-Qorti Ġenerali rrilevat li ma tantx huwa importanti li dik is-sentenza ngħatat wara d-deċiżjoni kontenzjuża, peress li din hija limitata li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tikkjarifika kwistjoni ġuridika kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u li, fi kwalunkwe każ, il-bidliet tal-ġurisprudenza japplikaw retroattivament għas-sitwazzjonijiet eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet minn dan, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, li l-protezzjoni tal-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Forge de Laguiole<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> kienet testendi biss għall-attivitajiet effettivament eżerċitati taħt dan l-isem fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata, jiġifieri l‑<DATE ISO="20011120">20 ta’ Novembru 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-punt 78 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali rrilevat li, skont il-ġurisprudenza tal-qrati franċiżi, l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tiddependi minn diversi fatturi, li fosthom hemm il-livell ta’ xebh (viżiv, fonetiku u kunċettwali) bejn is-sinjali inkwistjoni, il-livell ta’ xebh bejn is-setturi ekonomiċi koperti minn dawn is-sinjali u s-setgħa distintiva ftit jew wisq għolja tas-sinjal preċedenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-livell ta’ xebh tas-sinjali f’kunflitt, minn naħa, u tal-prodotti u tas-setturi ta’ attivitajiet tal-partijiet, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali kkonfermat, fil-punt 166 tas-sentenza appellata, l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>għodda tal-idejn u implimenti (imħaddma bl-idejn); mgħaref; segi, mwies tal-leħja, xfafar għat-tqaxxir; kaxxetti b’tagħmir għat-tqaxxir; limi u tnalji tad-dwiefer, qattiegħa tad-dwiefer, settijiet tal-manikjur<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li jaqgħu fil-klassi 8, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>oġġetti li jaqtgħu l-karti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li jaqgħu fil-klassi 16, it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>trabixù; fettieħa tal-fliexken<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>pniezel tal-leħja, kaxxi fejn jitpoġġew l-oġġetti tat-twaletta<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li jaqgħu fil-klassi 21, u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>għodda għall-qtugħ ta’ truf tas-sigarri<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ixkupilji li jnaddfu l-pipi tat-tabakk<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li jaqgħu fil-klassi 34. Hija annullat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO sa fejn hija kkonfermat l-eżistenza ta’ tali probabbiltà ta’ konfużjoni għal prodotti oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob l-annullament tas-sentenza appellata kif ukoll li G. Szajner jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Forge de Laguiole SARL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Forge de Laguiole<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ t-talbiet tal-appell tal-EUIPO fit-totalità tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>G. Szajner jitlob:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li l-aggravji u t-talbiet kollha tal-EUIPO u ta’ Forge de Laguiole jiġu ddikjarati inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, li dawn jiġu ddikjarati infondati;</P></ITEM><ITEM><P>li l-appell jiġi miċħud;</P></ITEM><ITEM><P>li jiġi deċiż li ma hemmx lok li tiġi annullata s-sentenza appellata, u</P></ITEM><ITEM><P>li l-EUIPO jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tiegħu, l-EUIPO jinvoka żewġ aggravji, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu L. 711‑4 tal-KPI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>G. Szajner iqis, prinċipalment, li l-appell tal-EUIPO u t-talbiet ta’ Forge de Laguiole huma inammissibbli. Sussidjarjament, huwa jargumenta li l-aggravji invokati insostenn ta’ dan l-appell għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>G. Szajner jargumenta li l-appell huwa inammissibbli, minħabba nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> individwali tal-EUIPO. B’mod partikolari, il-kwalità doppja ta’ qorti u ta’ appellant f’dan l-appell tikser manifestament il-prinċipju ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ newtralità tal-ġudikatura, il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u, għaldaqstant, id-dritt għal smigħ xieraq. Fi kwalunkwe każ, l-imsemmi appell huwa inammissibbli għaliex, minn naħa, is-sentenza appellata ma taffettwax direttament l-interessi tal-EUIPO u, min-naħa l-oħra, l-aggravji invokati minnu f’dak li jirrigwarda s-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> ibiddlu t-termini tat-tilwima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, konformement mal-Artikolu 172 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali kontra deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO għandu jsir kontra l-EUIPO, bħala konvenut. Barra minn hekk, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, appell jista’ jsir minn kull parti li tilfet parzjalment jew totalment fir-rigward tat-talbiet tagħha, filwaqt li madankollu l-intervenjenti minbarra l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jagħmlu dan l-appell biss jekk id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali taffettwahom direttament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li, f’dan il-każ, l-EUIPO kellu l-kwalità ta’ konvenut u mhux ta’ intervenjent fl-ewwel istanza, u peress li huwa tilef parzjalment fir-rigward tat-talbiet tiegħu, il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> individwali u l-interess ġuridiku tiegħu fil-kuntest tal-appell ma jistgħux jiġu kkontestati, u dan l-uffiċċju bl-ebda mod ma għandu l-obbligu, f’dan ir-rigward, li juri li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali taffettwah direttament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta wkoll li, kuntrarjament għal dak li jsostni G. Szajner, ma jistax jitqies li l-EUIPO għandu, b’xi mod jew ieħor, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kwalità doppja ta’ qorti u ta’ rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, bħalma jirriżulta mill-punt 9 ta’ din is-sentenza, l-interpretazzjoni tad-dritt Franċiż kienet diġà s-suġġett tat-tilwima bejn il-partijiet fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO. Konsegwentement, l-argument invokat mill-EUIPO f’dak li jirrigwarda s-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> ma jistax jikkostitwixxi estensjoni tas-suġġett tat-tilwima bejn il-partijiet fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn G. Szajner fir-rigward tal-appell tal-EUIPO għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-talbiet ta</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> Forge de Laguiole</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>G. Szajner jikkontesta l-ammissibbiltà tat-talbiet ta’ Forge de Laguiole sa fejn, peress li dawn ma humiex intiżi sempliċement, kuntrarjament għal dak li jipprevedi l-Artikolu 174 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex l-appell tal-EUIPO jintlaqa’ jew jiġi miċħud b’mod totali jew parzjali, iżda huma intiżi għall-annullament tas-sentenza appellata, dawn it-talbiet jikkostitwixxu, fir-realtà, appell inċidentali, li, konformement mal-Artikolu 176 ta’ dawn ir-Regoli, kellu jsir permezz ta’ att separat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, mir-risposta ta’ Forge de Laguiole jirriżulta b’mod ċar li din ir-risposta ġiet ippreżentata insostenn tal-aggravji esposti mill-EUIPO u li, għaldaqstant, din il-kumpannija talbet li l-appell jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn G. Szajner fil-konfront tat-talbiet ta’ Forge de Laguiole għandha wkoll tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, l-EUIPO, sostnut minn Forge de Laguiole, jikkritika lill-Qorti Ġenerali li interpretat ħażin il-portata tal-istħarriġ tagħha tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO, billi wettqet evalwazzjoni tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>, minkejja l-fatt li din ingħatat wara d-deċiżjoni tal-imsemmi Bord tal-Appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-EUIPO jargumenta li, fid-data tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-ġurisprudenza tal-qrati Franċiżi kienet stabbilita bis-sentenza tal-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni) tal‑<DATE ISO="19960521">21 ta’ Mejju 1996</DATE> (n<HT TYPE="SUP">o</HT> 94‑16531, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>sentenza tal‑<DATE ISO="19960521">21 ta’ Mejju 1996</DATE><QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), li fiha dik il-qorti, fil-kuntest ta’ azzjoni għall-projbizzjoni tal-użu ta’ trade mark iktar reċenti, ħadet inkunsiderazzjoni l-għan soċjali tal-applikant mingħajr ma qieset l-attività effettivament eżerċitata minnu. Minkejja li, fil-punt 46 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet mid-deċiżjonijiet mogħtija wara li ngħatat is-sentenza tal‑<DATE ISO="19960521">21 ta’ Mejju 1996</DATE>, minn qrati Franċiżi inferjuri, li l-ġurisprudenza kienet evolviet f’sens kuntrarju għal dak adottat mill-Bord tal-Appell tal-EUIPO, il-Qorti Ġenerali ma identifikatx dawn id-deċiżjonijiet u, għaldaqstant, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 50 tas-sentenza appellata, li s-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> kienet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>inkwantu tali fatt ġdid<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, il-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża ma kellhiex tiġi mistħarrġa fid-dawl ta’ din is-sentenza tal-aħħar, li l-imsemmi Bord tal-Appell ma setax jieħu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>G. Szajner jargumenta li l-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet, fil-punti 21 sa 25 tas-sentenza appellata, li s-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> kellha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala prova, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> peress li dik is-sentenza kienet is-suġġett ta’ dibattitu kontradittorju quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar qabel kollox, f’dak li jirrigwarda t-tqassim tar-rwoli bejn min iressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, l-istanzi kompetenti tal-EUIPO u l-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, li r-Regola 37 tar-Regolament ta’ implementazzjoni tipprevedi li huwa min iressaq it-talba li għandu jipprovdi elementi li juru li huwa għandu s-setgħa, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, li jinforza dritt preċedenti, protett fil-kuntest ġuridiku nazzjonali. Din ir-regola timponi fuq min iressaq it-talba li jippreżenta lill-EUIPO mhux biss l-elementi li juru li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li huwa jitlob l-applikazzjoni tagħha, sabiex jipprova jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ dritt preċedenti, iżda wkoll l-elementi li jistabbilixxu l-kontenut ta’ din il-leġiżlazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Edwin vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:452">EU:C:2011:452</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs National Lottery Commission</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:186">EU:C:2014:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward, b’mod iktar speċifiku, tal-obbligi li huwa suġġett għalihom l-EUIPO, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fil-każ li talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea tkun ibbażata fuq dritt preċedenti protett minn dispożizzjoni legali nazzjonali, hija responsabbiltà, fl-ewwel lok, tal-istanzi kompetenti tal-EUIPO li jevalwaw l-awtorità u l-portata tal-elementi ppreżentati minn min ressaq it-talba sabiex jistabbilixxu l-kontenut tal-imsemmija regola (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Edwin vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:452">EU:C:2011:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs National Lottery Commission</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:186">EU:C:2014:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, peress li d-deċiżjoni tal-istanzi kompetenti tal-EUIPO jista’ jkollha l-effett li ċċaħħad lill-proprjetarju tat-trade mark minn dritt li jkun ingħatalu, il-portata ta’ tali deċiżjoni timplika neċessarjament li l-istanza li tieħu din id-deċiżjoni ma għandhiex tkun limitata għal rwol fejn sempliċement tivvalida d-dritt nazzjonali kif dan ikun ġie ppreżentat minn min iressaq it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs National Lottery Commission</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:186">EU:C:2014:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tielet nett, konformement mal-Artikolu 65(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009, il-Qorti Ġenerali hija kompetenti sabiex twettaq stħarriġ sħiħ tal-legalità tal-evalwazzjoni magħmula mill-EUIPO fuq l-elementi ppreżentati minn min ressaq it-talba sabiex tistabbilixxi l-kontenut tal-leġiżlazzjoni li huwa<?PAGE NO="9"?> jinvoka l-protezzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Edwin vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:452">EU:C:2011:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs National Lottery Commission</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:186">EU:C:2014:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali, fil-kuntest proċedurali inkwistjoni, jista’ jkollha l-effett li ċċaħħad lill-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea mid-dritt tiegħu, huwa imperattiv li l-Qorti Ġenerali, minkejja eventwali nuqqasijiet fid-dokumenti prodotti bħala prova tad-dritt nazzjonali applikabbli, tkun tista’ realment teżerċita stħarriġ effettiv. Għal dan il-għan, il-Qorti Ġenerali għaldaqstant għandha tkun tista’ tivverifika, lil hinn mid-dokumenti prodotti, il-kontenut, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-portata tad-dispożizzjonijiet legali invokati minn min iressaq it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità. Konsegwentement, l-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat mill-Qorti Ġenerali għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs National Lottery Commission</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:186">EU:C:2014:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi enfasizzat li l-istħarriġ imwettaq mill-EUIPO u mill-Qorti Ġenerali għandu jsir fid-dawl tar-rekwiżit li jiġi żgurat l-effett utli tar-Regolament Nru 207/2009, li huwa li tiġi żgurata l-protezzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs National Lottery Commission</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:186">EU:C:2014:186</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, bħalma rrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 49 tal-konklużjonijiet tagħha, il-fatt li l-Qorti Ġenerali sempliċement tapplika d-dritt nazzjonali kif kien interpretat mill-qrati nazzjonali fid-data tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO jista’ jwassal sabiex tiġi miċħuda r-reġistrazzjoni jew sabiex tiġi ddikjarata invalida trade mark tal-Unjoni Ewropea minkejja li d-dispożizzjoni legali nazzjonali rilevanti ma tkun tipprovdi, fil-mument li l-Qorti Ġenerali tagħti d-deċiżjoni tagħha, ebda bażi għal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Dan ir-riżultat mhux biss imur kontra r-rekwiżit li jiġi ggarantit l-effett utli tar-Regolament Nru 207/2009, imfakkar fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, iżda wkoll, billi l-Qorti Ġenerali tiġi mċaħħda mill-possibbiltà reali li teżerċita b’mod effettiv l-istħarriġ sħiħ tal-legalità msemmi fil-punti 37 u 38 ta’ din is-sentenza, kontra l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fl-evalwazzjoni tal-protezzjoni mogħtija mid-dritt nazzjonali, il-Qorti Ġenerali għandha tapplika dispożizzjoni legali nazzjonali kif interpretata mill-qrati nazzjonali fid-data tad-deċiżjoni tagħha. Għaldaqstant hija għandha tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni wkoll deċiżjoni minn qorti nazzjonali, mogħtija wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Huwa minnu li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali mogħtija wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO jista’ jwassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tagħmel evalwazzjoni ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali li tvarja minn dik ta’ dan il-Bord tal-Appell. Madankollu, peress li l-istħarriġ ġudizzjarju tal-evalwazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-imsemmi Bord tal-Appell, magħmul mill-Qorti Ġenerali, huwa stħarriġ sħiħ tal-legalità, il-fatt, irrilevat wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-istess Bord tal-Appell, li dik id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dritt nazzjonali ma jistax, bħalma rrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tagħha, jikkostitwixxi ostakolu sabiex l-iżball imwettaq jiġi rrettifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex imminata mill-ġurisprudenza li tistabbilixxi li, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali għandha, bħala prinċipju, tillimita ruħha li ssib, abbażi tal-informazzjoni li tikkostitwixxi l-bażi tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO, id-deċiżjoni li dan tal-aħħar kellu jieħu, it-tieni nett, il-Qorti Ġenerali tista’ tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni li hija s-suġġett tar-rikors biss jekk, meta ttieħdet, din kienet ivvizzjata minn waħda mir-raġunijiet ta’ annullament jew ta’ bdil previsti fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u, it-tielet nett, hija ma tistax tannulla jew tbiddel l-imsemmija deċiżjoni għal raġunijiet li joħorġu wara li tingħata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<?PAGE NO="10"?><REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Edwin vs OHMI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:452">EU:C:2011:452</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Westermann Lernspielverlage vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:805">EU:C:2016:805</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa minnu li dan il-prinċipju għandu portata wiesgħa u jipprojbixxi, b’mod partikolari, lill-Qorti Ġenerali milli tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO billi tieħu inkunsiderazzjoni fatti li ħarġu wara l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni jew billi tapplika dispożizzjonijiet legali sostantivi li ma kinux għadhom daħlu fis-seħħ fil-mument ta’ dik l-adozzjoni, min-naħa l-oħra dan il-prinċipju ma jipprojbixxix lill-Qorti Ġenerali milli tieħu inkunsiderazzjoni, f’tilwim dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, evoluzzjoni fl-interpretazzjoni, mill-qrati nazzjonali, tad-dispożizzjoni legali nazzjonali eżaminata mill-Bord tal-Appell tal-EUIPO. Fil-fatt, din id-dispożiżzjoni legali nazzjonali kienet parti mill-elementi suġġetti għall-evalwazzjoni ta’ dan il-Bord tal-Appell u l-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni minn dan tal-aħħar hija suġġetta, skont l-Artikolu 65(2) ta’ dan ir-regolament, għal stħarriġ sħiħ ta’ legalità mill-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs National Lottery Commission</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:186">EU:C:2014:186</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, konformement mal-prinċipju ta’ kontradittorju, li jagħmel parti mid-dritt għal smigħ xieraq stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali mogħtija wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa suġġett għall-kundizzjoni li, bħal f’dan il-każ, il-partijiet kellhom, quddiem il-Qorti Ġenerali, il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet fuq id-deċiżjoni nazzjonali rilevanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs National Lottery Commission</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:186">EU:C:2014:186</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda l-ksur allegat tal-obbligu ta’ motivazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-elementi tad-dritt Franċiż meħuda inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar, fil-punt 44 tas-sentenza appellata, ibbażat ruħha esklużivament, fl-evalwazzjoni tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>, fuq il-formulazzjoni ta’ dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa minnu li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 46 tas-sentenza appellata, li l-ġurisprudenza preċedenti tal-qrati inferjuri Franċiżi, filwaqt li ma kinitx uniformi, wasslet, qabel ingħatat is-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>, għall-konklużjoni li l-protezzjoni tal-isem kummerċjali kienet limitata għall-attivitajiet effettivament eżerċitati mill-kumpannija inkwistjoni, jidher madankollu mill-punti 43 sa 45 tas-sentenza appellata li prinċipalment hija ma bbażatx l-evalwazzjoni tagħha tal-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża fuq din il-ġurisprudenza preċedenti, iżda fuq is-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> u li hija mmotivat din l-evalwazzjoni b’mod suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jitqies li l-Qorti Ġenerali ma ssodisfatx l-obbligu tagħha li timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, peress li t-teħid inkunsiderazzjoni tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> mill-Qorti Ġenerali ma jikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu L. 711‑4 tal-KPI</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>It-tieni aggravju jinqasam f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tat-tieni aggravju, ibbażata fuq l-iżnaturament tas-sentenza tal‑10 ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Lulju 2012</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tiegħu, l-EUIPO, sostnut minn Forge de Laguiole, jikkritika lill-Qorti Ġenerali li żnaturat is-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>B’mod partikolari, meta rrilevat, fil-punt 44 tas-sentenza appellata, li, fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni) ma kinitx interpretat l-Artikolu L. 711‑4 tal-KPI, filwaqt li ddeċidiet li s-silta ta’ din is-sentenza tal-aħħar li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>l-isem kummerċjali ma jibbenefikax minn protezzjoni ħlief għall-attivitajiet effettivament eżerċitati mill-kumpannija u mhux għal dawk elenkati fl-istatuti ta’ assoċjazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, ma tinkludi ebda limitazzjoni, fil-formulazzjoni jew fil-kuntest fattwali jew proċedurali tagħha, li tista’ tagħti x’tifhem li l-applikabbiltà tagħha kienet limitata għaċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża deċiża u li, għaldaqstant, din setgħet tiġi applikata b’analoġija għall-finijiet ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu L. 711‑4 tal-KPI, il-Qorti Ġenerali tat lis-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> portata li din tal-aħħar manifestament ma għandhiex. Fil-fatt, skont l-EUIPO, l-għan ta’ din is-silta tal-imsemmija sentenza kien biss li jiddefinixxi l-karattru frawdolenti tal-preżentata tat-trade mark inkwistjoni, mill-kumpannija kkonċernata, u mhux il-portata tal-protezzjoni tal-isem kummerċjali tagħha fil-konfront ta’ trade mark posterjuri. Issa, l-Artikolu L. 711‑4(b) tal-KPI jeżiġi li jitwettaq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>eżami prospettiv<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tal-possibbiltà ta’ konfużjoni, li tista’ tinjora l-kundizzjonijiet konkreti tal-użu tas-sinjali f’kunflitt, inkluż tal-isem kummerċjali preċedenti, għaliex il-limitazzjoni tal-portata tal-protezzjoni ta’ isem kummerċjali biss għall-attivitajiet eżerċitati konkretament ma hijiex applikabbli fil-każ ta’ kunflitti potenzjali biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Forge de Laguiole żżid li, peress li s-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> hija sentenza ta’ rifjut, jiġifieri sentenza li tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija fl-appell, hija ma tistax tikkostitwixxi, fid-dritt Franċiż, sentenza li tistabbilixxi prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>G. Szajner jargumenta li l-pożizzjoni tal-EUIPO, li s-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> tirrigwarda biss il-każijiet ta’ preżentati ta’ trade marks frawdolenti, hija kuntrarja kemm għall-ġurisprudenza preċedenti għal dik is-sentenza kif ukoll għall-interpretazzjoni tagħha magħmula mil-letteratura ġuridika Franċiża, li hija unanima fir-rigward tal-portata ġenerali tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar fl-ewwel lok li, f’dak li jirrigwarda l-eżami, fil-kuntest ta’ appell, tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali dwar id-dritt nazzjonali applikabbli, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha kompetenza sabiex tivverifika, l-ewwel nett, jekk il-Qorti Ġenerali, abbażi tad-dokumenti u tal-atti l-oħrajn sottomessi lilha, żnaturatx il-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni jew tal-ġurisprudenza nazzjonali dwarhom jew anki letteratura ġuridika li tikkonċernahom, it-tieni nett, jekk il-Qorti Ġenerali, fir-rigward ta’ dawn l-elementi, waslitx għal konstatazzjonijiet li jmorru b’mod manifest kontra l-kontenut tagħhom u, fl-aħħar nett, jekk il-Qorti Ġenerali, fl-eżami ta’ dawn l-elementi kollha, tatx lil wieħed minnhom, sabiex tikkonstata l-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, portata li ma tixraqlux meta mqabbel mal-elementi l-oħrajn, sa fejn dan jirriżulta b’mod manifest mill-atti tal-proċess (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Edwin vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:452">EU:C:2011:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk l-argumenti tal-EUIPO jirrigwardawx żbalji tal-Qorti Ġenerali, imwettqa matul il-konstatazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni u li jistgħu jiġu mistħarrġa mill-Qorti tal-Ġustizzja abbażi tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Edwin vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:452">EU:C:2011:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 44 tas-sentenza appellata, li fl-oriġini tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> ma kienx hemm rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu L. 711‑4 tal-KPI, iżda rikors intiż għall-annullament ta’ trade mark minħabba preżentata frawdolenti u talba fil-qasam ta’ kompetizzjoni żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Bħalma l-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll fl-imsemmi punt, xejn fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> ma jindika li l-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni) kellha l-intenzjoni tillimita l-validità tal-evalwazzjonijiet tagħha dwar il-portata tal-protezzjoni ta’ isem kummerċjali għaċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għall-imsemmija sentenza. Għall-kuntrarju, dawn l-evalwazzjonijiet saru minn dik il-qorti fil-kuntest tar-rifjut tal-ewwel motiv tar-rikors, li kien ibbażat b’mod partikolari fuq ksur tal-Artikolu L. 711‑4(b) tal-KPI. Għaldaqstant, l-argumenti tal-EUIPO, fis-sens li l-imsemmija evalwazzjonijiet ma humiex rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, ma jistgħux jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-EUIPO jargumenta li l-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni) ħadet inkunsiderazzjoni l-attivitajiet effettivament eżerċitati mill-proprjetarju ta’ isem kummerċjali, sabiex teżamina t-tieni motiv imqajjem quddiemha fil-qasam tal-kompetizzjoni żleali, li jippreżumi sitwazzjoni effettiva ta’ kompetizzjoni bejn l-impriżi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, mill-kliem tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE> jirriżulta b’mod ċar, minn naħa, li l-evalwazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>l-isem kummerċjali ma jibbenefikax minn protezzjoni ħlief għall-attivitajiet effettivament eżerċitati mill-kumpannija u mhux għal dawk elenkati fl-istatuti ta’ assoċjazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> twettqet fil-kuntest tat-tweġiba għall-ewwel motiv tar-rikors, ibbażat fuq il-preżentata frawdolenti tat-trade mark inkwistjoni fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, u, min-naħa l-oħra, li l-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni) għamlet riferiment għall-attivitajiet effettivament eżerċitati mill-kumpannija kkonċernata, kemm fil-kuntest tat-tweġiba tagħha għal dan l-ewwel motiv, kif ukoll fit-tweġiba tagħha għat-tieni motiv tar-rikors, dwar kawża għal kompetizzjoni żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ma jidhirx b’mod manifest li l-Qorti Ġenerali żnaturat is-sentenza tal‑<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi mminata mill-argumenti ta’ Forge de Laguiole li dik is-sentenza ma hijiex sentenza <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>li tistabbilixxi prinċipju<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Fil-fatt, fir-rigward tal-prinċipji li jirregolaw l-eżami, mill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ appell, tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali dwar id-dritt nazzjonali applikabbli, kif imfakkra fil-punti 56 u 57 ta’ din is-sentenza, u peress li ma hijiex responsabbiltà tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddetermina jekk l-imsemmija sentenza tikkostitwixxix sentenza <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>li tistabbilixxi prinċipju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, huwa biżżejjed jekk jiġi kkonstatat li, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-istess sentenza, ma jidhirx li l-Qorti Ġenerali manifestament kisret il-portata tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tat-tieni aggravju, ibbażata fuq l-iżball ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ liġi li l-Qorti Ġenerali allegatament wettqet meta ħadet inkunsiderazzjoni n-natura biss tal-prodotti sabiex tiddetermina s-setturi ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ attività ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Forge de Laguiole</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju tiegħu, l-EUIPO, sostnut minn Forge de Laguiole, jikkontesta l-kriterji li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuqhom sabiex tiddetermina s-setturi ta’ attività ta’ din il-kumpannija. F’dan ir-rigward, l-EUIPO jargumenta li, minkejja li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 32 tas-sentenza appellata, iddeċidiet li t-tweġiba għall-mistoqsija jekk u, jekk ikun il-każ, sa liema punt, l-isem kummerċjali ta’ Forge de Laguiole kien jippermetti lil din tal-aħħar tipprojbixxi lil G. Szajner<?PAGE NO="13"?> milli juża t-trade mark LAGUIOLE tiddependi mid-dritt Franċiż biss, il-Qorti Ġenerali ddefinixxiet il-parametru ta’ protezzjoni tal-isem kummerċjali, billi għamlet riferiment, fil-punt 63 tas-sentenza appellata, għall-ġurisprudenza tagħha stess biss, jiġifieri għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070213">13 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Mundipharma vs UASI – Altana Pharma (RESPICUR)</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑256/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:46">EU:T:2007:46</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tirrigwarda l-użu ta’ trade marks preċedenti, li l-Qorti Ġenerali applikat b’analoġija għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94, li jikkorrispondi għall-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont l-EUIPO, il-Qorti Ġenerali ddeterminat l-imsemmija setturi ta’ attività biss fid-dawl tal-kriterju dwar in-natura tal-prodotti u għaldaqstant wettqet żball ta’ dritt fl-applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu L. 711‑4 tal-KPI. Fil-fatt, l-EUIPO jargumenta li, f’tali determinazzjoni tas-setturi ta’ attività, fis-sens tad-dritt Franċiż, id-destinazzjoni u l-użu tal-prodotti kkummerċjalizzati mill-proprjetarju tal-isem kummerċjali preċedenti kellhom wkoll jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>G. Szajner jargumenta li l-Qorti Ġenerali kellha raġun tevalwa s-similarità tal-prodotti inkwistjoni billi tibbaża ruħha kemm fuq in-natura tagħhom, kif ukoll fuq id-destinazzjoni u l-użu tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat, bħalma għamlet l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonijiet tagħha, li, fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-attivitajiet eżerċitati minn Forge de Laguiole, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma applikat b’analoġija, b’mod ġenerali, il-ġurisprudenza tagħha. Hekk, hija ċċitat il-ġurisprudenza tagħha dwar l-użu ta’ trade marks preċedenti biss fil-punt 63 tas-sentenza appellata, sabiex tispjega l-evalwazzjoni tagħha li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ frieket kienet tippermetti li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ attività mhux fis-settur kollu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>artikoli marbuta mal-ospitalità’<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, iżda biss fil-qasam ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>pożati<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali, ċertament, ma semmietx b’mod espliċitu, minn qabel, il-kriterji li fid-dawl tagħhom kellhom jiġu ddeterminati l-attivitajiet effettivament eżerċitati minn Forge de Laguiole u, fil-punt 81 tas-sentenza appellata, iċċitat il-ġurisprudenza tal-qrati Franċiżi, invokati mill-partijiet, biss fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-possibbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Madankollu, mis-sentenza appellata jirriżulta b’mod ċar li, fl-eżami tagħha ta’ dawn l-attivitajiet, fil-punti 54 sa 74 tagħha, il-Qorti Ġenerali espressament ħadet inkunsiderazzjoni mhux biss in-natura tal-prodotti inkwistjoni, iżda wkoll id-destinazzjoni tagħhom, l-użu tagħhom, il-klijentela kkonċernata minnhom kif ukoll il-mod ta’ distribuzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argumenti tal-EUIPO u ta’ Forge de Laguiole jistrieħu fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni parti tat-tieni aggravju għandha wkoll tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-appell huwa infondat u għandu, għaldaqstant, jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tal-istess Regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-EUIPO tilef, hemm lok li huwa jiġi kkundannat għall-ispejjeż kif mitlub minn G. Szajner.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura, hemm lok li Forge de Laguiole, intervenjenti fl-appell, tiġi kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Forge de Laguiole SARL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>