European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2887

18.11.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2887

tal-15 ta’ Novembru 2024

li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-sett tad-data għas-suġġett ad hoc tal-2026 tal-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali fid-dominju tal-forza tax-xogħol f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fil-livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008, u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni akkurata tal-istħarriġ kampjun fid-dominju tal-forza tax-xogħol, jeħtieġ jiġu speċifikati l-elementi tekniċi tas-sett tad-data għas-suġġett ad hoc tal-2026 dwar l-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali.

(2)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-elementi tekniċi tas-sett tad-data għas-suġġett ad hoc tal-2026 dwar l-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali fid-dominju tal-forza tax-xogħol għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-format tekniku tal-varjabbli li jridu jinġabru għas-suġġett ad hoc tal-2026 dwar l-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali fid-dominju tal-forza tax-xogħol u l-kodifikazzjoni li trid tintuża.

Suġġett

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli

Kodiċi

Tikketta

Filtru

Tikketta tal-filtru

Sett minimu tal-varjabbli

Tip ta’ varjabbli

3d.

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Impjieg tal-pjattaformi diġitali

DPWORK

Qasam tal-attività tax-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

01

Attivitajiet tal-bejgħ tal-oġġetti

AGE = 15–64

Persuni ta’ bejn il-15 u l-64 sena

Mhux rilevanti

Miġbura

02

Servizzi tal-konsenja (trasport tal-oġġetti biss)

03

Servizzi tat-taxi (trasport tal-persuni)

04

Attivitajiet tal-kiri tal-akkomodazzjoni

05

Servizzi tal-IT

06

Servizzi mediċi

07

Tindif u xogħol tal-idejn

08

Ħolqien tal-kontenut bħal videos jew kitbiet bi ħlas

09

Xogħol ieħor fuq il-pjattaformi diġitali

10

L-ebda xogħol fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

Vojt

Mhux iddikjarat

99

Mhux applikabbli

DPINTENS

Intensità tax-xogħol bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

1

Attività ta’ darba

DPWORK = 01–09

Persuni li wettqu xogħol fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

2

Sporadiku, jiġifieri diversi drabi fis-sena

3

Bejn wieħed u ieħor kull xahar

4

Bejn wieħed u ieħor kull ġimgħa

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli

DPHRSW

Għadd medju ta’ sigħat bi ħlas maħdumin fix-xahar fl-aħħar 12-il xahar fuq il-pjattaformi diġitali

1

Inqas minn siegħa

DPWORK = 01–09

Persuni li wettqu xogħol fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

2

bejn siegħa u 9 sigħat

3

bejn 10 u 19-il siegħa

4

bejn 20 u 49 siegħa

5

bejn 50 u 99 siegħa

6

100 siegħa jew aktar

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli

DPINC

Sehem tal-introjtu totali mix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali meta mqabbel mal-introjtu personali totali fl-aħħar 12-il xahar

1

Inqas minn kwart

DPHRSW = 2–6

Persuni li ħadmu mill-inqas siegħa bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali

2

Bejn kwart u inqas minn nofs

3

Bejn nofs u inqas minn tliet kwarti

4

Tliet kwarti jew aktar

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli

DPMR

Raġuni ewlenija għax-xogħol bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

1

L-unika opportunità tax-xogħol disponibbli

DPHRSW = 2–6

Persuni li ħadmu mill-inqas siegħa bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali

2

Flessibbiltà tal-organizzazzjoni tax-xogħol

3

Opportunità ta’ introjtu addizzjonali

4

Għall-iskopijiet tan-negozju tiegħek stess

5

Xogħol speċifiku mixtieq disponibbli prinċipalment, jew biss mill-pjattaforma

6

Raġuni oħra

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli

DPASG

Kompiti assenjati fix-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali mwettqa fl-aħħar 12-il xahar

1

Kompiti assenjati mill-pjattaforma jew mill-app

DPHRSW = 2–6

Persuni li ħadmu mill-inqas siegħa bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali

2

Kompiti magħżula minn fost offerti, mill-pjattaforma jew mill-app, jew talbiet mingħand klijenti

3

Kompiti offruti jew applowdjati b’inizjattiva tal-persuna stess

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli

DPREJ

Possibbiltà ta’ rifjut ta’ kompiti fix-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

1

Il-kompiti ma setgħux jiġu rrifjutati, minħabba tkeċċija jew skonnessjoni mill-pjattaforma jew mill-app

DPHRSW = 2–6

Persuni li ħadmu mill-inqas siegħa bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali

2

Il-kompiti setgħu jiġu rrifjutati iżda bil-konsegwenzi (bħal telf ta’ aċċess għal kompiti ta’ valur jew tnaqqis fil-klassifiki)

 

 

3

Il-kompiti setgħu jiġu rrifjutati mingħajr konsegwenzi

 

 

Vojt

Mhux iddikjarat

 

 

9

Mhux applikabbli

 

 

DPHSET

Awtorità li tiddeċiedi meta s-sigħat tax-xogħol isiru fix-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

1

Sigħat tax-xogħol stabbilit għalkollox jew prinċipalment mill-pjattaforma, mill-app, jew mill-klijenti

DPHRSW = 2–6

Persuni li ħadmu mill-inqas siegħa bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali

2

Sigħat tax-xogħol prinċipalment awtodeterminati, fil-limiti stabbiliti mill-pjattaforma, mill-app, jew mill-klijenti

3

Sigħat tax-xogħol awtodeterminati għalkollox

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli

DPPSET

Awtorità għall-iffissar tal-prezzijiet fix-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

1

Prezz preċiż stabbilit mill-pjattaforma, mill-app, jew mill-klijenti

DPHRSW = 2–6

Persuni li ħadmu mill-inqas siegħa bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali

2

Firxa tal-prezzijiet mogħtija mill-pjattaforma, mill-app, jew mill-klijenti

3

Negozjar tal-prezz ma’ pjattaforma, ma’ app, jew mal-klijenti

4

Prezz iffissat mill-persuna nnifisha

5

Prezz stabbilit minn xi parti oħra

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli

DPINSCOV

Aċċess għal-liv bi ħlas jew għal benefiċċji tal-liv f’każ ta’ mard

1

Iva, aċċess bħala ħaddiem tal-pjattaforma jew tal-app

DPINTENS = 3–4

Persuni li wettqu xogħol fuq il-pjattaformi diġitali bejn wieħed u ieħor kull xahar jew kull ġimgħa fl-aħħar 12-il xahar

2

Iva, aċċess mingħand sorsi oħra li mhumiex il-pjattaforma jew l-app

3

Le

4

Ma nafx

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli

DPMAIN

Xogħol bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali bħala impjieg ewlieni, it-tieni impjieg jew impjieg ieħor fil-ġimgħa ta’ referenza

1

Impjieg ewlieni tul il-ġimgħa ta’ referenza

DPWORK = 01–09

Persuni li wettqu xogħol fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar

2

It-tieni impjieg tul il-ġimgħa ta’ referenza

3

Impjieg ieħor tul il-ġimgħa ta’ referenza

4

Mhux imwettaq tul il-ġimgħa ta’ referenza

Vojt

Mhux iddikjarat

9

Mhux applikabbli


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2887/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)