|
17.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/3 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 15/03)
Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni
|
Ir-referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Id-data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
In-numru tal-awtorizzazzjoni |
L-użu awtorizzat |
Id-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2018) 15 |
l-10 ta’ Jannar 2018 |
Aċidi ġġenerati mit-triossidu tal-kromu u l-oligomeri tagħhom Nru tal-KE 231-801-5 Nru tal-CAS 7738-94-5 |
Robert Bosch GmbH, Robert Bosch Platz 1, 70839 Gerlingen-Schillerhöhe, il-Ġermanja |
REACH/17/35/0 |
Il-kisi bil-kromju iebes għall-applikazzjonijiet tal-injezzjoni bil-petrol u bid-diżil |
Il-21 ta’ Settembru 2029 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-użu tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa li jista’ juża l-applikant qabel id-data tat-terminazzjoni |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm