|
7.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1408
tas-6 ta’ Ottubru 2020
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament Bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-bidu
|
(1) |
Fit-12 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana (“SSHR” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew “iċ-Ċina”) u mit-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”), abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036. Hija ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f’isem erba’ produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u dannu materjali li rriżulta minnu li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Ir-Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati u li jiġu kkonsenjati minnhom soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/104 (3). Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet waqfet bid-dħul fis-seħħ tal-miżuri provviżorji msemmija fil-premessa (5) hawn taħt. |
1.3. Miżuri provviżorji
|
(4) |
Skont l-Artikolu 19(a) tar-Regolament bażiku, fit-18 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proposti u bid-dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u l-marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-akkuratezza tal-kalkoli fi żmien tlett ijiem. Fid-dawl tal-kummenti li waslu, saru korrezzjonijiet għall-kalkoli ta’ produttur esportatur Tajwaniż wieħed. Il-kummenti sottomessi mill-produtturi esportaturi Indoneżjani u Ċiniżi ma biddlux il-kalkoli. |
|
(5) |
Fit-8 ta’ April 2020, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ SSHR li joriġinaw fl-Indoneżja, fir-RPĊ u fit-Tajwan permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 (4) (“ir-Regolament provviżorju”). |
|
(6) |
Kif iddikjarat fil-premessa (27) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”) u l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.4. Proċedura sussegwenti
|
(7) |
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping provviżorju (“divulgazzjoni provviżorja”), l-ilmentatur, utent wieħed tal-prodott ikkonċernat, assoċjazzjoni waħda tal-importaturi, żewġ produtturi esportaturi Indoneżjani, tlieta Ċiniżi u tnejn Tajwaniżi, kif ukoll il-Gvernijiet taċ-Ċina (“GTĊ”) u tal-Indoneżja (“GTI”) ippreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji fi żmien l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament provviżorju. |
|
(8) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti ta’ smigħ mal-ilmentatur fil-5 ta’ Mejju 2020 u mal-produttur esportatur Walsin Lihwa Co. (“Walsin”) fit-22 ta’ April 2020. Fid-19 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni bagħtet divulgazzjoni addizzjonali lil produttur wieħed tal-Unjoni rigward il-kalkolu tal-prezz indikattiv individwali tagħha. Kummenti oħra wara dik id-divulgazzjoni addizzjonali waslu fil-25 ta’ Mejju 2020. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ SSHR li joriġina mill-Indoneżja, mir-RPĊ u mit-Tajwan (“id-divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. |
|
(10) |
Waslu kummenti mingħand il-GTĊ u l-GTI, żewġ produtturi esportaturi Indoneżjani, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi u wieħed mit-Tajwan, mingħand l-ilmentatur u mingħand utent wieħed. L-ilmentatur ingħata żewġ seduti, waħda mas-servizzi tal-Kummissjoni u waħda fit-12 ta’ Awwissu 2020 fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta. Wara dik is-seduta, l-ilmentatur ġie pprovdut b’divulgazzjoni addizzjonali finali dwar element tal-analiżi dwar l-effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji Ewropej skont it-test tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku (ara t-taqsima 6.2.3.3 hawn taħt). Barra minn hekk, fid-dawl tal-kummenti li waslu, saret divulgazzjoni addizzjonali finali dwar il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ lill-produtturi esportaturi Ċiniżi Fujian Fuxin Special Steel Co., Ltd (“FSS”) u Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd (“STSS”). Barra minn hekk, divulgazzjoni addizzjonali finali b’kalkolu rivedut tal-marġni tad-dumping intbagħtet lil FSS hekk kif il-Kummissjoni aċċettat it-talba tal-kumpanija msemmija fil-premessa (143) hawn taħt. |
1.5. Il-kampjunar
|
(11) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar, il-premessi (9) sa (19) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
1.6. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(12) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-premessa (26) tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata. |
1.7. Il-kompletezza tad-divulgazzjoni provviżorja u finali
|
(13) |
Il-produttur esportatur Ċiniż FSS talab għad-divulgazzjoni tal-perċentwal tal-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi użati biex jiġi stabbilit il-prezz indikattiv tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-FSS kif ukoll il-produttur esportatur STSS talbu li jiġu ddivulgati l-volumi ta’ bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità u l-prezzijiet mhux dannużi u l-ammonti ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u ta’ bejgħ bil-prezz imwaqqa’ tal-produtturi tal-Unjoni għal kull mudell u sostnew li din kienet prattika komuni f’investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ. Dawk it-talbiet ġew miċħuda, peress li l-biċċa l-kbira tat-tipi tal-prodott jiġu prodotti minn produttur wieħed jew tnejn fil-kampjun. Għalhekk id-divulgazzjoni tal-volumi jew tal-prezzijiet tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott jiżvela data kunfidenzjali tal-kumpanija. Fir-rigward tal-kostijiet SG&A tal-produtturi inklużi fil-kampjun, tali data, kif ipprovduta mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u kif ivverifikata mill-Kummissjoni, kienet ta’ natura kunfidenzjali u għalhekk ma tistax tiġi ddivulgata fid-dawl tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
|
(14) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produtturi esportaturi Ċiniżi FSS u STSS tennew it-talba tagħhom li jiġu pprovduti aktar dettalji dwar il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, b’mod partikolari huma talbu informazzjoni speċifika għat-tip ta’ prodott fir-rigward tal-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u r-rati ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ skont it-tip ta’ prodott. Fil-limiti tal-protezzjoni tad-data kunfidenzjali mibgħuta minn partijiet oħra, saret divulgazzjoni addizzjonali liż-żewġ partijiet rikjedenti fil-forma ta’ indiċijiet jew firxiet. Sussegwentement, ma wasal l-ebda kumment ieħor. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Affermazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott
|
(15) |
Wara d-divulgazzjonijiet proviżorji u finali, l-utent Marcegaglia Specialities S.p.A. (“Marcegaglia”) tenna l-affermazzjoni tiegħu msemmija fil-premessa (39) tar-Regolament provviżorju, li l-kojls suwed jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni.. Marcegaglia fakkret li hemm differenzi fil-ħruxija tal-wiċċ u fl-irfinar tal-wiċċ u hemm distinzjonijiet fl-apparenza estetika bejn il-kojls suwed u dawk bojod. B’referenza għall-aħħar sentenza tal-premessa (44) tar-Regolament provviżorju, Marcegaglia argumentat li fir-rigward tal-interkambjabbiltà, il-kojls suwed ma setgħux jissostitwixxu l-kojls bojod għal applikazzjonijiet industrijali rilevanti. Dwar dan il-punt, Marcegaglia żiedet li l-kojls suwed ma jifilħux għar-rekwiżiti ta’ pressjoni għolja u ta’ korrużjoni tal-kojls bojod. |
|
(16) |
B’żieda ma’ dan, Marcegaglia sostniet li kwalunkwe riskju ta’ ċirkomvenzjoni, kif imsemmi fil-premessa (44) tar-Regolament provviżorju, deher remot minħabba li l-kojls suwed u dawk bojod, li għandhom kategoriji differenti ta’ klijenti fil-mira tagħhom, ma kinux f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin u kienu direttament rikonoxxibbli, u l-Kummissjoni setgħet tintroduċi kodiċijiet TARIC speċifiċi għaż-żewġ kodiċijiet tal-prodotti biex jiġi evitat kull riskju possibbli ta’ ċirkomvenzjoni. |
|
(17) |
B’referenza għall-premessa (45) tar-Regolament provviżorju, Marcegaglia talbet lill-Kummissjoni biex tiddivulga l-volumi ta’ kojls suwed li l-industrija tal-Unjoni biegħet lil klijenti minbarra Marcegaglia. Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni fil-livell tat-tip ta’ prodott għall-industrija kollha tal-Unjoni; għandha biss din l-informazzjoni fir-rigward tal-produtturi inklużi fil-kampjun. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni dwar il-bejgħ fil-livell tat-tip ta’ prodott hija ta’ natura kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku u għalhekk ma tistax tiġi ddivulgata. |
|
(18) |
Fl-istess kuntest, l-esportaturi Indoneżjani ITSS u GCNS sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-marġni ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni li jikkonċerna l-kojls suwed biss biex tikkalkula marġni tad-dannu separat, peress li l-esportazzjonijiet Indoneżjani kienu jikkonsistu kważi esklussivament f’kojls suwed, li għalihom il-marġni ta’ profitt kien aktar baxx minħabba li l-koljs suwed kienu prodotti nofshom lesti. |
|
(19) |
Fir-rigward tal-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li l-prodott li qed jiġi investigat ġie definit fit-Taqsima 2 tan-Notifika ta’ bidu, abbażi tad-definizzjoni pprovduta fl-ilment. L-ilmentatur identifika l-prodotti li l-industrija kkonċernata pproduċiet u biegħet u li l-importazzjonijiet tagħhom mill-pajjiżi kkonċernati kienu oġġett ta’ dumping u kkawżaw dannu. |
|
(20) |
Fir-rigward tal-affermazzjonijiet għall-esklużjoni tal-kojls suwed, fil-premessi (44) sa (46) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kienet spjegat għaliex din esklużjoni mhijiex iġġustifikata. |
|
(21) |
B’referenza għar-raġunament fir-Regolament provviżorju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-bejgħ fis-suq ħieles tal-kojls suwed kien jammonta għal [20 sa 30] % (5) tal-bejgħ kollu fis-suq ħieles. Barra minn hekk, l-esklużjoni tal-kojls suwed mill-ambitu tal-investigazzjoni tipperikola l-mudell kollu ta’ negozju ċirkolari “ekoloġiku” tal-industrija tal-Unjoni, li trid tipproduċi l-prodott ikkonċernat mir-ruttam tal-azzar inossidabbli għall-bejgħ jew għal aktar ipproċessar fi prodotti downstream. Tabilħaqq, f’dawn iċ-ċirkostanzi anke l-vijabbiltà tal-produzzjoni tal-kojls bojod tal-azzar inossidabbli u ta’ prodotti downstream oħrajn mill-industrija tal-Unjoni hija probabbli li tiġi affettwata fundamentalment b’mod negattiv minħabba li l-kojls bojod jibdew jiġu prodotti dejjem aktar fl-Unjoni minn kojls suwed li huma oġġett ta’ dumping u li jiġu prodotti b’mod inqas favorevoli għall-ambjent fil-pajjiżi kkonċernati. Fid-dawl taż-żieda rapida fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, dan l-iżvilupp, fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil, iġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tagħlaq linji ta’ produzzjoni importanti. Għalhekk, dawn il-konsegwenzi severi ma jibqgħux limitati għall-produzzjoni ta’ kojls suwed mir-ruttam tal-azzar inossidabbli, minħabba li l-utenti ta’ kojls bojod kif ukoll ta’ prodotti downstream oħra jibqa’ jkollhom il-possibbiltà li jixtru dawn il-prodotti b’kontenut oġġett ta’ dumping sinifikanti. Għalhekk, il-kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-SSHR tal-Unjoni u fis-swieq downstream tagħha jitnaqqsu b’mod drammatiku jekk il-kojls suwed jiġu esklużi, għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(22) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li hija prattika konsistenti tagħha f’investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ li prodott li qed jiġi investigat jinqasam f’mudelli u tipi differenti (numri ta’ kontroll tal-prodott “PCNs”) sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ġust meta jkunu qed jiġu ddeterminati d-dumping u d-dannu. Il-PCNs li jirriżultaw normalment jiddistingwixxu bejn mudelli ta’ daqs differenti u b’karatteristiċi differenti iżda kull wieħed minnhom jagħmel parti mill-prodott li qed jiġi investigat. F’dan il-każ, l-irfinar tal-SSHR jiġi identifikat bl-istess mod mit-tieni l-aħħar karattru tal-PCN, jiġifieri B tfisser iswed u W tfisser abjad. Għalhekk, fid-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ u tad-dumping, jiġi żgurat tqabbil ġust minħabba li l-kojls suwed ma jitqabblux mal-kojls bojod u viċi versa. |
|
(23) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati għandhom mudell ta’ negozju integrat vertikalment li jinkludi l-produzzjoni kemm ta’ kojls suwed kif ukoll ta’ kojls bojod. Dan ifisser li kwalunkwe produttur ta’ dan it-tip għandu l-għażla li jbigħ kojls suwed jew bojod fis-suq ħieles. |
|
(24) |
B’segwitu għad-divulgazzjoni finali, Marcegaglia tenniet it-talba biex jiġi divulgat l-għadd ta’ klijenti tal-produtturi tal-Unjoni u l-kwantitajiet ta’ kojls suwed mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni lil riromblaturi oħra, minbarra lil Marcegaglia, fl-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li din l-informazzjoni hija ta’ natura kunfidenzjali. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi sommarju sinifikanti, li huwa li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni [1–2] il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biegħu lil [2–4] klijent [150 000–180 000] (6) tunnellata ta’ kojls suwed. |
|
(25) |
Marcegaglia affermat ukoll li l-investigazzjoni kkonfermat li, bl-eċċezzjoni unika ta’ Marcegaglia, kien hemm prattikament l-ebda suq ħieles fl-Unjoni għal kojls suwed, u kkritikat lill-Kummissjoni talli ma waslet għall-ebda konklużjoni minn din iċ-ċirkustanza kruċjali. Din il-kritika nstabet li hija bla bażi. Is-sempliċi fatt li Marcegaglia huwa l-iktar utent importanti tal-kojls suwed fis-suq tal-Unjoni ma jistax iwassal għad-deduzjoni li tiġġustifika trattament speċjali fir-rigward tal-kojls suwed jew l-esklużjoni tal-kojls suwed mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat. |
|
(26) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Marcegaglia rreferiet ukoll għall-premessa (21) ta’ hawn fuq u argumentat li l-kojls suwed importati minnhom kienu użati esklussivament bħala materja prima għall-produzzjoni ta’ prodotti downstream (prodotti SSCR, tubi tal-azzar inossidabbli). Marcegaglia ma tużax kojls suwed biex tipproduċi kojls bojod biex jinbiegħu fis-suq ħieles tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, hija sostniet li kien diffiċli li wieħed jifhem ir-rilevanza tal-affermazzjoni tal-Kummissjoni li, jekk il-kojls suwed jiġu esklużi mill-ambitu tal-miżuri, il-kojls bojod jibdew jiġu prodotti dejjem aktar fl-Unjoni minn kojls suwed li huma oġġett ta’ dumping u prodotti b’mod inqas ekoloġiku fil-pajjiżi kkonċernati. |
|
(27) |
Din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda. Jekk ma jiġu imposti l-ebda dazji fuq il-kojls suwed, il-produtturi tal-Unjoni mill-anqas x’aktarx iġarrbu dannu indirettament fis-suq downstream meta jikkompetu ma’ Marcegaglia. Żieda fil-kapaċità tal-Unjoni li tnaddaf u tippurifika l-metalli — proċess li huwa meħtieġ biex il-kojls suwed jinbidlu f’bojod — tista’ tiġi mistennija li sseħħ, b’mod partikolari billi kojls suwed importati bl-irħis jinbidlu f’kojls bojod għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li investiet riżorsi sinifikanti biex tkun kompletament integrata. Jekk l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tikkompeti aktar fuq dik il-bażi, tiġi mġiegħla jdur għal importazzjonijiet irħas u li huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk tabilħaqq tabbanduna l-mudell ta’ negozju integrat u li jirrispetta aktar l-ambjent. |
|
(28) |
Għalhekk, l-affermazzjonijiet li jimmiraw li jeskludu l-kojls suwed mill-ambitu tal-investigazzjoni ġew miċħuda. |
|
(29) |
Diversi partijiet tennew l-affermazzjoni biex il-kojls b’wisgħa ta’ aktar minn 1 800 mm jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Skont dawn il-partijiet, il-wisgħa għandha impatt fuq il-karatteristiċi, bħar-reżistenza għall-pressjoni. |
|
(30) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (47) u (48) tar-Regolament provviżorju, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
2.2. Konklużjoni
|
(31) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (39) sa (46) tar-Regolament provviżorju, kif iċċarat fil-premessi (19) sa (30) hawn fuq. |
3. ID-DUMPING
3.1. L-Indoneżja
|
(32) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-produtturi esportaturi Indoneżjani PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry (“GCNS”) u PT Indonesia Tsingshan Stainless Steel (“ITSS”), u mingħand l-ilmentatur Eurofer (“is-sottomissjoni tal-4 ta’ Mejju 2020”) dwar is-sejbiet tad-dumping fir-rigward tal-produtturi esportaturi Indoneżjani. Barra minn hekk, fis-7 ta’ Frar 2020 Eurofer issottomettiet kummenti dwar il-kalkolu tad-dumping għall-produtturi esportaturi Indoneżjani (“is-sottomissjoni tas-7 ta’ Frar 2020”) li minħabba ż-żmien tal-investigazzjoni, ma setgħux jiġu indirizzati fir-Regolament provviżorju. |
|
(33) |
Il-kummenti kollha inklużi fis-sottomissjonijiet imsemmija fil-premessa (32) huma indirizzati f’dan ir-Regolament. |
3.1.1. Produtturi esportaturi
|
(34) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar id-deskrizzjoni tal-produtturi esportaturi Indoneżjani u tal-fornituri relatati tagħhom stabbiliti fl-Indonesia Morowali Industrial Park (“IMIP”), il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (50) sa (51) tar-Regolament provviżorju. |
3.1.2. L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku
|
(35) |
Id-dettalji dwar ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ġew stabbiliti fil-premessi (52) sa (63) tar-Regolament provviżorju. |
|
(36) |
Fis-sottomissjoni tagħha tas-7 ta’ Frar 2020, Eurofer argumentat li l-informazzjoni kollha pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani jenħtieġ li tiġi injorata peress li ma setgħetx tiġi kkunsidrata affidabbli fin-nuqqas ta’ divulgazzjoni komprensiva tal-kumpaniji relatati u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-kumpaniji relatati identifikati attivi fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat jew fil-provvista ta’ materja prima użata fil-proċess tal-produzzjoni. |
|
(37) |
Barra minn hekk, Eurofer sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur irrefera għal ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (7) u tal-Korp tal-Appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) (8). |
|
(38) |
Dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-produtturi esportaturi għamlu sforz konsiderevoli biex jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar ir-relazzjoni mal-fornituri u mal-klijenti tagħhom. Madankollu, minħabba d-deċiżjonijiet tal-azzjonist finali tagħhom u r-rabtiet tal-azzjonisti minuri tagħhom ma’ ċerti klijenti relatati, l-isforzi tagħhom kisbu biss suċċess parzjali. Il-Kummissjoni vverifikat li l-fornituri u l-klijenti identifikati mill-produtturi esportaturi bħala relatati, kienu tabilħaqq relatati. L-inċertezza dwar ir-relazzjoni mal-fornituri u l-klijenti identifikati bħala mhux relatati ġiet riflessa fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping, jiġifieri fejn meħtieġ, l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi ġiet aġġustata jew miċħuda u ssostitwita mill-fatti disponibbli. |
3.1.3. Il-valur normali
|
(39) |
Id-dettalji tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi (64) sa (85) tar-Regolament provviżorju. |
|
(40) |
Fis-sottomissjoni tas-7 ta’ Frar 2020, Eurofer saħqet li l-Kummissjoni missha injorat il-prezz tax-xiri tal-mineral tan-nikil irrapportat mill-produtturi esportaturi Indoneżjani. Eurofer irraġunat li dan ikun iġġustifikat mill-fatt li l-produtturi esportaturi ma pprovdewx lill-Kummissjoni bl-elementi neċessarji biex tivvaluta jekk il-mineral tan-nikil inxtarax bi prezz distakkat. Barra minn hekk, hija ssuġġeriet li l-Kummissjoni tuża bħala fatti disponibbli l-prezz tal-mineral tan-nikil komparabbli fil-Filippini pprovdut fl-ilment jew il-prezz tan-nikil ikkwotat fil-Borża tal-Metall ta’ Londra (“LME”). |
|
(41) |
Kif spjegat fil-premessi (52) sa (54), (60), (68), (80), u (82) sa (85) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni tabilħaqq uża l-fatti disponibbli rigward il-prezzijiet tal-mineral tan-nikil imħallsa mill-produtturi esportaturi. Madankollu, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-biċċa l-kbira tal-aspetti ta’ dawk il-prezzijiet, ħlief għar-relazzjoni mal-fornitur, kienu affidabbli. Għalhekk, meta ddeterminat il-prezz ta’ distakkament tal-mineral tan-nikil, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi bħala fatti disponibbli, filwaqt li qieset it-tranżazzjonijiet ta’ xiri l-aktar għaljin, li kienu kkunsidrati l-inqas probabbli li jiġu affettwati minn relazzjoni potenzjali mal-fornitur. Kif stabbilit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, fejn disponibbli, il-Kummissjoni tagħti preferenza lill-kostijiet abbażi ta’ rekords miżmuma mill-parti li qed tiġi investigata, meta dawk ir-rekords ikunu jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni ta’ Eurofer. |
|
(42) |
Fis-sottomissjoni tal-4 ta’ Mejju 2020, Eurofer argumentat li l-Kummissjoni naqset milli taġġusta l-kostijiet tal-mineral tan-nikil skont l-Artikoli 2(3) u 2(5) tar-Regolament bażiku minkejja li sabet li l-Indoneżja kienet żammet diversi mekkaniżmi li jammontaw għal distorsjonijiet fuq il-mineral tan-nikil kif deskritt fil-premessa (342) tar-Regolament provviżorju. B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, Eurofer irreferiet għall-prattika preċedenti tal-Kummissjoni (9) u għall-ġurisprudenza tad-WTO (10). |
|
(43) |
Kif spjegat fil-premessa (41), il-Kummissjoni ssostitwiet il-prezz tal-mineral tan-nikil influwenzat mir-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi u l-fornituri tagħhom skont l-Artikoli 2(3) u 2(5) tar-Regolament bażiku, jiġifieri ddeterminat il-prezz distakkat tax-xiri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-effett tal-interventi mill-GTI, bħala kwistjoni separata, ġie indirizzat fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku kif deskritt fit-Taqsima 6 tar-Regolament provviżorju u ta’ dan ir-Regolament. |
|
(44) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Eurofer tenniet l-opinjoni tagħha li l-Kummissjoni missha aġġustat il-kostijiet tal-mineral tan-nikil biex tpatti għad-distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Eurofer, l-ewwel nett, sostniet li s-sostituzzjoni tal-kostijiet tal-minerali tan-nikil deskritti fil-premessi (41) u (43) ma twettqitx skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku iżda skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. It-tieni, sostniet li l-Kummissjoni kellha d-dritt li tissostitwixxi l-kostijiet affettwati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, anki fil-kuntest tal-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mis-sħubija tagħha fid-WTO. Għal dan il-għan, Eurofer argumentat li l-aktar ġurisprudenza riċenti tad-WTO (11) ma kinitx teskludi li skont l-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim Anti-dumping tad-WTO l-kostijiet tal-produttur esportatur jistgħu jiġu sostitwiti f’ċirkostanzi oħra apparti t-tnejn imsemmija fl-Artikolu. |
|
(45) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-kostijiet tal-minerali tan-nikil mixtri mingħand fornituri relatati ġew fil-fatt sostitwiti skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kien applikat biss fir-rigward tal-metodoloġija u tat-tranżazzjonijiet użati biex jiġi ddeterminat il-prezz tax-xiri b’distakkament billi r-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi u l-fornituri tagħhom mhux dejjem kienet ċara. It-tieni, kif spjegat fit-taqsima 6 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li, f’dan il-każ, kien xieraq li jiġi impost dazju anti-dumping fil-livell tal-marġni ta’ dannu fejn id-dazju kien inqas mill-marġini ta’ dumping. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-marġni tad-dannu stabbilit għall-produtturi esportaturi Indoneżjani kien tabilħaqq inqas mill-marġni tad-dumping medju ponderat tagħhom. Għalhekk, kwalunkwe żieda ulterjuri fil-kostijiet tal-minerali tan-nikil tkompli biss iżżid il-marġni ta’ dumping u għalhekk tkun mingħajr effett fuq il-livell tal-miżuri. Konsegwentement, il-Kummissjoni sabet li l-affermazzjoni ta’ Eurofer kif deskritta fil-premessa (44) saret irrilevanti. |
|
(46) |
Fir-rigward tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezz distakkat tal-mineral tan-nikil, il-produtturi esportaturi laqgħu l-fatt li l-Kummissjoni bbażat id-determinazzjoni tal-prezz distakkat fuq id-data attwali pprovduta mill-kumpaniji. Madankollu, huma argumentaw li l-metodu applikat mill-Kummissjoni kien sproporzjonat u wassal għal kostijiet esaġerati ta’ distakkament tal-mineral tan-nikil. B’mod partikolari, il-produtturi esportaturi indikaw li l-prezzijiet tax-xiri varjaw b’mod konsiderevoli għall-mineral tan-nikil f’differenza ta’ 0,01 punti perċentwali fil-kontenut tan-nikil. B’konsegwenza ta’ dan, il-produtturi esportaturi ssuġġerew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-kontenut tan-nikil f’żewġ pożizzjonijiet deċimali minflok tuża biss punt deċimali wieħed għall-aġġustament tal-kost. |
|
(47) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u sabet li, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-GCNS, l-unika kumpanija fil-grupp li pprovdiet sett sħiħ ta’ informazzjoni, differenza ta’ 0,01 punti perċentwali fil-kontenut tan-nikil kienet tabilħaqq riflessa fil-prezz tax-xiri tal-mineral tan-nikil. Għalhekk, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u adattat il-kostijiet ta’ distakkament tal-mineral tan-nikil kif xieraq. |
|
(48) |
Il-produtturi esportaturi sostnew ukoll li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi l-prezz distakkat tax-xiri tal-mineral tan-nikil tal-fornitur relatat PT Tsingshan Steel Indonesia (“TSI”) abbażi tax-xiri ta’ mineral tan-nikil minn fornituri mhux relatati. |
|
(49) |
Il-Kummissjoni fakkret li r-raġuni għar-rifjut tal-prezz tax-xiri tal-mineral tan-nikil tal-produtturi esportaturi kienet in-nuqqas ta’ informazzjoni sinifikanti dwar l-istruttura dinjija tal-grupp. Il-fatt li l-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi liema fornituri tal-produtturi esportaturi kienu fil-fatt mhux relatati kien japplika wkoll għall-fornituri ta’ TSI. |
|
(50) |
Madankollu, wara l-bidla fil-prezz distakkat ikkalkulat għall-GCNS kif spjegat fil-premessi (46) u (47), il-Kummissjoni adattat ukoll il-prezz distakkat tax-xiri ta’ TSI billi applikat, għall-valur referenzjarju tal-GCNS, il-proporzjon bejn il-prezz attwali medju mħallas mit-TSI u mill-GCNS. Dan kien ukoll f’konformità mal-kummenti tekniċi tal-produtturi esportaturi dwar determinazzjoni alternattiva tal-prezz distakkat tax-xiri tal-mineral tan-nikil għal TSI. |
|
(51) |
Barra minn hekk, meta eżaminat il-kummenti tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni sabet li fl-istadju provviżorju, hija naqset milli tqis ċerti kostijiet tal-produzzjoni rrapportati minn ITSS fil-kalkolu tal-valur normali. |
|
(52) |
Wara li ġie kkoreġut dan in-nuqqas, l-ebda bejgħ domestiku tal-prodott simili minn ITSS ma kien ta’ profitt. Għalhekk, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali billi żiedet dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili ta’ ITSS matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
|
(53) |
Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali għal ITSS, fis-sottomissjoni tagħha tal-4 ta’ Mejju 2020, Eurofer argumentat li l-Kummissjoni ma kellhiex tikkonkludi r-rappreżentattività u l-profittabbiltà tal-bejgħ domestiku lil klijenti indipendenti fin-nuqqas ta’ struttura dinija komprensiva tal-grupp. |
|
(54) |
Il-Kummissjoni nnotat li fid-dawl tal-korrezzjonijiet fid-determinazzjoni tal-valur normali għal ITSS deskritti fil-premessa (52), il-konklużjonijiet preċedenti tagħha u sussegwentement il-kummenti ta’ Eurofer saru irrilevanti. |
|
(55) |
F’konformità mal-affermazzjonijiet aċċettati u l-kjarifiki pprovduti fil-premessi (39) sa (50) hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (64) sa (72) u (80) sa (85) tar-Regolament provviżorju. L-aspetti tad-determinazzjoni tal-valur normali għal ITSS deskritti fil-premessi (73) sa (79) tar-Regolament provviżorju ġew adattati kif deskritt fil-premessi (51) sa (54). |
3.1.4. Il-Prezz tal-esportazzjoni
|
(56) |
Id-dettalji għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi (86) u (87) tar-Regolament provviżorju. |
|
(57) |
Fis-sottomissjoni tagħha tas-7 ta’ Frar 2020, Eurofer argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tużax il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-klijent ewlieni tal-produtturi esportaturi Indoneżjani fl-Unjoni bħala fatti disponibbli. B’mod partikolari, l-ilmentatur argumenta li l-produtturi esportaturi kienu involuti f’nuqqas ta’ kooperazzjoni ġestita u li kellhom fatti orkestrati disponibbli li jirriżultaw f’determinazzjoni ta’ dumping aktar favorevoli. Eurofer appoġġjat l-aħħar allegazzjoni bis-sekwenza ta’ sottomissjonijiet mill-klijent inkwistjoni. B’mod partikolari, Eurofer indikat li l-klijent issottometta informazzjoni dettaljata dwar il-prezzijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni mill-Indoneżja (sottomissjoni tal-4 ta’ Novembru 2019, numru ta’ referenza t19.005668) biss wara li l-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra tagħha ta’ defiċenza lill-produtturi esportaturi Indoneżjani fit-23 ta’ Ottubru 2019 (numru ta’ referenza t19.005465). Konsegwentement, Eurofer ikkonkludiet li l-produtturi esportaturi Indoneżjani talbu lill-klijent fl-Unjoni biex jipprovdi l-informazzjoni bħala sostitut għall-elenkar tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom stess. |
|
(58) |
L-ilmentatur tenna l-affermazzjonijiet tiegħu deskritti fil-premessa (57) fis-sottomissjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2020. |
|
(59) |
F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi ċċarat li l-klijent fl-Unjoni kkoopera mal-investigazzjoni mill-bidu nett tal-investigazzjoni tagħha. Fit-18 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni staqsiet dwar ir-rieda tal-kumpanija li tissottometti informazzjoni addizzjonali dwar l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina fl-Indoneżja għal kull tranżazzjoni u għal kull tip ta’ prodott (numru ta’ referenza t20.003960). Il-kumpanija bagħtet l-informazzjoni mitluba fil-25 ta’ Ottubru 2019 (numru ta’ referenza t19.005556). Is-sottomissjoni tal-4 ta’ Novembru 2019 imsemmija minn Eurofer intbagħtet mill-klijent fl-Unjoni bħala kjarifika wara mistoqsijiet addizzjonali mill-Kummissjoni. |
|
(60) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-produtturi esportaturi Indoneżjani pprovdew lista sħiħa tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni setgħet tivverifika, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ prodotti, il-kwantitajiet, il-valuri u d-destinazzjoni ta’ dak il-bejgħ. Madankollu, peress li n-negozjanti relatati f’pajjiżi terzi involuti fil-bejgħ tal-esportazzjoni ma kkooperawx mal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni abbażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom lill-ewwel klijent indipendenti. F’dan il-każ, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-informazzjoni diġà disponibbli fil-fajl issumplimentata b’informazzjoni dettaljata għal kull tranżazzjoni u għal kull tip ta’ prodott sottomessa mill-klijent tal-Unjoni. |
|
(61) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qabblet dawk il-prezzijiet mal-istatistika uffiċjali tal-Eurostat dwar il-kummerċ u sabet li l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ unità determinati mis-sorsi kollha disponibbli kienu simili ħafna. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat l-informazzjoni pprovduta mill-klijent ewlieni fl-Unjoni bħala adatta biex tintuża bħala fatti disponibbli. |
|
(62) |
Għalhekk, l-affermazzjonijiet li saru minn Eurofer deskritti fil-premessi (57) u (58) ġew miċħuda. |
|
(63) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment addizzjonali dwar il-prezz tal-esportazzjoni għajr dawk diġà koperti mill-premessi (56) sa (62) ta’ hawn fuq, il-premessi (86) sa (87) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3.1.5. Il-paragun
|
(64) |
Id-dettalji dwar it-tqabbil tal-valur normali u tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi (88) sa (89) tar-Regolament provviżorju. |
|
(65) |
Fis-sottomissjoni tal-4 ta’ Mejju 2020, Eurofer argumentat li l-Kummissjoni ma kinitx siltet konklużjonijiet xierqa min-nuqqas ta’ kooperazzjoni tan-negozjanti relatati involuti fil-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Indoneżjani sa fejn kien jikkonċerna d-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għal paragun. B’mod partikolari, Eurofer argumentat li l-Kummissjoni ma kellhiex toqgħod b’għajnejha magħluqa fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi dwar it-trasport, l-immaniġġar u t-tagħbija, u konċessjonijiet oħra (bħall-kummissjonijiet, il-kostijiet ta’ kreditu, il-kostijiet bankarji, il-konverżjoni tal-munita). |
|
(66) |
Barra minn hekk, Eurofer esprimiet dubji dwar it-tnaqqis mill-prezz tal-esportazzjoni tal-SG&A u l-profitt tan-negozjanti relatati involuti fil-bejgħ tal-esportazzjoni peress li l-identità u r-relazzjoni tagħhom mal-produtturi esportaturi ma setgħux jiġu vverifikati. |
|
(67) |
Fl-aħħar nett, Eurofer sostniet li l-Kummissjoni kellha tiddivulga l-identità tan-negozjant relatat li l-Kummissjoni użat ir-rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament tiegħu biex tiddetermina l-SG&A li kellhom jitnaqqsu mill-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(68) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li hija ma ttrattatx lill-produtturi esportaturi Indoneżjani b’mod aktar favorevoli meta użat il-fatti disponibbli jew minn sorsi pubbliċi jew ipprovduti mill-produtturi esportaturi stess. Il-Kummissjoni fakkret li biex tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni għall-finijiet ta’ tqabbil mal-valur normali, jiġifieri fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, hija naqqset mill-prezz tal-esportazzjoni fil-livell CIF, stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-klijent fl-Unjoni, il-kummissjoni tan-negozjant mhux relatat involut fil-bejgħ tal-esportazzjoni, l-SG&A ta’ diversi negozjanti relatati involuti fil-bejgħ tal-esportazzjoni, il-profitt ta’ importatur mhux relatat, il-ġarr tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u t-tagħbija fl-Indoneżja, it-trasport fl-Indoneżja, u l-kostijiet ta’ kreditu għal kull tranżazzjoni ta’ esportazzjoni individwalment. |
|
(69) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni naqqset, għal kull tranżazzjoni, l-SG&A tan-negozjanti kollha relatati involuti fil-bejgħ tal-esportazzjoni għalkemm il-produtturi esportaturi sostnew li mhux kollha kienu involuti f’kull kanal tal-bejgħ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqqset il-kostijiet ta’ kreditu abbażi tar-rati tal-imgħax Indoneżjani u t-tul medju tal-kreditu kummerċjali riċevut mill-klijent fl-Unjoni għalkemm il-produtturi esportaturi Indoneżjani ma pprovdew l-ebda kreditu kummerċjali meta esportaw lejn l-Unjoni. F’dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kreditu għall-esportazzjoni seta’ ġie pprovdut minn wieħed min-negozjanti relatati involuti fil-bejgħ tal-esportazzjoni. |
|
(70) |
Fir-rigward tal-identità tan-negozjant relatat li r-rapport finanzjarju tiegħu ntuża biex jiġu ddeterminati l-SG&A, irid jiġi nnotat li l-produtturi esportaturi kkunsidraw li l-identità tagħhom kienet informazzjoni sensittiva. Għalhekk, il-Kummissjoni ma ddivulgatx din l-informazzjoni fir-Regolament provviżorju. |
|
(71) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (68) sa (70), il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni ta’ Eurofer. |
|
(72) |
Il-produtturi esportaturi sostnew li l-aġġustament għall-prezz tal-esportazzjoni għall-SG&A ta’ negozjanti relatati li jinsabu barra mill-Unjoni ma kienx iġġustifikat jew alternattivament, li dak l-aġġustament kellu jiġi kkalkulat b’mod differenti. Il-Kummissjoni aċċettat il-kalkolu alternattiv propost tal-aġġustament inkwistjoni u adattat il-prezz tal-esportazzjoni kif xieraq. Peress li l-aġġustament kien jikkonċerna data kunfidenzjali tan-negozju tal-produtturi esportaturi, id-dettalji ġew iddivulgati lill-produtturi esportaturi f’divulgazzjoni definittiva speċifika għall-kumpaniji. |
|
(73) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment addizzjonali dwar it-tqabbil tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (87) sa (88) tar-Regolament provviżorju sa fejn kien jikkonċerna l-aġġustamenti tal-valur normali ġew ikkonfermati. |
3.1.6. Il-marġnijiet tad-dumping
|
(74) |
Kif iddettaljat fil-premessi (32) sa (73), il-Kummissjoni qieset il-kummenti tal-partijiet interessati u kkalkulat mill-ġdid il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi Indoneżjani. |
|
(75) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi, mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(76) |
Il-kalkoli tal-marġnijiet tad-dumping individwali wara l-korrezzjonijiet u l-aġġustamenti li saru wara l-kummenti tal-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni provviżorja, ġew iddivulgati lill-produtturi esportaturi Indoneżjani. |
3.2. Ir-RPĊ
3.2.1. Kummenti preliminari
|
(77) |
Kif spjegat fil-premessi (95) sa (99) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun — Zhenshi Group Eastern Special Steel Co., Ltd. (“Zhenshi”). Il-Kummissjoni ma setgħetx tirrikonċilja diversi ċifri li kienu kruċjali għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping individwali tal-kumpanija, bħall-volumi tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott, il-konsum tal-inputs tal-enerġija, l-allokazzjoni tal-prodotti sekondarji u l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kontijiet awditjati, mal-kontijiet tal-ġestjoni tal-kostijiet u mad-data fl-applikazzjonijiet interni tal-IT użati. |
|
(78) |
Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni pprovduta ma kinitx affidabbli u ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu tal-produttur esportatur. Dan irriżulta fl-impożizzjoni tal-marġnijiet residwi għall-kumpanija inkwistjoni fl-istadju provviżorju. |
|
(79) |
Fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni provviżorja, Zhenshi kkummentat mill-ġdid dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li timponi d-dazju residwu. Il-kumpanija sostniet li irrispettivament min-nuqqas tagħhom li jipprovdu data xierqa għall-kalkolu tal-valur normali, il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha d-data vverifikata kollha dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni meħtieġa biex tikkalkula marġni tad-dannu individwali. F’dan ir-rigward, il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tirrikorri għall-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku peress li “fejn l-informazzjoni ppreżentata minn parti interessata ma tkunx ideali f'kull rispett, kwalunkwe defiċenza ma tkunx tali li tikkawża diffikultà mhux dovuta sabiex issir konklużjoni raġonevolment preċiża”. |
|
(80) |
Wara l-eżami ta’ din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet, skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku, li tikkalkula kemm marġni individwali ta’ dumping kif ukoll marġni tad-dannu għal Zhenshi abbażi tal-fatti disponibbli. |
|
(81) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-marġni tad-dumping, intużat data vverifikata dwar il-prezz tal-esportazzjoni tal-kumpanija biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. Għal kull tip ta’ prodott esportat minn Zhenshi, il-valur normali użat għall-kalkolu ttieħed minn wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra Ċiniżi li kkooperaw. Fejn il-valur normali għal dan it-tip ta’ prodott partikolari kien jeżisti fiż-żewġ kumpaniji inkwistjoni, intużat l-ogħla ċifra miż-żewġ ċifri. Dan instab li kien metodoloġija raġonevoli minħabba li Zhenshi ma pprovdietx biżżejjed data għall-kalkolu tal-valur normali tagħhom. Fejn, għal tip ta’ prodott partikolari, il-valur normali ma kienx jeżisti f’xi waħda miż-żewġ kumpaniji, il-valur normali użat kien dak tat-tip ta’ prodott li l-aktar li jixbah lit-tip ta’ prodott esportat minn Zhenshi. Imbagħad, il-valuri normali ġew imqabbla, għal kull tip ta’ prodott, mal-prezzijiet tal-esportazzjoni aġġustati għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif ipprovdut minn Zhenshi u ġew ivverifikati matul iż-żjara ta’ verifika. |
|
(82) |
Bħala riżultat tal-kalkolu ta’ hawn fuq, il-marġni tad-dumping individwali għal Zhenshi, espress bħala l-perċentwal tal-valur CIF tal-kumpanija stess, ġie stabbilit f’livell ta’ 71,7 %. |
|
(83) |
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, peress li l-marġni tad-dumping tal-kumpanija kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli, dan ma ntużax għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping medju ponderat għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. |
|
(84) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkalkula marġni ta’ dumping individwali għal Zhenshi ġiet ikkontestata minn Eurofer fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni finali. L-ilmentatur oġġezzjona għall-bidla fil-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-divulgazzjoni finali, filwaqt li indika li l-esportatur Ċiniż tenna biss l-argumenti preċedenti tiegħu u ma pprovda l-ebda informazzjoni ġdida. Skont l-ilmentatur, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod ċar fl-istadju proviżorju li ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat marġni ta’ dumping individwali għal Zhenshi minħabba li diversi ċifri ewlenin ma setgħux jiġu rikonċiljati mal-kontijiet awditjati, mal-kontijiet ta’ ġestjoni u mal-bażijiet ta’ data tal-IT tal-kumpanija. |
|
(85) |
Eurofer argumentat ukoll li kalkolu tal-marġni ta’ dumping għandu jkun ibbażat fuq id-data tal-kumpanija stess, għall-kuntrarju tal-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni fl-istadju definittiv. |
|
(86) |
Fl-aħħar nett, l-ilmentatur qajjem dubji dwar kif il-Kummissjoni setgħet aċċettat il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Zhenshi, meta r-rispons għall-kwestjonarju ma setax jiġi rikonċiljat mal-kontijiet awditjati. |
|
(87) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni għadha ssostni l-konklużjoni tagħha li l-ebda kalkolu ta’ valur normali ma kien possibbli fuq il-bażi tad-data pprovduta minn Zhenshi. Il-problema ta’ rikonċiljazzjoni taċ-ċifri kkonċernat il-produzzjoni, l-istokkijiet, il-kostijiet u l-konsum tal-input biss fil-livell tal-allokazzjoni għat-tipi differenti tal-prodotti, u b’hekk il-kalkolu tal-valur normali kien impossibbli. Madankollu Zhenhi pprovdiet, u l-Kummissjoni setgħet tivverifika, l-elementi kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(88) |
It-tieni, wara d-divulgazzjoni provviżorja l-kumpanija ħarġet b’argument validu ġdid — peress li l-Kummissjoni ammettiet li setgħet tivverifika d-data dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni, marġni ta’ dannu individwali seta’ jiġi kkalkulat. Il-Kummissjoni qablet ma’ dan l-argument u sussegwentement ikkalkulat marġni ta’ dannu individwali u, konsegwentement, marġni ta’ dumping skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(89) |
Għall-kuntrarju ta’ dak li qalet Eurofer, mhuwiex rari li l-valur normali ta’ kumpanija ma jkunx ibbażat fuq id-data ppreżentata mill-produttur esportatur. Il-Kummissjoni tista’ tuża l-fatti disponibbli, inkluża data minn sorsi oħra, jekk l-informazzjoni pprovduta, pereżempju, ma tkunx affidabbli. |
|
(90) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku u kif jidher ċar mill-premessa (81), il-valur normali ta’ Zhenshi huwa bbażat fuq il-fatti disponibbli, li huwa valutazzjoni oġġettiva. F’dan il-każ speċifiku, din il-valutazzjoni wasslet għal marġni ta’ dumping individwali fil-medja tal-kumpaniji Ċiniżi u għall-marġni ta’ dannu l-aktar baxx, minħabba l-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-kumpanija. |
|
(91) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma sabet ebda raġuni biex tirrifjuta d-data tal-bejgħ u tal-fatturat tal-kumpanija jew biex tirrifjuta ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni mill-kalkolu. Minkejja problemi bl-allokazzjoni tal-kostijiet u tal-inputs għat-tipi tal-prodott prodott, id-data tal-bejgħ u tal-fatturat tal-esportazzjoni setgħet tiġi vverifikata u rikonċiljata mal-kontijiet awditjati tal-kumpanija u wkoll b’dokumenti esterni oġġettivi bħad-dikjarazzjonijiet tal-VAT, id-dikjarazzjonijiet doganali, dokumenti reali tat-trasport u tal-assigurazzjoni. |
|
(92) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq fil-premessi (87) sa (91), l-argumenti tal-ilmentatur kontra l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku fir-rigward taz-Zhenshi ġew miċħuda. |
3.2.2. Il-valur normali
3.2.2.1.
|
(93) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fil-pajjiż tal-oriġini esklussivament fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(94) |
Il-premessi (103) sa (157) tar-Regolament provviżorju taw dettalji dwar l-eżami tal-evidenza kollha disponibbli dwar l-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha inġenerali kif ukoll fis-settur tal-azzar, u b’hekk urew li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tax-xogħol, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għaliex dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(95) |
Fuq din il-bażi, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ma kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(96) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku waslu mingħand il-GTĊ u mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi FSS. |
|
(97) |
Iż-żewġ partijiet interessati sostnew li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mar-regoli tad-WTO, jiġifieri mal-Artikolu VI.1(b) tal-GATT u mal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (“ADA”) u li r-Regolament bażiku jintroduċi kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” li mhuwiex elenkat fl-Artikolu 2.2 tal-ADA bħala waħda miċ-ċirkostanzi biex jinħadem valur normali. Barra minn hekk, billi jirreferi għal kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv, jew għal prezzijiet, kostijiet jew valuri referenzjarji internazzjonali, il-valur normali maħdum fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku allegatament imur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu VI.1(b) tal-GATT u l-Artikolu 2.2 tal-ADA li jirrikjedu l-użu tal-kostijiet fil-pajjiż ta’ oriġini. |
|
(98) |
Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (95) li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma qablitx mas-sottomissjoni tal-partijiet interessati li l-Kummissjoni trid ma tapplikax l-Artikolu 2(6a). Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Artikolu 2(6a) huwa applikabbli u jrid jiġi applikat fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li din id-dispożizzjoni hija konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li, kif iċċarat f’DS473 EU-Biodiesel (l-Arġentina), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. |
|
(99) |
Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (12) ma jistax jiġi kkwalifikat bħala r-“rapport” li skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jenħtieġ li “jiġi prodott, isir pubbliku u jiġi aġġornat regolarment”. Il-GTĊ sostna wkoll li d-dokument mhuwiex rappreżentattiv sew u jiddevja b’mod sever mill-fatti. |
|
(100) |
Barra minn hekk, il-GTĊ osserva li dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ dak it-tip inħareġ biss fir-rigward taċ-Ċina u ma saret l-ebda evalwazzjoni tas-suq bħal din għal pajjiżi oħra inkluż il-pajjiż rappreżentattiv fl-investigazzjoni jew l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Skont il-GTĊ dan qajjem tħassib dwar il-prinċipji tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit (“MFN”) u dwar it-Trattament Nazzjonali (“NT”). |
|
(101) |
Bi tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li r-rapport sar disponibbli pubblikament f’Diċembru 2017 sabiex kwalunkwe parti interessata jkollha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li fuqha huwa bbażat. Il-GTĊ żamm lura milli jirribatti jew jikkummenta dwar is-sustanza u l-evidenza li tinsab fir-rapport sa mir-rilaxx tiegħu f’Diċembru 2017. Il-GTĊ naqas ukoll milli jipprovdi evidenza li r-rapport issa huwa skadut. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota b’mod partikolari li d-dokumenti ewlenin ta’ politika u l-evidenza li hemm fir-rapport, inklużi primarjament il-pjanijiet rilevanti ta’ ħames snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott ikkonċernat matul il-PI, għadhom rilevanti. Rigward it-tħassib dwar id-diskriminazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar li, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, tali rapport jenħtieġ li jinħareġ għal kwalunkwe pajjiż biss meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’ċertu pajjiż jew settur f’dak il-pajjiż. Mal-approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni kellha tali indikazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra rapporti simili dwar pajjiżi oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(102) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna l-affermazzjoni tiegħu fir-rigward tal-istatus tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni msemmi fil-premessa (99), it-trattament diskriminatorju taċ-Ċina u l-ksur allegat tal-klawżoli MFN u NT u l-inkonsistenza tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-Artikolu 2.2 tal-ADA. Madankollu, ma ġew ippreżentati l-ebda argumenti jew evidenza ġodda li jistgħu jibdlu ċ-ċaħda provviżorja tal-Kummissjoni ta’ dawn l-affermazzjonijiet jew il-konklużjonijiet fil-premessa (101) hawn fuq. |
|
(103) |
Fl-istess sottomissjoni, il-GTĊ sostna li r-rapport ġie rilaxxat bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal, u ma kien hemm l-ebda evidenza jew sinjal li jindika li d-dokument kien approvat mill-Kummissjoni mal-pubblikazzjoni tiegħu jew wara. Peress li ma għandux l-approvazzjoni formali tal-Kummissjoni u huwa ppubblikat bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal, jinħolqu dubji serji dwar jekk tali dokument jistax jitqies bħala l-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni u jekk l-istatus legali tiegħu jissodisfax ir-rekwiżit tar-Regolament Bażiku 2(6a) tat-tfassil, tal-pubblikazzjoni u tal-aġġornament tar-rapporti tal-Kummissjoni. |
|
(104) |
Ir-rapport huwa dokument tekniku bbażat fuq il-fatti li jintuża biss fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ. Għalhekk jinħareġ bħala Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni peress li huwa purament deskrittiv u ma jesprimi l-ebda opinjoni politika, preferenzi jew ġudizzji. Dan ma jaffettwax il-kontenut tiegħu, jiġifieri s-sorsi ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija Ċiniża rilevanti għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku. F’din l-investigazzjoni, ir-rapport, inkluża l-evidenza li tinsab fih, huwa parti mill-evidenza fil-fajl li tiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a). Il-GTĊ ma pprovda l-ebda evidenza li l-informazzjoni fir-rapport mhijiex valida jew ma tapplikax għal din l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ il-Kummissjoni tfakkar li l-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż mhijiex kundizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) peress li l-Artikolu 2(6a)(c) jiddikjara li, fejn xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproduċi, tippubblika u taġġorna rapport regolarment. Dak li jgħodd għall-applikazzjoni tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa s-sejbiet li f’dan il-każ jeżistu distorsjonijiet sinifikanti, kif inhu fil-każ ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(105) |
Fl-istess sottomissjoni, il-GTĊ qajjem il-kwistjoni ta’ allegata inkonsistenza tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA peress li l-Kummissjoni rrifjutat l-ispejjeż tal-kumpaniji Ċiniżi mingħajr ma ddeterminat li r-rekords tagħhom inżammu f’konformità mal-prinċipji tal-kontabbiltà ġeneralment aċċettati taċ-Ċina, jew jekk ir-rekords jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni. |
|
(106) |
Kif spjegat hawn fuq fil-premessi (93) sa (98), il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) ta’ dak l-Artikolu. Il-kumpaniji Ċiniżi ngħataw l-opportunità jikkummentaw iżda ma pprovdew l-ebda kumment rilevanti. Għalhekk, jekk ir-rekords tal-kumpaniji Ċiniżi kinux miżmuma skont il-prinċipji tal-kontabbiltà ġeneralment aċċettati taċ-Ċina, jew jekk ir-rekords jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni, ma jaffettwax il-konklużjoni dwar l-applikazzjoni tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(107) |
Fl-aħħar nett, il-GTĊ sostna li l-investigazzjoni saret fuq is-suppożizzjoni li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-suq u s-settur Ċiniż ikkonċernat u li l-partijiet interessati ma kellhomx l-opportunità jiddefendu l-interessi tagħhom u jagħtu prova li r-rekords tagħhom jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(108) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-allegati distorsjonijiet tas-suq fir-RPĊ u dwar l-applikazzjoni potenzjali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Xi wħud mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kkummentaw dwar l-allegati distorsjonijiet tas-suq fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju u sottomissjonijiet separati. Il-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward ġew indirizzati fil-premessi (111) sa (113) tar-Regolament provviżorju u fil-premessi (98) sa (101) hawn fuq. Il-GTĊ ma użax l-opportunità li jikkummenta dwar l-allegati distorsjonijiet tas-suq fiż-żmien stipulat fit-Taqsima 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu (13) u ma weġibx għall-kwestjonarju b’mistoqsijiet speċifiċi dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, mibgħut fit-12 ta’ Awwissu 2019. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(109) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi (103) sa (159) tar-Regolament provviżorju. |
3.2.2.2.
|
(110) |
Kif spjegat fil-premessi (160) sa (178) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni għażlet b’mod provviżorju lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’din il-proċedura, li jissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(111) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-utent Marcegaglia — ikkummenta dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Huwa sostna li l-Brażil mhuwiex pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li hemm biss produttur wieħed kbir tal-prodott li qed jiġi investigat li huwa integrat vertikalment u li qed imexxi s-suq, peress li jikkontrolla l-katina kollha tal-provvista, mill-produzzjoni taċ-ċangaturi sad-distribuzzjoni tal-prodotti downstream. Barra minn hekk, l-utent sostna li s-suq tal-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli Brażiljan huwa protett minn diversi miżuri anti-dumping. |
|
(112) |
Il-Kummissjoni ddivulgat l-analiżi tagħha dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv f’żewġ noti konsekuttivi (14). Dawn in-noti infurmaw lill-partijiet interessati dwar il-kriterji użati fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv u l-alternattivi possibbli. Il-partijiet interessati ġew imħeġġa jikkummentaw dwar l-għażla tal-Kummissjoni u jressqu l-proposta tagħhom stess tal-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq. Marcegaglia ma ressqet l-ebda sottomissjoni f’dan ir-rigward. |
|
(113) |
Madankollu, l-allegata pożizzjoni dominanti ta’ xi kumpaniji jew l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv fir-rigward tas-settur tal-prodott li qed jiġi investigat mhijiex rilevanti fl-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv. Biex ħadmet il-valuri referenzjarji, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjoni Brażiljani għall-materja prima, il-materjali awżiljarji u l-inputs tal-enerġija — inklużi l-fatturi ta’ produzzjoni użati għall-produzzjoni taċ-ċangaturi jew għall-produzzjoni ta’ inputs upstream oħra bħall-kokk metallurġiku, is-sinter jew il-ħadid imdewweb. Dawn l-inputs jintużaw minn ħafna setturi fil-pajjiż rappreżentattiv u għalhekk l-allegata kompetizzjoni interna limitata fis-suq tal-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli jew il-protezzjoni tiegħu permezz ta’ miżuri anti-dumping ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prezz medju tal-importazzjoni tal-inputs inkwistjoni. |
|
(114) |
Marcegaglia indikat ukoll li l-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv huwa relatat ma’ wieħed mill-ilmentaturi. |
|
(115) |
Tabilħaqq, il-produttur fil-Brażil, Aperam Inox America do Sul S.A., huwa relatat mal-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun Aperam Stainless Belgium. Madankollu, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li din ir-relazzjoni kellha effett distorsiv fuq l-SG&A u l-profitt tal-kumpanija Brażiljana. |
|
(116) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjoni ta’ Marcegaglia ġiet miċħuda u l-premessi (160) sa (178) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.2.3.
|
(117) |
Is-sorsi użati mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni fil-kalkolu tal-kostijiet diretti tal-manifattura ġew elenkati fil-premessi (179) sa (183) tar-Regolament provviżorju. |
|
(118) |
F’dan ir-rigward, l-ilmentatur issottometta affermazzjoni dwar l-użu tal-istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) għall-istabbiliment ta’ kost lavorattiv mingħajr distorsjoni. Eurofer sostniet li peress li l-kostijiet lavorattivi huma ħafna ogħla fl-industrija tal-azzar Brażiljana milli fis-settur tal-manifattura b’mod ġenerali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-istatistika disponibbli pubblikament ippubblikata mill-assoċjazzjoni tal-azzar Brażiljana. L-ilmentatur issottometta din l-istatistika. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni analizzat l-istatistika pprovduta bħala appoġġ għal din l-affermazzjoni. Ir-rapport tal-Istitut tal-Azzar tal-Brażil, li jipprovdi informazzjoni dwar is-salarji totali, l-ispejjeż soċjali u l-impjieg totali tas-settur, imressaq minn Eurofer b’appoġġ għall-affermazzjoni tagħha, jagħmel distinzjoni bejn il-ħaddiema rreġistrati totali, il-ħaddiema attwalment attivi u l-ħaddiema sottokuntrattati. Peress li r-rapport għandu biss ċifri mhux ipproċessati, mingħajr deskrizzjoni tal-metodoloġija, mhuwiex ċar kif iċ-ċifri totali tal-“pagi” u tal-ispejjeż soċjali jistgħu jkunu marbuta man-numru ta’ impjegati. Għall-impjegati sottokuntrattati, ma hemm l-ebda informazzjoni dwar il-livell ta’ benefiċċji soċjali u s-sigħat medji tax-xogħol. Barra minn hekk, il-kost lavorattiv medju għas-settur tal-azzar, kif ikkalkulat minn Eurofer fis-sottomissjoni tagħha, huwa kważi erba’ darbiet ogħla mill-kost lavorattiv ikkalkulat b’mod provviżorju mill-Kummissjoni abbażi tal-istatistika uffiċjali tal-ILO dwar is-settur tal-manifattura fil-Brażil. Anke bl-aktar approċċ konservattiv u filwaqt li jitqies in-numru totali ta’ impjegati, l-istatistika tal-assoċjazzjoni tal-azzar Brażiljana tindika salarju għal kull siegħa għas-settur tal-azzar li bħala medja huwa kważi 20 % ogħla minn dak fis-settur finanzjarju u 50 % ogħla minn dak fis-settur tal-IT fil-Brażil, meta mqabbel maċ-ċifri pprovduti mill-istatistika uffiċjali tal-ILO. Għalhekk, peress li ċ-ċifri pprovduti minn Eurofer ma setgħux jintużaw bħala bażi għal kost lavorattiv stmat fis-siegħa, u mingħajr ma kienet taf il-metodoloġija li tinsab warajhom, il-Kummissjoni sabt li dan huwa sors inqas affidabbli mill-istatistika tal-ILO għall-kalkolu tal-kost lavorattiv. |
|
(120) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjoni ta’ Eurofer ġiet miċħuda u l-premessi (179) sa (183) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.2.4.
|
(121) |
Lista tal-fatturi ta’ produzzjoni użati għall-istabbiliment tal-kostijiet diretti mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-valur mingħajr distorsjoni tagħhom, u l-metodoloġija tal-kalkolu tagħhom, ġew ipprovduti fil-premessi (185) sa (200) tar-Regolament provviżorju. |
|
(122) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi — FSS u STSS — issottomettew diversi affermazzjonijiet fir-rigward tal-premessi msemmija hawn fuq. |
|
(123) |
Iż-żewġ partijiet interessati sostnew li għal diversi fatturi ta’ produzzjoni, il-valur mingħajr distorsjoni tal-valuri referenzjarji huwa għoli wisq, li jista’ jirriżulta mill-użu ta’ kodiċijiet doganali Brażiljani b’mod ġenerali wisq u b’hekk ma jitqabbilx l-istess input jew jitqabbel volum żgħir ħafna tal-importazzjonijiet Brażiljani ma’ volum ferm akbar tal-input ikkunsmat mill-produtturi Ċiniżi. |
|
(124) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati min-Nota tal-10 ta’ Ottubru dwar il-kodiċijiet doganali li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tuża bħala l-valuri referenzjarji għall-valuri mingħajr distorsjoni għall-fatturi kollha ta’ produzzjoni. Il-partijiet interessati kellhom ukoll aċċess għall-volumi u l-valuri tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv korrispondenti peress li l-estrazzjoni mill-istatistika doganali Brażiljana kienet mehmuża man-nota. F’dak l-istadju, ma wasal l-ebda kumment. |
|
(125) |
Barra minn hekk, il-fatturi kollha ta’ produzzjoni ġew diskussi fid-dettall matul iż-żjarat ta’ verifika fil-kumpaniji inkwistjoni. Dan kien jinkludi diskussjoni dwar il-kompożizzjoni eżatta ta’ input partikolari u l-kodiċi SA propost, ikkoreġut fejn applikabbli bi qbil mal-kumpanija. |
|
(126) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma qabblitx il-volumi ta’ importazzjonijiet lejn il-pajjiż rappreżentattiv mal-volumi mixtrija u kkunsmati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi għall-inputs speċifiċi. Il-volumi importati fil-Brażil jistgħu jkunu iżgħar iżda xorta kienu kkunsidrati bħala rappreżentattivi. |
|
(127) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet li jikkonċernaw il-valuri referenzjarji ġew miċħuda, ħlief għal żewġ fatturi ta’ produzzjoni, fejn wara analiżi ulterjuri l-Kummissjoni tabilħaqq qablet li l-volumi importati jistgħu jkunu negliġibbli wisq biex ikunu rappreżentattivi. |
|
(128) |
Għall-mineral tal-ħadid il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ lura għal valur referenzjarju internazzjonali bbażat fuq il-kwotazzjoni medja tal-prezz tal-IP għall-mineral tal-ħadid minn Fast Markets. Għall-ossiġenu, minħabba s-sehem negliġibbli ta’ dan l-input fil-kostijiet tal-manifattura, il-Kummissjoni ddeċidiet li tittrasferixxi l-kost tiegħu fuq l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. Il-kalkolu dettaljat tal-valur referenzjarju ġdid tal-mineral tal-ħadid u l-lista aġġornata tal-fatturi ta’ produzzjoni ttrasferiti fuq l-ispejjeż ġenerali huma elenkati fid-divulgazzjonijiet finali speċifiċi għall-kumpaniji. |
|
(129) |
Iż-żewġ partijiet interessati sostnew ukoll li l-kostijiet mingħajr distorsjoni ma kinux jirriflettu l-kostijiet fiċ-Ċina. Il-kumpaniji sostnew li fil-prinċipju, it-trasport internazzjonali tal-merkanzija, l-assigurazzjoni u d-dazji doganali jenħtieġ li jiżdidux mal-valur referenzjarju maħdum għall-inputs li nxtraw domestikament mill-produtturi Ċiniżi. |
|
(130) |
L-FSS sostniet ukoll li anke jekk it-trasport tal-merkanzija u l-assigurazzjoni jiġu miżjuda, ikun illoġiku li l-aġġustament jiġi bbażat fuq iċ-ċifri tat-trasport tal-merkanzija u tal-assigurazzjoni miksuba mill-esportaturi Ċiniżi, billi dawn jirreferu għall-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni, filwaqt li jenħtieġ li jsir aġġustament għall-prezz FOB fuq il-fruntiera Brażiljana lejn il-bini tal-produttur. |
|
(131) |
STSS kompliet tikkontesta ċ-ċifra reali li ntużat għall-aġġustament tal-kostijiet tat-trasport domestiku u pprovdiet kalkolu alternattiv ibbażat fuq id-data reali tal-kumpanija. |
|
(132) |
Fl-aħħar nett, STSS ikkontestat l-esklużjoni tad-data dwar l-esportazzjoni Ċiniża mit-tliet valuri referenzjarji li kienu bbażati fuq l-istatistika tal-esportazzjoni minflok fuq l-istatistika tal-importazzjoni, jiġifieri l-valuri referenzjarji għall-ferro-molibdenu, il-ħadid imdewweb u ċ-ċangaturi tal-azzar inossidabbli. |
|
(133) |
Il-kalkolu tal-kostijiet u tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għandu l-għan li jirrifletti sitwazzjoni fejn l-inputs inkwistjoni jiġu kkunsinjati fil-bini tal-produttur. Peress li l-bażi biex jinħadem il-valur referenzjarju huwa l-prezz tal-importazzjoni fil-fruntiera tal-pajjiż rappreżentattiv, is-sors reali tiegħu għal produttur fiċ-Ċina huwa irrilevanti. Bħal fil-każ tal-Brażil, GTA tirrapporta prezzijiet tal-importazzjoni f’livell FOB, filwaqt li jridu jiżdiedu t-trasport internazzjonali tal-merkanzija u l-assigurazzjoni biex jintlaħaq il-livell CIF. Barra minn hekk, iridu jiżdiedu d-dazji doganali u l-kostijiet tat-trasport domestiku biex jintlaħaq il-prezz fil-bini tal-produttur. Għalhekk, l-affermazzjoni ewlenija dwar il-metodoloġija tal-kalkolu tal-valuri referenzjarji ġiet miċħuda. |
|
(134) |
Madankollu, il-Kummissjoni ħadet nota tal-affermazzjoni ta’ FSS dwar il-metodoloġija tal-aġġustament għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija u l-assigurazzjoni u ddeċidiet li terġa’ lura għall-Bażi tad-Data tal-OECD dwar il-Kostijiet Internazzjonali tat-Trasport u tal-Assigurazzjoni (15) sabiex tikkalkula l-FOB medju għall-marġni CIF għall-Brażil għall-inputs kollha inkwistjoni. Konsegwentement, sabiex jintlaħaq il-livell CIF, il-valuri tal-importazzjoni tal-FOB fil-Brażil żdiedu b’8,58 %. Id-dettalji ta’ dan il-kalkolu u deskrizzjoni tal-metodoloġija huma pprovduti lill-partijiet interessati fid-divulgazzjoni finali speċifika. |
|
(135) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FSS indika li waqt id-divulgazzjoni provviżorja kien ikkontesta l-metodoloġija tal-Kummissjoni dwar kif inħadmu l-parametri referenzjarji, fejn sar aġġustament biex instab il-kost mal-iżbark fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni kienet fehmet ħażin l-affermazzjoni tagħha fl-istadju provviżorju billi kkoreġiet biss il-kalkolu tal-kostijiet tat-trasport internazzjonali u tal-assigurazzjoni. |
|
(136) |
Il-Kummissjoni kienet fehmet l-affermazzjoni ewlenija tal-kumpanija u indirizzatha fil-premessa (133) hawn fuq. Kif spjegat f’dik il-premessa, mhuwiex rilevanti fil-kalkolu tal-parametri referenzjarji jekk il-produttur Ċiniż fil-fatt xtarax domestikament jew importax l-inputs inkwestjoni. Biex il-kost tal-input ikun sal-bini ta’ kumpanija fil-pajjiż rappreżentattiv, irid isir aġġustament tal-valur CIF fuq il-fruntiera. |
|
(137) |
L-affermazzjoni ta’ STSS li tikkonċerna l-kalkolu tat-trasport domestiku ġiet miċħuda. Madankollu, minħabba l-kunfidenzjalità tad-data tingħata spjegazzjoni aktar dettaljata fid-divulgazzjoni speċifika tal-kumpanija. |
|
(138) |
Fl-aħħar nett, l-esklużjoni tal-esportazzjonijiet lejn ir-RPĊ mit-tliet valuri referenzjarji stabbiliti fuq il-bażi tal-istatistika tal-esportazzjoni Brażiljana, Iranjana u tal-Korea t’Isfel, kif deskritt fil-premessa (192) tar-Regolament provviżorju, kienet meħtieġa u ġġustifikata. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni sabiex jinħadem il-valur normali. F’dan il-każ partikolari ma kienx possibbli li jintużaw importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv, minħabba li ma kienet teżisti l-ebda importazzjoni jew inkella l-valuri referenzjarji tqiesu mhux rappreżentattiv minħabba restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni jew minħabba l-kwantitajiet negliġibbli importati u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża data dwar l-esportazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li kien meħtieġ li l-esportazzjonijiet lejn ir-RPĊ jiġu esklużi minħabba li ma kien hemm l-ebda evidenza li d-distorsjonijiet fir-RPĊ ma affettwawx ukoll dawk il-prezzijiet. Tabilħaqq, meta l-produtturi minn pajjiżi terzi jkunu jridu jkunu kompetittivi fis-suq Ċiniż, l-ipprezzar tagħhom se jirrifletti l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-suq domestiku Ċiniż. |
|
(139) |
Affermazzjoni addizzjonali minn STSS kienet tikkonċerna l-metodoloġija ta’ kalkolu tal-aġġustament għad-dħul minn prodotti sekondarji, li ma jintużawx mill-ġdid fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Skont il-kumpanija, dan id-dħul jenħtieġ li jiġi kkalkulat ukoll b’parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni u jenħtieġ li jitnaqqas direttament mill-kost tal-manifattura minflok jitnaqqas mill-valur normali maħdum. |
|
(140) |
Fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali billi naqqset il-valur mingħajr distorsjoni ta’ ċerti prodotti sekondarji li ma ntużawx mill-ġdid fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat iżda li nbiegħu mill-kumpanija. Sabiex jinkiseb dan il-valur mingħajr distorsjoni, ġie kkalkulat il-perċentwal tad-dħul ta’ prodott sekondarju għal kull tip ta’ prodott fuq il-kost tal-manifattura tiegħu. Aktar tard l-istess perċentwal ġie applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. |
|
(141) |
Wara l-kummenti tal-parti interessata, il-Kummissjoni biddlet il-metodoloġija ta’ dan l-aġġustament. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr distorsjoni għal kull tip ta’ prodott, il-kwantitajiet ta’ prodotti sekondarji rrappurtati mill-kumpanija ġew multiplikati bil-prezz ta’ unità tal-valur referenzjarju Brażiljan ta’ dawn il-materjali. Id-dħul mingħajr distorsjoni tnaqqas għal kull tip ta’ prodott mill-valur normali maħdum. Il-Kummissjoni kkonkludiet li aġġustament negattiv għal dawn il-prodotti sekondarji jrid isir f’dan il-livell minflok fil-livell tal-kostijiet tal-manifattura, peress li dawn il-prodotti sekondarji nbiegħu u normalment id-dħul jenħtieġ li jkun kopra wkoll il-kostijiet tal-bejgħ u l-profitt. |
|
(142) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FSS osserva li parametru referenzjarju għall-inputs tal-enerġija bħall-elettriku, il-gass naturali u l-ilma, li kienu bbażati fuq tariffi tas-suq intern Brażiljani, jistgħu jinkludu taxxi indiretti, li kellhom jitnaqqsu. |
|
(143) |
Din id-dikjarazzjoni ġiet aċċettata fir-rigward tal-gass naturali. L-Anness rilevanti tad-divulgazzjoni speċifika indika b’mod ċar li t-taxxa indiretta (“ICMS”) ġiet inkluża mill-Kummissjoni fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju. Il-parametru referenzjarju inkwistjoni ġie kkalkulat mill-ġdid u aġġustat ‘l isfel minn 3,23 CNY għal kull metru kubu għal 2,75 CNY għal kull metru kubu. Sussegwentement, il-marġni ta’ dumping għal FSS ġie rivedut. Dan l-aġġustament ma kellux impatt fuq il-marġnijiet ta’ dumping individwali ta’ SSS u ta’ Zhenshi. Il-marġini ta’ dumping taż-żewġ kumpaniji li kkooperaw mhux fil-kampjun ġie aġġustat skont dan. |
|
(144) |
Fir-rigward tal-elettriku, il-bażi ta’ data tas-sors ma semmietx it-taxxi indiretti. Għalhekk il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ebda taxxa indiretta ma kienet inkluża fit-tariffa. Peress li l-FSS ma werietx mod ieħor, din l-affermazzjoni nstabet li ma kinitx sostanzjata. Ta’ min jinnota li l-ebda ICMS ma hija debitata għall-ilma. |
|
(145) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-kalkolu tal-kostijiet u tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi (179) sa (183) tar-Regolament provviżorju, bil-korrezzjonijiet li saru kif spjegat fil-premessi (127), (134), (137), (141) u (143) hawn fuq. |
|
(146) |
Meta jiġu kkunsidrati l-aġġustamenti kollha li saru wara l-affermazzjonijiet sottomessi mill-partijiet interessati, fl-istadju definittiv ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni, il-kodiċijiet SA u l-valuri normali mingħajr distorsjoni li ġejjin: Tabella
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.2.2.5.
|
(147) |
Kif ġew ikkalkolati l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u s-sors tal-SG&A u l-profitt użati fil-kalkolu tal-valur normali ġew deskritti fil-premessi (201) u (202) tar-Regolament provviżorju. |
|
(148) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-STSS sostniet li bl-inklużjoni ta’ ċerti fatturi ta’ produzzjoni fl-ispejjeż ġenerali, kif deskritt fil-premessi (194) u (201) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u b’hekk il-kost finali tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-kumpanija indikat li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza li dawn il-fatturi ta’ produzzjoni kienu distorti. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni ċaħdet Din l-affermazzjoni. L-ebda prova separata ta’ distorsjoni mhija meħtieġa għall-inputs li jiġu ttrasferiti għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. Fil-premessi (103) sa (157) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni spjegat b’mod ċar għaliex il-kostijiet kollha tal-prodott li qed jiġi investigat, inklużi l-kostijiet ta’ dawk l-inputs li ġew ittrasferiti għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura huma kkunsidrati bħala distorti. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (194) tar-Regolament provviżorju, dawn l-inputs kienu negliġibbli f’termini ta’ kostijiet u l-Kummissjoni ttrasferiethom għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura minħabba li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma setgħux jiddeterminaw il-volum tal-konsum fir-rekords tagħhom jew l-ebda valur referenzjarju xieraq ma seta’ jiġi stabbilit fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(150) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, kemm FSS kif ukoll STSS ressqu diversi affermazzjonijiet fir-rigward tal-livell tal-kostijiet SG&A u l-profitt użati fil-kalkolu tal-valur normali. |
|
(151) |
FSS sostniet li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni legali jew fattwali li l-kostijiet SG&A fiċ-Ċina huma distorti. Madankollu, kif diġà ġie spjegat fil-premessa (149) hawn fuq, l-ebda evidenza separata bħal din mhija meħtieġa għat-tipi partikolari ta’ kostijiet, peress li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod ċar li jeżistu distorsjonijiet fir-rigward tal-kostijiet kollha tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(152) |
Il-kumpanija sostniet ukoll li l-kostijiet SG&A tal-produttur Brażiljan tal-prodott li qed jiġi investigat, użat fil-kalkolu tal-valur normali, jenħtieġ li jitnaqqsu bil-kostijiet tal-ekwità tal-kumpanija u mill-kostijiet finanzjarji tas-sussidjarji tagħha. |
|
(153) |
Il-Kummissjoni kkalkulat l-kostijiet SG&A u l-profitt bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa abbażi ta’ data disponibbli pubblikament, jiġifieri l-kontijiet awditjati ta’ Aperam Inox do Sul S.A. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma jistax jiġi konkluż li parti mill-kostijiet finanzjarji mhijiex marbuta mal-prodott li qed jiġi investigat. FSS ma pprovdiet l-ebda evidenza jew indikazzjoni li dawn il-kostijiet kienu se jkunu esaġerati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi nnotat li t-tnaqqis ta’ parti minn dawn il-kostijiet finanzjarji li jnaqqsu l-kostijiet SG&A neċessarjament iżid il-profitt kif xieraq. Konsegwentement, ir-riżultat finali ma jinbidilx. |
|
(154) |
STSS indikat li filwaqt li ċerti kostijiet lavorattivi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi (eż. R&D u kostijiet lavorattivi tad-dipartiment tal-Kontroll tal-Kwalità) ġew ittrasferiti għall-kostijiet tal-manifattura, ma kien hemm l-ebda evidenza li tali kostijiet lavorattivi ma ġewx inklużi fl-SG&A tal-produttur tal-pajjiż rappreżentattiv, li setgħu wasslu għal għadd doppju ta’ dawn il-kostijiet fil-kalkolu tal-valur normali. |
|
(155) |
Madankollu, SSTS ma pprovdiet l-ebda evidenza li tali kostijiet kienu inklużi fil-kostijiet SG&A tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet l-approċċ tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(156) |
Fl-aħħar nett, FSS invokat l-Artikolu 2.2.2(iii) tal-ADA li jgħid li l-profitt għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur normali jista’ jiġi stabbilit billi jintuża “kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor, sakemm l-ammont għal profitt b’hekk stabbilit ma jaqbiżx il-profitt normalment magħmul minn esportaturi jew produtturi oħra fuq bejgħ ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini”. Il-kumpanija indikat li l-Kummissjoni naqset milli tikkalkula tali limitu massimu fiċ-Ċina għall-profitt filwaqt li applikat għall-kalkolu tal-profitt tal-valur normali tal-kumpanija minn pajjiż rappreżentattiv fil-livell ta’ 7,65 %. |
|
(157) |
Bi tweġiba għal din l-affermazzjoni l-Kummissjoni fakkret li l-valur normali nħadem abbażi tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li ddeterminat, kif spjegat fil-premessi (103) sa (157) tar-Regolament provviżorju, li ma kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’dak il-pajjiż. Il-kostijiet u l-prezzijiet kollha, inklużi l-profitti, li skont id-definizzjoni huma affettwati mill-kostijiet u l-prezzijiet sottostanti fil-pajjiż domestiku, huma għalhekk ikkunsidrati bħala distorti. L-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li l-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti. Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (98), id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma kompletament konformi mal-obbligi internazzjonali tal-UE, inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tad-WTO ADA. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(158) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi (201) u (202) tar-Regolament provviżorju. |
3.2.2.6.
|
(159) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kalkolu tal-valur normali, il-premessi (203) sa (210) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(160) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni, il-premessa (211) sa (213) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.4. Paragun
|
(161) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif deskritt fil-premessi (214) sa (216) tar-Regolament provviżorju. |
|
(162) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-STSS ikkontestat il-fatt li l-Kummissjoni naqqset ċerti spejjeż relatati mal-merkanzija mill-prezz tal-esportazzjoni, filwaqt li dawn l-ispejjeż ma tnaqqsux mill-kostijiet SG&A tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(163) |
Madankollu, SSTS ma pprovdiet l-ebda evidenza li tali spejjeż kienu inklużi fil-kostijiet SG&A tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(164) |
Sabiex tikkalkula l-prezz tal-esportazzjoni għal STSS, il-Kummissjoni wettqet aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għal dak il-bejgħ li sar permezz ta’ negozjant relatat li jinsab f’pajjiż ieħor. Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-produttur esportatur ikkontesta dan l-aġġustament u sostna li l-produttur u n-negozjant relatat tiegħu li jinsabu f’pajjiż terz jikkostitwixxu entità ekonomika waħda, fejn in-negozjant relatat iwettaq il-funzjonijiet tad-dipartiment tal-bejgħ intern. Għaldaqstant, il-produttur esportatur talab lill-Kummissjoni biex ma twettaqx dan l-aġġustament. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni fakkret li skont il-ġurisprudenza tal-UE, entità ekonomika waħda teżisti meta produttur jafda, lil kumpanija ta’ distribuzzjoni, kompiti li normalment jaqgħu taħt id-dipartiment tal-bejgħ intern, għall-prodotti tiegħu li huwa jikkontrolla ekonomikament (17). Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet ukoll li “l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk dan id-distributur jeżerċitax jew le l-inkarigi ta’ dipartiment ta’ bejgħ integrat ma’ dan il-produttur” (18). |
|
(166) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni analizzat l-evidenza għad-dispożizzjoni tagħha u għamlet is-sejbiet li ġejjin. L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li l-istruttura tal-kumpanija wriet l-eżistenza ta’ għadd ta’ kumpaniji tal-bejgħ fil-grupp, inkluż in-negozjant relatat soġġett għall-aġġustament ikkontestat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonfermat li kien hemm aktar minn kumpanija relatata waħda involuta fil-bejgħ lill-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Il-Kummissjoni vvalutat il-kuntratti bejn il-produttur esportatur u n-negozjant relatat inkwistjoni u identifikat ċerti dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-produttur u n-negozjant relatat li huwa diffiċli li jiġu rrikonċiljati mal-kunċett li dawk il-kumpaniji jiffurmaw entità ekonomika waħda. (19) |
|
(167) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li kien dipartiment ieħor, u mhux in-negozjant relatat inkwistjoni, li kien involut f’aspetti relatati mal-bejgħ. Barra minn hekk, l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni u l-liċenzja tan-negozju tan-negozjant relatat inkwistjoni kienu jinkludu ċerti dispożizzjonijiet ta’ natura li ma taqax fl-ambitu tal-kompiti li normalment jiġu fdati f’idejn dipartiment tal-bejgħ intern (20). Barra minn hekk, il-proċess ta’ negozjar bejn il-produttur u n-negozjant relatat deskritt fit-tweġiba għall-kwestjonarju, b’mod partikolari fir-rigward tat-termini tal-bejgħ (21), ħoloq aktar dubji serji li dawn ikunu jiffurmaw entità ekonomika waħda. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(168) |
Sabiex ikun żgurat li l-valur normali jiġi espress fl-istess livell ta’ tassazzjoni bħall-prezz tal-esportazzjoni, il-valur normali ġie aġġustat ’il fuq b’dik il-parti tal-VAT imposta fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li ma kinitx ġiet rimborżata lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Wara d-divulgazzjoni provviżorja, FSS u SSTS ikkontestaw dan l-aġġustament. Il-kumpaniji sostnew li l-aġġustament jew mhuwiex iġġustifikat affattu, peress li l-Kummissjoni mhijiex qed tuża l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi bħala valur normali, jew l-aġġustament jenħtieġ li jsir għall-kostijiet reali tal-produzzjoni aktar milli għall-kostijiet mingħajr distorsjoni. |
|
(169) |
F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-Kummissjoni aġġustat il-valur normali, f’konformità mas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-423/09 (22). Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(170) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-paragun, il-premessi (214) sa (216) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
3.2.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(171) |
Kif iddettaljat fil-premessi (121) sa (170) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset uħud mill-kummenti li saru minn STSS u FSS u kkalkulat mill-ġdid il-marġnijiet tad-dumping għall-kumpaniji inkwistjoni. |
|
(172) |
Il-marġni tad-dumping tal-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw u li ma ġewx inklużi fil-kampjun, Xiangshui Defeng Metals Co., Ltd u Fujian Dingxin Technology Co., Ltd., li huwa l-medja ponderata bejn iż-żewġ marġnijiet tad-dumping individwali għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun, ġie aġġustat kif xieraq. |
|
(173) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-livell għoli ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, li jirrappreżentaw 92 % tal-esportazzjonijiet totali Ċiniżi tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni, xieraq biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping residwu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha (li ma kkooperawx). Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat xieraq li jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping għall-“kumpaniji l-oħra kollha” f’livell li jikkorrispondi għall-ogħla marġni tad-dumping individwali tal-kumpaniji Ċiniżi inklużi fil-kampjun, minbarra l-kumpanija li rċeviet l-Artikolu 18, kif spjegat fil-premessi (77) sa (82). |
|
(174) |
Sussegwentement, il-marġnijiet tad-dumping definittivi, mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(175) |
Il-kalkoli tal-marġnijiet tad-dumping individwali li segwew il-korrezzjonijiet u l-aġġustamenti li saru wara l-kummenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi wara d-divulgazzjoni provviżorja, ġew iddivulgati lill-kumpaniji inkwistjoni. |
3.3. It-Tajwan
3.3.1. Il-valur normali
|
(176) |
Id-dettalji għall-kalkolu tal-valur normali huma stabbiliti fil-premessi (227) sa (237) tar-Regolament provviżorju. |
|
(177) |
Fil-kummenti tiegħu għal divulgazzjoni minn qabel u divulgazzjoni provviżorja, il-grupp Yusco sostna li l-Kummissjoni injorat b’mod mhux korrett it-talba tiegħu li jingħata aġġustament għad-differenza tar-rata tal-kambju fil-kalkolu tal-proporzjon SG&A u aġġustament għar-ruttam riċiklat bħala tnaqqis fil-kost tal-materja prima. Il-Kummissjoni eżaminat dawn l-affermazzjonijiet. |
|
(178) |
It-talba ripetuta għal aġġustament għad-differenza tar-rata tal-kambju fil-kalkolu tal-proporzjon tal-ispejjeż SG&A ġiet miċħuda minħabba li Yusco ma setax jiġġustifika li dawn id-differenzi kienu relatati mal-bejgħ domestiku. It-talba kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali, iżda għal darb’ oħra mingħajr l-ebda prova addizzjonali. Madankollu, fid-dawl tal-argumenti ġodda sottomessi, li jistgħu jiġu rrikonċiljati mal-informazzjoni pprovduta waqt il-verifika, l-aġġustament għar-ruttam riċiklat, li kien jikkonċerna kemm lil Yusco kif ukoll lill-produttur relatat tiegħu Tang Eng, ġie aċċettat. Il-kost rivedut tal-manifattura tqis fil-kalkolu rivedut tad-dumping. |
|
(179) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni minn qabel u d-divulgazzjoni provviżorja, Walsin sostniet li l-Kummissjoni ċaħdet b’mod skorrett it-talba tagħha li tingħata aġġustament għall-bejgħ ta’ oġġetti konsumabbli tal-iskart, aġġustament għall-kostijiet tal-materja prima wara kontroll tal-inventarju fiżiku u aġġustament għall-kostijiet tal-ipproċessar fl-impjant tagħha ta’ Taichung. Walsin ikkontestat ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li twarrab, fid-determinazzjoni tal-valur normali, il-bejgħ domestiku lill-fabbriki tad-dwana u lill-portijiet marittimi, maħsub għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni eżaminat dawn il-pretensjonijiet. |
|
(180) |
Rigward l-affermazzjoni li l-valur normali jiġi aġġustat għall-bejgħ ta’ oġġetti konsumabbli tal-iskart, fid-dawl tal-kjarifiki sottomessi f’dan ir-rigward minn Walsin, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-affermazzjoni għandha bażi soda u aċċettatha għaliex Walsin uriet li dawn l-oġġetti konsumabbli tal-iskart ma setgħux jiġu introdotti mill-ġdid fil-produzzjoni u nbiegħu lill-klijenti. |
|
(181) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-kost tal-materja prima jenħtieġ li jiġi aġġustat wara kontroll tal-inventarju fiżiku, il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni addizzjonali pprovduta u ddeċidiet li tikkonferma d-deċiżjoni provviżorja tagħha li tirrifjuta din it-talba għal aġġustament minħabba li l-kumpanija ma setgħetx tiġġustifika l-oriġini tad-differenzi fl-inventarju. Barra minn hekk, dawn id-differenzi ma ġewx irreġistrati fis-sistema tal-kontabbiltà tal-kostijiet, u dan l-aġġustament ma setax jitqabbel mal-bilanċ tat-tqabbil jew mar-rispons għall-kwestjonarju. |
|
(182) |
Rigward l-affermazzjoni li l-kostijiet tal-ipproċessar fl-impjant ta’ Taichung jiġu aġġustati billi jitnaqqas il-profitt stmat iġġenerat mill-impjant ta’ Taichung, il-Kummissjoni kkunsidrat l-affermazzjoni bħala infondata. Walsin ma setgħetx turi li l-fatturazzjoni interna tagħha għall-kostijiet tal-ipproċessar tal-ittemprar u tat-tindif kienet tkopri biss il-kostijiet u ma kienet tinkludi l-ebda marġni ta’ profitt u l-aġġustament mitlub ma ġiex irreġistrat fis-sistema tal-kontabbiltà tal-kostijiet tal-kumpanija. |
|
(183) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li l-bejgħ lill-fabbriki tad-dwana u lill-portijiet marittimi jiġi inkluż fid-determinazzjoni tal-valur normali. Fil-fatt, il-kumpanija nnifisha kkunsidrat dan il-bejgħ bħala bejgħ indirett għall-esportazzjoni fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju u għalhekk dan ma ġiex irrapportat fit-tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku. Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Walsin biddlet l-opinjoni tagħha u sostniet li dan il-bejgħ jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala maħsub għall-konsum domestiku peress li ma kinitx taf jekk il-prodotti eventwalment ġewx ikkunsmati domestikament jew esportati. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni aktar konkreta dwar dan il-punt, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina, abbażi tal-evidenza pprovduta, jekk dan il-bejgħ ġiex ikkunsmat domestikament jew esportat. Kif previst fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-formulazzjoni “maħsub għall-konsum domestiku” mhijiex ibbażata fuq intenzjoni suġġettiva tal-bejjiegħ jew fuq il-fatt li l-produttur esportatur ma jafx jekk il-prodott jiġix sussegwentement esportat min-negozjant/mill-fabbrika tad-dwana, iżda fuq destinazzjoni oġġettiva tal-prodott, fatt oġġettiv li jista’ jiġi stabbilit fi kwalunkwe ħin sakemm eventwalment tintlaħaq id-destinazzjoni finali u l-merkanzija tinbiegħ għall-finijiet ta’ konsum fis-suq domestiku. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(184) |
Peress li ma waslet l-ebda pretensjoni oħra, il-premessi (227) sa (237) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3.3.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(185) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (238) sa (239) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3.3.3. Paragun
|
(186) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-paragun, il-premessi (238) sa (239) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3.3.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(187) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ ġie kkunsidrat bħala għoli u l-ebda produttur esportatur ieħor ma seta’ jiġi identifikat. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien rappreżentattiv li l-marġni tad-dumping residwu jiġi stabbilit fil-livell tal-produttur esportatur bl-ogħla marġni tad-dumping. Il-marġnijiet tad-dumping definittivi, mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(188) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (246) sa (248) tar-Regolament provviżorju. |
4.2. Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(189) |
Il-produttur esportatur Ċiniż FSS sostna li l-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien minħabba domanda ristretta u mhux minħabba l-bejgħ fis-suq ħieles, li kien jirrappreżenta sempliċement frazzjoni tal-produzzjoni totali. Skont FSS dan intwera mill-fatt li l-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu mill-2016 għall-2017 minkejja t-tnaqqis ta’ 94 000 tunnellata fil-bejgħ fis-suq ħieles. |
|
(190) |
Il-produttur esportatur Ċiniż STSS sostna, fir-rigward tar-relazzjoni bejn is-suq ħieles u dak ristrett, li skont il-valutazzjoni tas-sehem mis-suq jenħtieġ li jiġi kkunsidrat li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 62 % fis-suq ħieles, iżda dan is-segment kien jirrappreżenta biss madwar 22 % tas-suq totali tal-Unjoni. Għalhekk, fit-78 % li jifdal tas-suq, li kien ristrett, l-industrija tal-Unjoni kellha sehem mis-suq ta’ 100 %. Barra minn hekk, skont STSS, dan kellu jiġi kkunsidrat b’rabta mal-uniku sehem mis-suq li, għall-kuntrarju żdied — dak tal-Indoneżja. |
|
(191) |
Dawn l-affermazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda. Kif stabbilit fil-premessi (251) u (252) tar-Regolament provviżorju, huwa biss il-bejgħ fis-suq ħieles tal-produtturi integrati vertikalment, bħall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li huma f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet. Hija għalhekk il-prattika konsistenti tal-każijiet tal-Kummissjoni li ma tikkunsidrax il-produzzjoni u l-bejgħ ristretti f’xi indikaturi ta’ dannu ta’ każijiet bħal dawn, peress li s-suq ristrett huwa protett mill-importazzjonijiet. Madankollu, peress li l-prodotti kemm għas-suq ristrett kif ukoll għal dak ħieles huma prodotti fuq l-istess linji ta’ produzzjoni, l-analiżi tal-produzzjoni u tal-kapaċità tal-produzzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll prodotti maħsuba għas-suq ristrett. Tabilħaqq, f’settur b’kapital intens bħal dak tal-azzar, ir-rati tal-użu tal-kapaċità jenħtieġ li jinżammu fl-ogħla livell tagħhom sabiex il-kostijiet fissi jiġu dilwiti u l-kostijiet tal-produzzjoni jinżammu fl-aktar livelli baxxi. Barra minn hekk, l-evoluzzjonijiet tas-sehem mis-suq ta’ pajjiżi esportaturi individwali jenħtieġ li ma jiġux kkunsidrati waħedhom, peress li f’din l-investigazzjoni l-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kkonċernati huma ssodisfati (ara t-taqsima 4.4 hawn taħt). |
|
(192) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tad-determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (249) sa (255) tar-Regolament provviżorju. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
|
(193) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (256) sa (262) tar-Regolament provviżorju. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(194) |
Il-produttur esportatur Ċiniż FSS sostna li l-akkumulazzjoni ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, mill-Indoneżja u mit-Tajwan kienet inkonsistenti. Peress li din l-investigazzjoni anti-dumping saret waqt li kienet għaddejja wkoll investigazzjoni antisussidji separata li tikkonċerna l-istess prodott, il-valutazzjoni tad-dannu jenħtieġ li tkun l-istess għaż-żewġ każijiet. Madankollu, it-Tajwan ma kienx fost il-pajjiżi kkonċernati fl-investigazzjoni antisussidji separata. Għalhekk, kwalunkwe valutazzjoni kumulattiva f’din l-investigazzjoni anti-dumping, inklużi l-importazzjonijiet mit-Tajwan, tispiċċa biex sussegwentement tkun f’kunflitt mal-valutazzjoni kumulattiva f’dik l-investigazzjoni antisussidji jekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Indoneżja jiġu kumulati iżda l-importazzjonijiet mit-Tajwan ma jiġux. Barra minn hekk, FSS sostniet li l-akkumulazzjoni ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Indoneżja ma kinitx iġġustifikata. Filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu, l-importazzjonijiet Indoneżjani żdiedu, u dan allegatament wera li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinux jikkompetu mal-importazzjonijiet Indoneżjani. Barra minn hekk, fl-2017, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu l-ogħla fil-volum b’sehem mis-suq ta’ 21 % u l-importazzjonijiet Indoneżjani kienu nieqsa mis-suq, l-industrija tal-Unjoni kellha l-aħjar sena tagħha kif muri mid-data dwar il-bejgħ u l-profittabbiltà. Dawn l-affermazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda. |
|
(195) |
L-ewwel nett, ma hemm l-ebda inkonsistenza fil-fatt li f’din l-investigazzjoni l-importazzjonijiet minn tliet pajjiżi, jiġifieri ċ-Ċina, l-Indoneżja u t-Tajwan huma vvalutati b’mod kumulattiv filwaqt li fl-investigazzjoni antisussidji separata, l-importazzjonijiet minn tnejn biss minn dawn il-pajjiżi, jiġifieri ċ-Ċina u l-Indoneżja, huma vvalutati b’mod kumulattiv. Kull każ huwa vvalutat skont il-merti tiegħu. Fiż-żewġ każijiet, il-kundizzjonijiet legali għal valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet huma ssodisfati. |
|
(196) |
It-tieni, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jiġu vvalutati b’mod kumulattiv f’din l-investigazzjoni anti-dumping, huwa mfakkar li l-importazzjonijiet minn kull wieħed minn dawn it-tliet pajjiżi żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (269) tar-Regolament provviżorju, anke jekk l-iżvilupp tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien differenti mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja, il-kundizzjonijiet ta’ valutazzjoni kumulattiva skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati. |
|
(197) |
Il-produttur esportatur Ċiniż STSS sostna li l-akkumulazzjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, mill-Indoneżja u mit-Tajwan ma kinitx iġġustifikata minħabba li jeżistu kundizzjonijiet differenti ta’ kompetizzjoni bejn iċ-Ċina u t-Tajwan minn naħa, u l-Indoneżja min-naħa l-oħra. Filwaqt li l-Indoneżja għandha aċċess dirett għan-nikil, waħda mill-materji primi ewlenin meħtieġa biex jiġi prodott l-azzar inossidabbli, iċ-Ċina u t-Tajwan kellhom jiddependu mill-importazzjonijiet, li kienu inqas disponibbli minn qabel minħabba projbizzjoni fuq l-esportazzjoni Indoneżjana. Din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda. Aċċess simili għall-materja prima mhuwiex fost il-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva kif stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Fejn l-esportaturi f’pajjiżi differenti jistgħu jiffaċċjaw kundizzjonijiet differenti għall-provvista ta’ inputs (bħal materja prima jew riżorsi umani), dawn xorta jistgħu jikkompetu ma’ xulxin għall-istess destinazzjonijiet ta’ bejgħ fuq in-naħa tal-output. Dan huwa l-każ hawnhekk, kif jidher mill-fatt li f’dan il-każ utent importanti li kkoopera importa volumi sinifikanti miċ-Ċina, mill-Indoneżja u mit-Tajwan. |
|
(198) |
Il-produttur esportatur STSS sostna wkoll li kemm il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu fl-istess ħin, jiġifieri fl-2017. Bl-istess mod, ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Iż-żieda żgħira fl-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (+28 000 tunnellata) setgħet matematikament ma kkawżatx it-tnaqqis, li kien erba’ darbiet aktar, fil-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq miftuħ (– 116 000 tunnellata). Barra minn hekk, fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-importazzjonijiet Ċiniżi ammontaw għal 4,6 % biss tal-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(199) |
Dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. Kif stabbilit fil-premessi (263) sa (270) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet Ċiniżi jenħtieġ li ma jiġux ivvalutati waħedhom iżda f’kumulazzjoni mal-importazzjonijiet mill-Indoneżja u mit-Tajwan. L-importazzjonijiet kumulati mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’147 000 tunnellata, li b’mod ċar jaqbżu l-116 000 tunnellata ta’ telf mill-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq miksub mill-importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni, b’riżultat tad-dumping dannuż ipprattikat, ammonta għal 18,3 %, jiġifieri mhux 4,6 %, li kien ikun is-sehem mis-suq Ċiniż li kieku l-volum tas-suq ristrett jiġi miżjud mas-suq tal-Unjoni għal din l-investigazzjoni. |
|
(200) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-premessi (263) sa (270) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(201) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet kollha stabbiliti fil-premessi (271) sa (277) tar-Regolament provviżorju. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
|
(202) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (278) sa (282) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
|
(203) |
B’referenza għat-tabella 7 tar-Regolament provviżorju, il-GTI ddikjara li ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni wriet li l-industrija kienet f’forma eċċellenti. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni tinnota li l-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’1 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jappoġġja l-konklużjoni li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet prattikament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (il-premessa (284) tar-Regolament provviżorju). L-affermazzjoni kienet għalhekk meqjusa bħala infondata. |
|
(204) |
B’referenza għat-tabella 8 tar-Regolament provviżorju, STSS indikat it-tnaqqis fl-użu ristrett u fil-volumi ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, li hija attribwiet għat-tnaqqis fis-suq ristrett li huwa kbir b’mod sproporzjonat. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Il-Kummissjoni nnotat li ma hemm l-ebda rabta bejn l-evoluzzjoni tal-volumi fis-swieq ħielsa u dawk ristretti, b’mod partikolari billi, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda topera b’kapaċità tal-produzzjoni żejda ta’ aktar minn 30 %. Barra minn hekk, l-allegazzjoni ta’ STSS tidher fattwalment difettuża minħabba li l-evoluzzjoni fis-suq ristrett kienet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (it-tabella 9 u l-premessi (290) sa (292) tar-Regolament provviżorju), filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem importanti (9,3 punti perċentwali) mis-suq ħieles matul l-istess perjodu. |
|
(205) |
Il-GTI nnota, b’referenza għat-tabella 10 tar-Regolament provviżorju, li t-tnaqqis fil-produttività kien ikkawżat minn żieda fl-impjiegi. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Madankollu, wieħed ma jistax jiddeduċi li dan it-tnaqqis fil-produttività, anke jekk ikkawżat minn żieda żgħira fl-impjiegi ta’ 4 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kien responsabbli għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Id-dannu materjali mġarrab intwera minn indikaturi oħra kif stabbilit fil-premessi (307) sa (310) tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-ebda fattur jew fatturi minn dawn ma jistgħu neċessarjament jagħtu gwida deċiżiva. |
|
(206) |
Il-GTI afferma, b’referenza għat-tabella 14 tar-Regolament provviżorju, li l-effett tal-“bejgħ ristrett” li sar mill-produtturi tal-Unjoni kien nieqes fil-valutazzjoni tal-profittabbiltà. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Il-Kummissjoni tfakkar li, f’konformità mal-prattika konsistenti tal-każijiet, fejn industrija hija involuta fil-produzzjoni għal bejgħ fis-suq ħieles u fil-produzzjoni għal użu ristrett, għall-finijiet ta’ valutazzjoni ta’ diversi fatturi ta’ dannu, dawn tal-aħħar huma esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Dan kien diġà spjegata kif xieraq fil-premessi (254) u (255) tar-Regolament provviżorju. |
|
(207) |
Il-GTI ddikjara wkoll li s-sehem tal-bejgħ fis-suq ħieles li sar mill-industrija tal-Unjoni kien żgħir wisq (20 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni), meta mqabbel mal-konsum ristrett, biex jaffettwa s-sitwazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ma kienx hemm dannu. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Kif diġà ssemma fil-premessa (191) hawn fuq, il-Kummissjoni tfakkar li f’konformità mal-prattika konsistenti tal-każijiet, fejn industrija tkun involuta b’mod ugwali fil-bejgħ fis-suq ħieles u fl-użu ristrett, għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ dannu, dawn tal-aħħar huma esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Għall-indikaturi ekonomiċi li ġejjin u li huma relatati mal-industrija tal-Unjoni, instab li analiżi valida u evalwazzjoni kellhom jiffukaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq u l-profittabbiltà; Fejn kien possibbli u ġustifikat, dawn is-sejbiet ġew imqabbla mad-data tas-suq vinkolanti, sabiex jipprovdu stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(208) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-indikaturi makroekonomiċi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (283) sa (296) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
|
(209) |
Il-produttur esportatur Ċiniż FSS sostna li l-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq analiżi minn tarf sa tarf mingħajr ma vvalutat l-iżviluppi pożittivi fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ sal-2018, jiġifieri fuq l-akbar parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u billi injorat li t-tnaqqis fil-bejgħ seħħ meta l-industrija tal-Unjoni kienet fl-aktar sitwazzjoni profittabbli. Skont FSS, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża s-sejbiet tad-dannu tagħha fuq it-tnaqqis ta’ 4 % fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mat-tnaqqis ta’ 2 % fil-kostijiet matul l-istess perjodu. Fi kliem ieħor, sejba ta’ dannu materjali ma tistax tiġi sostnuta fuq it-tnaqqis nett ta’ 2 % fil-prezzijiet f’perjodu iżolat (il-perjodu ta’ investigazzjoni). Barra minn hekk, FSS invoka li, mill-2018 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tbiegħ bil-kumdità ’l fuq mill-kost tal-produzzjoni tagħha. Din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni taqbel li mill-2016 sal-2018 il-prezzijiet u l-kostijiet żviluppaw b’mod parallel, kif muri b’żieda ta’ 22 % kull wieħed, iżda dan ma baqax japplika bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-prezzijiet waqgħu b’5 punti perċentwali iżda l-kostijiet waqgħu b’2 punti perċentwali biss. Is-suq tal-SSHR huwa sensittiv ħafna għall-prezz u, minħabba ż-żieda qawwija ulterjuri ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx, l-Unjoni ma kellha l-ebda għażla ħlief li ma tqisx b’mod sħiħ iż-żieda fil-kostijiet meta tistabbilixxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Dan issarraf f’deterjorament qawwi tal-indikaturi finanzjarji tagħha, inkluż tnaqqis fil-profitti minn 5,1 % għal 3,5 %, kif muri fit-tabella 14 tar-Regolament provviżorju. |
|
(210) |
Il-produttur esportatur Ċiniż FSS sostna li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kellu l-aktar żieda sinifikanti bejn l-2016 u l-2017. Fl-istess perjodu, kien hemm l-ogħla żieda fil-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-differenza fil-prezz bejn dawn l-importazzjonijiet u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet ta’ madwar EUR 200 għal kull tunnellata, bħalma kienet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, mill-2016 sal-2017 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’19 % u tgħaddi ż-żieda sħiħa fil-kostijiet fuq il-klijenti tagħha. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Mill-2016 sal-2017, mhux il-produtturi tal-Unjoni biss iżda wkoll il-produtturi fil-pajjiżi tal-esportazzjoni żiedu l-prezzijiet tagħhom, b’mod partikolari b’21 % jew b’EUR 316 għal kull tunnellata (ara t-tabella 6 tar-Regolament provviżorju). Dan juri li f’ambjent tas-suq ikkaratterizzat mill-inqas minn domanda stabbli, il-produtturi tal-Unjoni setgħu biss jibbenefikaw parzjalment minn din ix-xejra għaliex kienu diġà taħt pressjoni mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati li waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba din il-pressjoni u biex jinżammu l-livelli ta’ profittabbiltà, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq konsiderevoli għall-benefiċċju tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mill-2016 sal-2017. |
|
(211) |
Il-produtturi esportaturi Ċiniżi FSS u STSS sostnew li, filwaqt li fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-industrija tal-Unjoni sostniet li kellha profitti ferm aktar baxxi milli fl-2016, l-investimenti tagħhom kienu 57 % ogħla milli fl-2016. Dan il-punt kien diġà ġie indirizzat fil-premessa (306) tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni tfakkar li ż-żieda fil-livelli ta’ investiment ma ssarfitx f’żidiet fil-kapaċità korrispondenti (ara t-tabella 7 tar-Regolament provviżorju). Sussegwentement, l-investimenti kellhom biss l-għan li jżommu l-kapaċitajiet eżistenti u li jagħmlu s-sostituzzjonijiet li kien wasal żmienhom ta’ assi meħtieġa ta’ produzzjoni. |
|
(212) |
B’referenza għat-tabella 11 tar-Regolament provviżorju, STSS sostniet li t-tnaqqis minuri fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni jkollu jitqies b’rabta ma’ żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indoneżja. Il-Kummissjoni tfakkar li l-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi kkonċernati kollha ġew issodisfati, u għalhekk l-importazzjonijiet minn pajjiż wieħed ma jistgħux jitqiesu separatament mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati. |
|
(213) |
B’referenza għat-tabella 13 tar-Regolament provviżorju, il-GTI sostna li t-tnaqqis fl-inventarju bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni indika prestazzjoni ta’ bejgħ pożittiv tal-industrija tal-Unjoni. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Il-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni naqas bi 13 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kif muri fit-tabella 8 tar-Regolament provviżorju. It-tnaqqis żgħir fl-inventarju f’dak il-perjodu, kif iddikjarat mill-Indoneżja, ma kienx rappreżentattiv u mhuwiex biżżejjed biex jitqajjem dubju dwar ix-xejra osservata tal-bejgħ. |
|
(214) |
Il-GTI sostna, b’referenza għat-tabella 14 tar-Regolament provviżorju, li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mil-livell għoli ta’ investimenti fl-2017, li kkostitwixxa piż finanzjarju fil-perjodu ta’ wara, fl-2018 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. L-investimenti huma tipikament iffinanzjati minn flus mfaddla jew minn self. F’termini ta’ kostijiet u l-impatt fuq il-profitti, dawn l-investimenti huma deprezzati fuq perjodu twil ta’ mill-inqas ħames snin. B’konsegwenza ta’ dan, tnaqqis fil-profitt ta’ aktar minn EUR 50 miljun, kif ġie osservat mill-2017 sal-2018, jew saħansitra aktar minn EUR 80 miljun, kif seħħ bejn l-2017 u t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, ma jistax jiġi attribwit lill-investimenti li saru fl-2017, li kienu jammontaw għal total ta’ EUR 48 miljun iżda li ġew deprezzati fuq perjodu ta’ mill-inqas ħames snin. |
|
(215) |
Il-produttur esportatur Ċiniż STSS sostna li l-użu tal-kapaċità ta’ madwar 70 % ma kienx sinjal ta’ dannu, peress li dan kien simili għall-kapaċità medja kumplessiva stabbilita fil-kategoriji kollha tal-azzar fl-investigazzjoni ta’ salvagwardja tal-azzar. Din l-affermazzjoni miċħuda. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tindika li r-rata tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 69 % għal 66 %. It-tieni, l-investigazzjonijiet anti-dumping u ta’ salvagwardja huma soġġetti għal oqfsa legali differenti. Għalhekk, l-ebda osservazzjoni jew konklużjoni magħmula f’investigazzjoni ta’ salvagwardja ma tista’ tiġi trasposta f’investigazzjoni anti-dumping. Il-Kummissjoni trid tivvaluta l-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, u filwaqt li l-ebda indikatur jew indikaturi ma jistgħu neċessarjament jagħtu gwida deċiżiva, fl-investigazzjoni attwali l-evoluzzjoni kif ukoll il-livell tal-użu tal-kapaċità jindikaw dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(216) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-indikaturi mikroekonomiċi, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (297) sa (306) tar-Regolament provviżorju. |
4.5.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(217) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-konklużjoni dwar id-dannu, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (307) sa (310) tar-Regolament provviżorju. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(218) |
B’referenza għall-affermazzjoni msemmija fil-premessa (189) hawn fuq, il-produttur esportatur FSS sostna li t-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (–94 000 MT) u fis-sehem mis-suq (– 7,3 %) kien l-aktar evidenti fl-2017. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara f’dik is-sena iżda għamlet profitti eċċezzjonali. Fil-fehma ta’ FSS kien minħabba l-irtirar volontarju tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni mis-suq ħieles tal-Unjoni (motivat minn enfasi akbar fuq id-downstream) li l-importazzjonijiet inkwistjoni żdiedu. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Ma jistax jingħad li l-industrija tal-Unjoni kienet taħt xi pressjoni biex iżżomm il-bejgħ mis-suq ħieles. B’kuntrast ma’ dan, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni kellha biżżejjed kapaċitajiet ta’ riżerva biex tbigħ kwantitajiet akbar fis-suq ħieles milli fil-fatt għamlet (ara l-premessi (283) sa (285) u t-tabella 7 tar-Regolament provviżorju). |
|
(219) |
B’referenza għat-tabella 7 tar-Regolament provviżorju, il-GTI sostna li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma kellha l-ebda effett sinifikanti fuq il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni peress li din naqset bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biss. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni tinnota li tnaqqis ta’ 3 % mhuwiex insinifikanti għalkemm fatturi oħra ta’ dannu wrew xejra saħansitra aktar deterjoranti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u f’dan ir-rigward tirreferi għall-premessi (307) sa (311) tar-Regolament provviżorju. |
|
(220) |
B’referenza għat-tabella 8 tar-Regolament provviżorju, il-GTI sostna li l-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni stabbilizza ruħu wara l-2017 u żdied mill-2018 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, li juri li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat ma kellhom l-ebda impatt fuq il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni tinnota li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 71,2 % għal 63,9 % bejn l-2016 u l-2017, u li t-tnaqqis bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni minn 63,9 % għal 61,9 % kien inqas qawwi. Għalkemm it-tnaqqis kumplessiv kien tabilħaqq aktar importanti fl-ewwel parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ma jistax jingħad li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni reġa’ lura għal livell tajjeb, peress li b’mod kumplessiv kien hemm tnaqqis minn 71,2 % għal 61,9 %. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(221) |
Il-produtturi esportaturi Ċiniżi FSS u STSS sostnew li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma kkawżawx dannu lill-produtturi tal-Unjoni iżda l-importazzjonijiet mill-Indoneżja għamlu dan. Huma argumentaw li l-profitti tal-produtturi tal-Unjoni ma kinux affettwati mill-importazzjonijiet Ċiniżi, minħabba li l-profitt naqas minn 10,2 % għal 5,1 % bejn l-2017 u l-2018, li kkoinċida maż-żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet mill-Indoneżja, filwaqt li fl-istess perjodu l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu. Dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. Kif stabbilit fil-premessi (263) sa (270) tar-Regolament provviżorju, il-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva ġew issodisfati. Għalhekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma jistgħux jitqiesu separatament mill-importazzjonijiet mill-Indoneżja, jew mit-Tajwan. |
|
(222) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-attribuzzjoni tad-dannu li nstab li ġie kkawżat lill-importazzjonijiet fil-mira, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (312) tar-Regolament provviżorju. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħra
|
(223) |
B’referenza għat-tabella 11 tar-Regolament provviżorju, l-STSS sostniet li l-kost tal-produzzjoni mġarrab mill-industrija tal-Unjoni żdied b’20 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li allegat li din iż-żieda kienet responsabbli għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Fil-premessa (319) tar-Regolament provviżorju, diġà ġie spjegat li, f’xi punt, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha kapaċi tgħaddi ż-żieda kumplessiva fil-kostijiet tal-materja prima għall-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, dak li kkawża d-dannu ma kienx iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni bħala tali, iżda l-inkapaċità li dan jiġi ttrasferit minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(224) |
Il-GTI ddikjara li l-iżvilupp tas-suq ristrett ikkawża dannu, u mhux l-iżvilupp tas-suq ħieles. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. L-iżvilupp tas-suq ristrett ma naqqasx ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-bejgħ fis-suq ħieles naqas bi 13 % (– 150 000 tunnellata) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni filwaqt li l-konsum ristrett kien relattivament stabbli (–20 000 tunnellata). |
|
(225) |
Il-GTI qal ukoll li l-Kummissjoni ma indirizzatx il-prezzijiet interni tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni, għax dawn kellhom jikkawżaw id-dannu. L-istess affermazzjoni kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ intern ma sarx fuq bażi ta’ distakkament u għalhekk ma ġiex ikkunsidrat għall-finijiet ta’ valutazzjoni tad-dannu. |
|
(226) |
Il-produttur esportatur STSS sostna li, wara l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, huwa probabbli li jfeġġu sorsi differenti ta’ importazzjonijiet, pereżempju r-Repubblika tal-Korea. Madankollu, minħabba li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-Repubblika tal-Korea kienu ferm aktar baxxi b’mod kostanti minn dawk miċ-Ċina, il-produtturi tal-Unjoni se jġarrbu dannu saħansitra akbar minn dawn l-importazzjonijiet, aktar milli mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. L-ewwel nett, ma hemmx biżżejjed evidenza ta’ dumping dannuż fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet li, kif uriet din l-investigazzjoni, huma differenti fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. It-tieni, għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjoni medji tal-SSHR miċ-Ċina kienu ogħla mill-prezzijiet mir-Repubblika tal-Korea matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi xorta waħda waqqgħu b’mod kostanti l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dawn il-kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet, li ma ġew ikkontestati minn l-ebda parti interessata, saru permezz ta’ tqabbil ta’ tipi ta’ prodotti simili li ma jistgħux isiru fuq il-bażi tad-data statistika fil-Eurostat — u l-prezzijiet tal-Korea t’Isfel imsemmija huma l-prezzijiet tal-Eurostat. It-tielet, id-dannu kien ikkawżat ukoll mill-importazzjonijiet Ċiniżi minħabba l-volum tagħhom, li żdied b’14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni filwaqt li l-volum ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea naqas b’49 % matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien madwar tliet darbiet ogħla fl-2016 u madwar seba’ darbiet ogħla fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-volum ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea. |
|
(227) |
Il-produttur esportatur STSS tenna li l-kapaċità żejda fl-Unjoni kienet kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (322) tar-Regolament provviżorju. |
|
(228) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-attribuzzjoni tad-dannu li nstab li ġie kkawżat lill-fatturi għajr l-importazzjonijiet fil-mira, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (319) sa (325) tar-Regolament provviżorju. |
5.2.1. Konklużjoni
|
(229) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mill-fatturi l-oħra eżaminati fl-istadju provviżorju kif ukoll fl-istadju definittiv ma seta’ jkollu xi impatt rilevanti fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-ebda wieħed mill-fatturi, analizzati individwalment jew kollettivament, ma naqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fis-sens li tali rabta ma tibqax aktar ġenwina u sostanzjali, u tikkonferma l-konklużjoni fil-premessi (326) sa (327) tar-Regolament provviżorju. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
6.1. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni għat-Tajwan
|
(230) |
L-esportatur Ċiniż FSS sostna li l-prezz indikattiv ikkalkulat għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-marġnijiet tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ żdied b’sussidji li rċevew il-produtturi tal-Unjoni. Minħabba s-sussidji riċevuti, ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiżdied ammont għal kostijiet futuri tal-konformità. Bl-istess mod, l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp u l-kostijiet lavorattivi jenħtieġ li jitnaqqsu sal-limitu tas-sussidji riċevuti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ dan, jingħata benefiċċju doppju lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(231) |
Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. L-ewwel nett, dan ma ġiex issostanzjat minn evidenza xierqa. It-tieni, ma hemm l-ebda għadd doppju minħabba li l-kost ivverifikat tad-data tal-produzzjoni għall-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni diġà iqis kwalunkwe sussidju li jirċievu l-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-kostijiet ta’ konformità attwali tagħhom, filwaqt li kwalunkwe żieda tikkonċerna biss il-kostijiet futuri tal-konformità fis-sens tal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, li se jiġġarrbu f’perjodu ta’ żmien differenti. F’konformità ma’ dan, il-Kummissjoni naqqset, fejn meħtieġ, il-kostijiet attwali li diġà ttieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tasal għall-kostijiet futuri. |
|
(232) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja u għal darb’oħra wara d-divulgazzjoni finali, bosta partijiet qajmu dubju dwar l-applikazzjoni ta’ profitt fil-mira ta’ 8,7 %, li kien il-medja tal-marġnijiet ta’ profitt miksuba mill-industrija tal-Unjoni fl-2016 (7,2%) u l-2017 (10,2%). Il-partijiet argumentaw b’mod partikolari li l-Kummissjoni ddikjarat li l-2017 kienet sena eċċezzjonali għall-industrija tal-Unjoni u għalhekk il-profittabbiltà ta’ dik is-sena x’aktarx li kienet se tonqos. L-istess kien iddikjarat fir-Regolament li jimponi miżuri ta’ salvagwardja definittivi fuq il-prodotti tal-azzar. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fl-2017 kien diġà ta’ 25 % filwaqt li fl-2016 is-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet kien konsiderevolment aktar baxx milli fl-2017 (18,3 %). Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża biss marġni ta’ profitt ta’ 6 %, jew il-marġni ta’ profitt li ntlaħaq fl-2016 minflok. B’kuntrast ma’ dan, Eurofer stipulat li fl-2017 l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem sinifikanti tas-suq (7,3 punti perċentwali) meta mqabbel mal-2016 fid-dawl tal-livell ogħla ta’ importazzjonijiet, u li għalhekk il-profittabbiltà ta’ 10,2 % miksuba f’dik is-sena ma kinitx eċċezzjonalment għolja u għandha tintuża bħala profitt fil-mira. |
|
(233) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li l-użu ta’ profitt fil-mira ta’ 8,7 % huwa ġġustifikat għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (331) tar-Regolament provviżorju. Kif previst fl-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, il-profitt fil-mira użat għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu fatturi bħalma huma l-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Minkejja li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajwan kienu diġà preżenti b’mod ċar, fl-2017 l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu għadhom f’livell baxx ħafna (24) u, għalhekk, iċ-ċifra tal-profitt tal-2017 tirrifletti l-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kkonċernati. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq kombinat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien ta’ 25 % fl-2017, li tabilħaqq huwa diġà sinifikanti, u għalhekk il-marġni ta’ profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni f’dik is-sena x’aktarx li naqas, li jista’ jagħmilha sena mhux xierqa biex tiġi stabbilita mira xierqa ta’ profitt. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (331) tar-Regolament provviżorju, l-2017 kienet sena eċċezzjonali u għalhekk anki jekk il-marġni ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni kien inqas, dan kien għadu f’livell għoli biżżejjed, anki jekk ikun ġej minn sena li ma tirriflettix kompletament il-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma li l-inklużjoni tal-2017 fl-ekwazzjoni u l-istabbiliment tal-profitt fil-mira abbażi ta’ medja tal-profitti tal-2016 u l-2017 huma konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(234) |
Barra minn hekk, Marcegaglia wara d-divulgazzjoni finali afferma li l-Kummissjoni kien missha stabbilit l-prezz fil-mira tal-SSHR iswed abbażi ta’ profitt fil-mira aktar baxx li jirrifletti l-karatteristiċi speċifiċi tal-SSHR nofsu lest minflok l-SSHR abjad lest. |
|
(235) |
Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Kif previst fil-premessa (30) hawn fuq u fil-premessa (46) tar-Regolament provviżorju, il-kojls suwed u bojod għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u għalhekk it-tnejn huma kkunsidrati bħala l-prodott ikkonċernat. Il-profitt fil-mira użat mill-Kummissjoni huwa għalhekk ibbażat fuq data tal-profitt għat-tnejn li huma u għalhekk jirrifletti l-karatteristiċi speċifiċi tal-SSHR iswed nofsu lest minflok l-SSHR abjad lest. |
|
(236) |
Eurofer sostniet li l-marġnijiet tad-dannu stabbiliti fir-Regolament provviżorju kienu sottovalutati. Speċifikament, Eurofer ippreżentat evidenza ġdida li tista’ tiġġustifika żieda fl-aġġustamenti magħmula skont l-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku, b’referenza għall-premessi (332) u (333) tar-Regolament provviżorju. Dawn l-affermazzjonijiet ġew aċċettati parzjalment. Bħala riżultat, l-aġġustamenti ġew ikkoreġuti ’l fuq fir-rigward tal-investimenti mitlufa (l-Artikolu 7(2c)) għal produttur wieħed tal-Unjoni, u wkoll fir-rigward tal-kostijiet futuri tal-konformità (l-Artikolu 7(2d)) għal żewġ produtturi tal-Unjoni. Wara d-divulgazzjoni finali, ġew imtennija żewġ affermazzjonijiet fir-rigward ta’ wieħed mill-produtturi fil-kampjun iżda ma setgħux jiġu aċċettati aktar aġġustamenti. |
|
(237) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Eurofer tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-aġġustamenti għall-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni li saru mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku kinux biżżejjed. Fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibqa’ flessibbli u tippermetti lill-kumpaniji jippreżentaw evidenza addizzjonali li ssostni l-affermazzjonijiet tagħhom, anke wara verifiki fuq il-post meta tali informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi verifikata aktar. |
|
(238) |
Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Il-maġġoranza ta’ dawk l-affermazzjonijiet (esklużi l-affermazzjonijiet li nstabu li huma ġġustifikati u aċċettati parzjalment u li għalihom ingħata aġġustament, kif spjegat fil-premessa (236) hawn fuq), tqajmu għall-ewwel darba biss wara d-divulgazzjoni proviżorja, billi l-produtturi fil-kampjun ma kinux wieġbu għall-mistoqsijiet rilevanti fil-kwestjonarju, u lanqas ma qajmu tali affermazzjonijiet matul il-verifiki fuq il-post, u ma ġiet ipprovduta l-ebda raġuni oġġettiva għan-nuqqas ta’ kapaċità li din l-informazzjoni tiġi sottomessa fil-ħin. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li s-sottomissjoni tardiva ħafna ta’ informazzjoni mill-produtturi fil-kampjun, li tikkonsisti f’ħafna każijiet f’ċifri kompletament ġodda u affermazzjonijiet li kienu impossibbli li jiġu vverifikati f’dak l-istadju tal-investigazzjoni, ma kinitx ġustifikata. |
|
(239) |
Fir-rigward tal-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku dwar il-kostijiet soċjali u ambjentali futuri, Eurofer akkużat lill-Kummissjoni li adottat approċċ diskriminatorju kontra l-industrija tal-Unjoni, peress li l-Kummissjoni rrifjutat li testrapola data minn produttur fil-kampjun u li tapplikah għaż-żewġ produtturi l-oħra inklużi fil-kampjun, filwaqt li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat marġni ta’ dumping individwali għall-produttur esportatur Ċiniż Zhenshi billi użat l-informazzjoni disponibbli minn produtturi esportaturi oħra fir-RPĊ. |
|
(240) |
Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. L-Eurofer qed tirreferi għal żewġ sitwazzjonijiet differenti — il-kalkolu tal-marġni tad-dumping tal-produttur esportatur skont il-qafas tal-Artikolu 18(3) u l-kalkolu ta’ prezz indikattiv individwali speċifiku għall-kumpaniji — u għalhekk mhumiex komparabbli. Kif spjegat fil-premessi (87) sa (92) hawn fuq, il-kalkolu tal-valur normali ta’ Zhenshi f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku bl-użu ta’ fatti disponibbli biss għal xi data, filwaqt li fir-rigward tal-prezz indikattiv tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx hemm kwistjoni ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-Kummissjoni kellha l-fatti kollha biex tistabbilixxi s-sejbiet tagħha. Barra minn hekk, l-investimenti ambjentali futuri u l-kostijiet operattivi inkwistjoni hawnhekk kienu ta’ natura speċifika għal kull kumpanija, u b’hekk għamlu kwalunkwe estrapolazzjoni lejn kumpaniji l-oħra fil-kampjun mhux adegwata. |
|
(241) |
Eurofer sostniet ukoll li s-sitwazzjoni ta’ dannu kompliet taggrava wara t-30 ta’ Ġunju 2019, jiġifieri wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis dan l-aggravament meta tiddeċiedi dwar il-livell ta’ miżuri definittivi. F’dan ir-rigward, Eurofer irreferiet għall-Artikoli 14(5), 9(4) u 7(2c) u (2d) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni nnotat li l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2c) u (2d) ingħataw kif stabbilit fil-premessa (236) Error! No bookmark name given.hawn fuq u fil-premessa (330) sa (334) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ġew irreġistrati iżda l-kundizzjonijiet għal ġbir retroattiv ma ġewx issodisfati (ara l-premessi (321) sa (325)). Minbarra dan, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni minn qabel fid-dawl tal-Artikolu 9(4), li li kieku seħħew kienu jitolbu li jiġi rifless id-dannu addizzjonali li jirriżulta mit-tali żieda fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu. L-affermazzjoni għalhekk ġiet ikkunsidrata bħala bla bażi. |
|
(242) |
Fid-dawl tal-bidliet ta’ hawn fuq għall-kalkoli tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ u l-bidliet fil-marġnijiet tad-dumping imsemmija fil-premessi (178) u (180) hawn fuq, it-tabella fil-premessa (336) tar-Regolament provviżorju hija aġġornata kif ġej:
|
|
(243) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni għat-Tajwan, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (330) sa (336) tar-Regolament provviżorju. |
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-Indoneżja u mir-RPĊ
6.2.1. Bejgħ bil-prezz imwaqqa’ u l-paragun bejn il-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ u l-marġni tad-dumping
|
(244) |
B’referenza għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 fil-kawża T-301/16 Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia S.p.A. v il-Kummissjoni Ewropea (‘Jindal Saw’) (25) l-esportatur Ċiniż FSS sostna li l-paragun bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni seta’ ma sarx fl-istess livell ta’ kummerċ, billi l-produtturi tal-Unjoni tipikament ibigħu permezz ta’ sussidjarji (jiġifieri impriżi relatati). F’dan ir-rigward, l-FSS talbet biex jiġu ddivulgati aktar dettalji dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dannu. Fir-rigward ta’ din it-talba, il-Kummissjoni tiċċara li għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, tqies biss il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil impriżi mhux relatati. Fir-rigward tal-kalkoli tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma ntużawx peress li l-prezzijiet indikattivi kienu bbażati fuq il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, l-ebda informazzjoni oħra fil-fajl ma indikat il-ħtieġa li jiġi applikat xi livell ta’ aġġustament kummerċjali. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni trid ma tiddivulgax id-data sottostanti miksuba mill-produtturi tal-Unjoni peress li din id-data hija kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
|
(245) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja u wara d-divulgazzjoni finali, STSS iddikjara li meta l-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex tnaqqas l-SG&A u l-profitt tal-importatur relatat tagħha, peress li dan ikun bi ksur ta’ Jindal Saw, kif ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-2 ta’ April 2020 fil-każ T-383/17 Hansol Paper Co. Ltd. vs il-Kummissjoni Ewropea (“Hansol Paper”) (26). |
|
(246) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. Fir-rigward tal-elementi kkunsidrati għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (b’mod partikolari l-prezz tal-esportazzjoni), il-Kummissjoni trid tidentifika l-ewwel punt li fih isseħħ (jew tista’ sseħħ) kompetizzjoni ma’ produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan il-punt huwa fil-fatt il-prezz tax-xiri tal-ewwel importatur mhux relatat għaliex il-kumpanija fil-prinċipju għandha l-għażla li tagħmel l-akkwist tagħha jew mill-industrija tal-Unjoni jew minn fornituri barranin. |
|
(247) |
F’dan il-każ, il-prezz tal-importazzjoni għal xi bejgħ tal-esportazzjoni ma jistax jittieħed b’valur par minħabba li l-produttur esportatur u l-importatur huma relatati. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit prezz tal-importazzjoni affidabbli fuq bażi distakkata, dan il-prezz irid jiġi kkalkulat billi jintuża l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti bħala l-punt ta’ tluq. Sabiex issir din ir-rikostruzzjoni, ir-regoli dwar il-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni kif jinsabu fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku huma pertinenti, u huma applikati b’analoġija, bħalma huma pertinenti għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għal skopijiet ta’ dumping. L-applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku tippermetti li wieħed jasal għal prezz li jkun kompletament komparabbli mal-prezz li jintuża meta jiġi eżaminat il-bejgħ magħmul lil klijenti mhux relatati u wkoll komparabbli mal-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(248) |
Għalhekk, sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ġust, huwa ġustifikat li jitnaqqsu l-SG&A u l-profitt mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lil klijenti mhux relatati magħmul mill-importatur relatat sabiex wieħed jasal għal prezz affidabbli (27). |
|
(249) |
Dan it-tnaqqis irid jiġi applikat ukoll għall-kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz. Tabilħaqq, il-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni huwa bbażat fuq il-kost tal-produzzjoni tagħha flimkien mal-profitt fil-mira, mingħajr ma jitqies jekk imbagħad jinbiegħx fl-Unjoni lil klijenti relatati jew mhux relatati, u għalhekk għandu jiġi mqabbel mal-prezz CIF (żbarkat) tal-esportazzjonijiet, li ma jinkludix b’definizzjoni l-SG&A u l-profitt tal-importaturi relatati fl-Unjoni. |
|
(250) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, FSS qal li peress li 32 % tal-volumi esportati tiegħu kienu jikkostitwixxu PCNs li ma nbigħux mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u li għalhekk ma kinux ikkunsidrati fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, dawn il-kalkoli kienu bi ksur tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-500/17 Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd. vs il-Kummissjoni Ewropea (“Hubei Xinyegang”), para. 74 (28). STSS għamel affermazzjoni simili fir-rigward ta’ 8 % tal-volumi tal-bejgħ tiegħu fl-Unjoni. Dawn l-affermazzjonijiet ġew imtennija wara d-divulgazzjoni finali. |
|
(251) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. L-ewwel nett, Hubei Xinyegang qiegħda taħt appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, id-deċiżjonijiet tas-sentenza rigward il-kwistjoni soġġetta għall-affermazzjoni mhumiex finali. It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li meta jiġu vvalutati l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’, il-mudelli esportati lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati jikkostitwixxu r-referenza għat-tqabbil. Huwa fin-natura tal-paragun tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li mhux il-mudelli kollha esportati kienu mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. F’dan il-każ, ir-rata ta’ tqabbil kienet ta’ 84 % għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha, li l-Kummissjoni kkunsidrat bħala suffiċjenti biex tiżgura paragun wiesa’ u ġust tal-mudelli esportati ma’ dawk mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. It-tielet, ir-Regolament bażiku ma jeħtieġx li l-Kummissjoni twettaq l-analiżi tal-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott b’mod separat. Pjuttost, ir-rekwiżit legali huwa li ssir determinazzjoni fil-livell tal-prodott simili. Fl-aħħar, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-PCNs kollha kienu parti mill-prodott ikkonċernat u kkompetew ma’ xulxin, għall-inqas sa ċertu punt. Għalhekk, il-perċentwal tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mhux mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni ma jikkostitwixxix kategorija separata tal-prodott ikkonċernat iżda jikkompeti b’mod sħiħ mal-gradi li jifdal li għalihom instab tqabbil. |
|
(252) |
B’referenza għal punt. 71 ta’ Hubei Xinyegang , STSS osserva li l-volumi tal-bejgħ tal-kampjun tal-industrija tal-Unjoni użati għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz ma kinux jikkostitwixxu l-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili mill-partijiet inklużi fil-kampjun. Huwa sostna li dan ma kienx ikun permess skont il-punt 71 ta’ dik is-sentenza. Kif imsemmi fil-premessa (250) hawn fuq, din is-sentenza qiegħda tiġi appellata. Dwar is-sustanza, il-Kummissjoni nnutat li ma tistax iżżid mal-paragun il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti PCNs li ma jinbigħux mill-produtturi esportaturi. Fil-fatt, sabiex jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni qabblet l-istess mal-istess u b’hekk ma kkunsidratx il-mudelli li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, iżda li ma ġewx esportati minn STSS. It-tieni, kif imsemmi fil-premessa preċedenti, ir-Regolament bażiku ma jeħtieġx li l-Kummissjoni twettaq l-analiżi tal-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott separatament. Pjuttost, ir-rekwiżit legali huwa li ssir determinazzjoni fil-livell tal-prodott simili. Filwaqt li l-PCNs jintużaw bħala l-punt tat-tluq għal tali valutazzjoni, dan ma jfissirx li l-PCNs differenti mhumiex f’kompetizzjoni. Għalhekk, il-fatt li ċerti PCNs tal-industrija tal-Unjoni ma ġewx imqabbla mal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn STSS ma jfissirx li dawn ma jbatux il-pressjoni fuq il-prezzijiet minn dawn l-importazzjonijiet. It-tielet, il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ PCNs li jaqblu li jintużaw fil-kalkoli fir-rigward ta’ STSS kienu jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor darbtejn il-volum tal-bejgħ ta’ STSS fis-suq tal-Unjoni u għalhekk huma fil-biċċa l-kbira rappreżentattivi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(253) |
Il-GTI qajjem dubju dwar il-fatt jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kinux komparabbli f’termini tat-taħlita tal-prodotti. Il-Kummissjoni tiċċara li l-kalkoli tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ kienu bbażati fuq tqabbil li jqis il-PCNs u dan jiżgura li prodotti simili biss skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku jitqabblu ma’ xulxin. Fi kwalunkwe każ, l-importazzjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati jikkompetu mal-prodotti kollha mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, u ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-parti żgħira tal-importazzjonijiet totali li ma tistax titqabbel direttament mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mhijiex kapaċi teżerċita pressjoni kompetittiva fuq l-industrija tal-Unjoni. |
|
(254) |
Wara l-bidliet fil-marġnijiet tad-dumping, kif spjegat fit-taqsima 3 hawn fuq, u l-bidliet fil-marġnijiet tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’, kif spjegat fit-taqsima 6.1 hawn fuq, it-tabella fil-premessa (337) tar-Regolament provviżorju hija aġġornata kif ġej:
|
6.2.2. Id-distorsjonijiet fil-materja prima
(a) L-Indoneżja
|
(255) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fl-Indoneżja u s-sehem tal-materja prima distorta fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (342) sa (346) tar-Regolament provviżorju. |
(b) Ir-RPĊ
|
(256) |
Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet provviżorji, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi ssottomettew affermazzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni u s-sejbiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni aċċettat affermazzjoni waħda u rrifjutat il-kumplament, kif spjegat fil-premessi li ġejjin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkoreġiet żball klerikali li affettwa produttur esportatur Ċiniż wieħed, li madankollu ma kellu l-ebda impatt fuq is-sejbiet (29). |
|
(257) |
Produttur esportatur Ċiniż wieħed sostna li, meta qabblet id-differenza fil-prezz bejn il-prezz referenzjarju u l-prezz tax-xiri attwali tal-materja prima distorta minn din il-kumpanija (skont il-mandat tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(2a)), il-Kummissjoni qabblet dawn il-prezzijiet b’termini differenti ta’ konsenja li rriżultaw f’differenza artifiċjalment ogħla bejn iż-żewġ prezzijiet. |
|
(258) |
Il-Kummissjoni qablet ma’ din l-affermazzjoni, u rrevediet il-kalkolu kif xieraq. Il-Kummissjoni pprovdiet kalkolu rivedut fid-divulgazzjoni speċifika lill-kumpanija kkonċernata. Madankollu, din il-bidla ma biddlitx is-sejba li l-prezz tal-materja prima kien ferm aktar baxx meta mqabbel mal-prezz referenzjarju mingħajr distorsjoni. |
|
(259) |
Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi sostnew li, fil-kalkolu tal-piż ta’ waħda mill-materji primi fuq il-kost totali tal-produzzjoni tagħha, biex jiġi stabbilit jekk il-limitu ta’ 17 % ntlaħaqx, il-Kummissjoni ma għażlitx denominatur xieraq. Dawn il-kumpaniji sostnew li l-Kummissjoni eskludiet mill-kost tal-produzzjoni l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A), u b’hekk żiedet b’mod artifiċjali l-piż ta’ din il-materja prima fuq il-kost tal-produzzjoni tal-kumpaniji. Dawn il-kumpaniji argumentaw li minflok il-Kummissjoni kellha żżid l-SG&A mad-denominatur. |
|
(260) |
Il-Kummissjoni nnotat li ma hemmx dubbju li l-Artikolu 7(2a) jirreferi għall-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat bħala l-valur li jrid jintuża fil-kalkolu (bħala denominatur). Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-kunċett tal-kost tal-produzzjoni fir-Regolament bażiku ma jinkludix l-SG&A. Dan huwa sostnut mill-qari tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, li jiddikjara li “il-valur normali ta' prodott simili għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta' oriġini flimkien ma' ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (...)”. |
|
(261) |
Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni huwa ċar li d-denominatur użat fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a), jiġifieri l-kost tal-produzzjoni, jenħtieġ li ma jinkludux l-SG&A. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(262) |
It-tieni, iż-żewġ produtturi esportaturi kkontestaw il-fatt li l-Kummissjoni kienet użat il-kost mingħajr distorsjoni ta’ materja prima partikolari bħala n-numeratur (immultiplikat bil-kwantità kkonsmata) fuq naħa, u l-kost reali tal-produzzjoni bħala d-denominatur fuq in-naħa l-oħra. Dawn il-kumpaniji għalhekk argumentaw li dan l-approċċ fixkel il-kalkolu u għalhekk talbu li l-Kummissjoni tirrevedi dan l-aspett tal-kalkolu kif xieraq, billi tqabbel valuri mingħajr distorsjoni kemm bħala numeratur kif ukoll bħala denominatur. |
|
(263) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li l-kliem tad-dispożizzjoni legali rilevanti huwa ċar: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-materja prima, kemm dik li mhijiex ipproċessata kif ukoll dik ipproċessata, inkluż l-enerġija, li għaliha tinsab distorsjoni, trid tirrappreżenta, mhux inqas minn 17 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, għandu jintuża prezz mingħajr distorsjoni għall-materja prima kif stabbilit fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi.” |
|
(264) |
Għalhekk il-Kummissjoni, meta użat bħala numeratur il-valur mingħajr distorsjoni għall-materja/i prima inkwistjoni, u meta użat l-kost attwali tal-produzzjoni tal-kumpaniji bħala denominatur, applikat kif suppost din id-dispożizzjoni tar-Regolament bażiku. |
|
(265) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun għamlu affermazzjonijiet addizzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a), li jappartjenu għal kwistjonijiet speċifiċi għall-kumpaniji. Għaldaqstant, u biex tinżamm il-kunfidenzjalità tad-data tagħhom, il-Kummissjoni indirizzat l-affermazzjonijiet tagħhom fid-dettall fil-qafas tad-divulgazzjoni individwali. Fi kwalunkwe każ, dawn il-kummenti addizzjonali ġew miċħuda. |
|
(266) |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni vvalutat is-sitwazzjoni speċifika tal-produttur esportatur Ċiniż li għalih, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni suffiċjenti, ma setgħetx tivverifika l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex issir valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 7(2a) (30). F’dan l-isfond, il-Kummissjoni rrikorriet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sejbiet magħmula fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, jiġifieri l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a), li kienu bbażati fuq informazzjoni vverifikata, jenħtieġ li japplikaw ukoll għal din il-kumpanija. |
|
(267) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti addizzjonali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fir-RPĊ u s-sehem tal-materja prima distorta fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (347) sa (350) tar-Regolament provviżorju. |
6.2.3. L-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
6.2.3.1.
|
(268) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar l-eżistenza ta’ kapaċitajiet żejda fir-RPĊ u fl-Indoneżja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (352) u (353) tar-Regolament provviżorju. |
6.2.3.2.
|
(269) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-kompetizzjoni għall-materja prima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (354) sa (357) tar-Regolament provviżorju. |
6.2.3.3.
|
(270) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Eurofer sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjoni koerenti għall-konklużjoni tagħha peress li kienet wettqet it-test tal-“Effett fuq il-katini ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni” taħt l-intestatura tat-test “Interess tal-utent”, u b’hekk wettqet żball ta’ liġi. Eurofer allegat ukoll li l-Kummissjoni amalgamat żewġ testijiet tal-interess tal-Unjoni: it-test tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) u t-test skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Eurofer tenniet din l-affermazzjoni wara d-divulgazzjoni finali, bl-argument li l-Kummissjoni wettqet b’mod żbaljat it-test tal-interess tal-Unjoni tal-Artikolu 21 qabel dak tal-Artikolu 7 (2b). |
|
(271) |
Dawn l-allegazzjonijiet nstabu li huwa bla bażi. L-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku jgħid “Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi b’mod ċar li huwa fl-interess tal-Unjoni li jiġi determinat l-ammont tad-dazji proviżorji f’konformità mal-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu, il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika. Il-Kummissjoni għandha tfittex b’mod attiv l-informazzjoni minn partijiet interessati li tippermettilha tiddetermina jekk għandux japplika l-paragrafu 2 jew 2a ta’ dan l-Artikolu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni pertinenti kollha bħall-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materji prima u l-effett fuq il-katini ta’ provvista għall-kumpanniji tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li jkun skont l-interess tal-Unjoni li jiġi applikat il-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu. Meta jkun qed jitwettaq it-test tal-interess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali lil din il-kwistjoni. |
|
(272) |
L-aħħar sentenza ta’ dik id-dispożizzjoni fiha referenza speċifika għall-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Skont il-valutazzjoni rispettiva tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku li saret fir-Regolament provviżorju, ġie stabbilit li l-effett ewlieni fuq il-katini ta’ provvista jkun jinħass fil-livell tal-utenti. Kif stabbilit fil-premessa (358) tar-Regolament provviżorju, l-effett possibbli fuq il-katini ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni, stipulat skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, kien, fid-dawl tad-differenza importanti bejn il-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu għall-pajjiżi esportaturi, ivvalutat fil-kuntest tat-test tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma amalgamatx iż-żewġ testijiet. Minflok, l-analiżi tal-effett fuq il-katini ta’ provvista skont 7(2b) tar-Regolament bażiku neċessarjament tikkunsidra l-informazzjoni sottomessa mill-utenti li normalment tintuża wkoll fil-qafas tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-kummenti ta’ Eurofer u kkonfermat li t-testijiet ta’ interess rispettivi tal-Unjoni ġew applikati b’mod korrett kemm skont l-Artikolu 7(2b) kif ukoll skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. |
|
(273) |
Fir-rigward tas-sustanza, Eurofer sostniet li l-utent ikkonċernat li fuqu nbniet l-analiżi jista’ jissostitwixxi l-importazzjonijiet miċ-Ċina b’importazzjonijiet minn ħafna sorsi oħra, inkluż mill-Indoneżja u mit-Tajwan, jekk id-dazju fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi fil-livell ta’ dumping ikun projbittiv. |
|
(274) |
Il-Kummissjoni vvalutat din l-affermazzjoni u sabet li, b’valur par, dan l-utent seta’ tabilħaqq jissostitwixxi l-importazzjonijiet tiegħu miċ-Ċina b’xiri minn [1-2] (31) produtturi tal-Unjoni. Produtturi oħra tal-Unjoni kellhom ukoll kapaċitajiet żejda sinifikanti iżda bil-kemm fornew lill-utent ikkonċernat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Abbażi tal-flussi tal-importazzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jista’ jkun hemm ukoll opportunitajiet ta’ xiri minn pajjiżi terzi oħra, b’mod partikolari r-Repubblika tal-Korea u l-Afrika t’Isfel. Madankollu, fuq din il-bażi, il-volumi ta’ importazzjoni potenzjali minn dawk il-pajjiżi kienu limitati u fil-preżent, tal-anqas l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea huma ristretti mill-miżuri ta’ salvagwardja applikabbli bħalissa (32). Sa fejn huma kkonċernati l-importazzjonijiet mill-Indoneżja u mit-Tajwan, il-Kummissjoni tinnota li l-utent importanti fil-fatt akkwista prodotti mhux biss miċ-Ċina iżda wkoll mill-Indoneżja. Madankollu, dan ma jfissirx li bidla minn sors għal ieħor hija sempliċi u mhux ikkumplikata. Il-Kummissjoni tinnota li l-prodott ikkonċernat jikkonsisti minn ħafna PCNs differenti. Barra minn hekk, il-ħtieġa li dan l-utent jorganizza mill-ġdid il-katini tal-valur sabiex jiġi evitat l-impatt tal-miżuri bbażati fuq il-marġni tad-dannu u minħabba l-impatt probabbli ta’ dawn il-miżuri fuq il-profittabbiltà, il-Kummissjoni ma sabitx li kien ġustifikat li dan l-utent jiġi espost għal aktar inċertezzi billi timponi miżuri fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping. Għalhekk, l-utent ikkonċernat x’aktarx ikun kapaċi jiddiversifika u jaġġusta l-provvista tiegħu biss sa ċertu punt. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ma setgħetx targumenta b’mod raġonevoli li dazji f'livell ogħla ma jagħmlux ħsara bla bżonn lil dan l-utent peress li tali dazji x’aktarx li jagħmlu l-attivitajiet kummerċjali tal-utent mhux vijabbli. |
|
(275) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Eurofer fakkret li l-Afrika t’Isfel ilha mill-15 ta’ Novembru 2018 ma tkun soġġetta għal miżuri ta’ salvagwardja, u mill-1 ta’ Lulju 2020 ma kienx hemm aktar kwota għall-pajjiż għall-SSHR iżda minflok kwota kumplessiva, li tippermetti lill-importaturi jixtru volumi sinifikanti minn pajjiżi li mhumiex milquta minn miżuri individwali. Dan l-aġġustament ikun jiżgura li l-utenti tal-Unjoni jkollhom biżżejjed flessibbiltà biex jibdlu l-oriġini tal-fornimenti tagħhom, jekk dan ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni qablet fuq il-fatt, li madankollu x’aktarx mhux se jibdel ir-riżultati tal-analiżi ta’ hawn fuq, li hija bbażata fuq id-data reali li toħroġ mill-perjodu ta’ investigazzjoni, b’kont meħud ukoll tal-livelli ta’ dazji imposti taħt dan ir-Regolament. |
|
(276) |
Eurofer ripetutament ikkritikat dak li fil-fehma tagħha hija valutazzjoni simplistika min-naħa tal-Kummissjoni dwar l-impatt tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utent għaliex saret abbażi ta’ sorsi, volumi u prezz kostanti, u assumiet sitwazzjoni fejn l-utent ma jibdilx il-ktajjen tal-provvista minkejja li l-prodott ikun disponibbli minn diversi sorsi oħra, inkluż minn produtturi tal-Unjoni bi prezzijiet aktar baxxi, u mingħajr it-trasferiment ta’ kwalunkwe parti miż-żieda fil-kost lill-klijenti tiegħu downstream. Fil-fehma tal-Eurofer, dan ma kienx l-iskop tat-test tal-interess tal-Unjoni. |
|
(277) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-analiżi li għamlet, li l-Kummissjoni stess iddeskriviet bħala l-agħar xenarju possibbli fir-Regolament provviżorju (il-premessa 373), hija l-aktar approċċ raġonevoli f’din is-sitwazzjoni. Biex tkun affidabbli din il-valutazzjoni trid issir fuq il-bażi tad-data reali li toħroġ mill-perjodu ta’ investigazzjoni, b’kont meħud ukoll tal-livelli ta’ dazji imposti taħt dan ir-Regolament. Tabilħaqq, kif irrimarkat Eurofer, normalment huwa mistenni li parti miż-żieda fil-kost tingħadda fuq il-klijenti — għalhekk, l-impatt jidher li huwa li ġie esaġerat. Madankollu, mhux magħruf kemm miż-żieda fil-kost tista’ tiġi ttrasferita għal dak il-livell. Fis-sitwazzjoni attwali, trasferiment kbir fuq il-klijenti huwa ċertament dubjuż peress li l-kompetituri ewlenin tal-utent huma l-istess produtturi tal-SSHR fl-Unjoni. Filwaqt li l-analiżi statika għandha mnejn tesaġera l-impatt tad-dazju peress li ma tantiċipax żieda fil-fatturat, kif spjegat, fl-istess ħin tista’ tissottovaluta l-impatt negattiv tad-dazju billi s-suppożizzjonijiet statiċi tal-Kummissjoni jimplikaw ukoll li ma ġietx antiċipata żieda għall-kost tax-xiri mill-industrija tal-Unjoni, li f’dan il-każ hija fornitur ewlieni għall-utent ikkonċernat. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li anki f’dan il-każ mhuwiex xieraq li jsiru suppożizzjonijiet fir-rigward tat-tibdil fix-xejriet tax-xiri, peress li kif spjegat fil-premessa (274) hawn fuq, għal diversi raġunijiet l-utent inkwistjoni x’aktarx li jkun limitat fl-għażliet tiegħu f’dak ir-rigward. Kwalunkwe devjazzjoni mill-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni f’dawn iċ-ċirkostanzi għalhekk trendi l-analiżi aktar spekulattiva. |
|
(278) |
Għalhekk, kollox ma’ kollox, il-Kummissjoni qieset li l-approċċ l-aktar sikur biex jiġi estimat l-impatt tal-miżuri fuq l-utent ikkonċernat ma kienx li tantiċipa bidliet la fuq in-naħa tal-fatturat u lanqas fuq in-naħa tal-kost fir-rigward tax-xiri minn pajjiżi mhux soġġetti għall-miżuri. |
|
(279) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-talba ta’ Eurofer biex tiddivulga l-fatti essenzjali sottostanti l-valutazzjoni mwettqa fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-profittabbiltà tal-utent inkwistjoni, il-Kummissjoni sabet li din id-divulgazzjoni ma setgħetx issir minħabba li d-data sottostanti hija ta’ natura kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni pprovdiet lil Eurofer b’sommarju mhux kunfidenzjali tal-analiżi tal-impatt tal-miżuri proposti skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Billi dik id-divulgazzjoni kienet tikkonċerna biss l-impatt tal-miżuri fil-livell propost, Eurofer wieġbet għal dik id-divulgazzjoni billi kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kinitx analizzat l-impatt tal-miżuri skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Dik l-allegazzjoni ġiet miċħuda bis-saħħa mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kienet tabilħaqq ikkonkludiet li l-miżuri f’livelli ogħla milli skont l-Artikolu 7(2) ma jkunux konformi mal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) fid-dawl tal-konsegwenzi diġà serji tal-miżuri bl-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri kif spjegat fil-qosor fil-premessa (274) hawn fuq. Għalhekk, hija qieset bħala mhux rilevanti li jiġi ddivulgat il-kalkolu tal-impatt tal-miżuri skont l-Artikolu 7(2a), li kienet fil-fatt għamlet. Barra minn hekk, filwaqt li r-rati applikabbli għar-RPĊ u għall-Indoneżja nbidlu f’konformità mal-marġnijiet tad-dumping divulgati, dak il-kalkolu segwa l-istess metodoloġija bħal tal-fajl divulgat. |
|
(280) |
Eurofer sostniet ukoll li l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-utent uniku jkun inqas negattiv minn dak preżunt mill-Kummissjoni, iżda fi kwalunkwe każ inqas serju mill-impatti tad-dazji anti-dumping aktar baxxi fuq l-industrija kollha tal-Unjon. Eurofer speċifikat li l-utent ikkonċernat x'aktarx jkun kapaċi jindirizza żieda fil-kostijiet u li l-attivitajiet tiegħu fir-rigward tal-prodott ikkonċernat kienu biss parti żgħira min-negozju tiegħu u li għalhekk ma kienx se jiġi affettwat iżżejjed jekk il-miżuri jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 7(2a). Biex tissostanzja l-affermazzjoni, Eurofer ikkalkulat li jekk jiġi applikat l-Artikolu 7(2a), l-impatt fuq il-kostijiet ta’ dak l-utent ikun “marġinali” u “inqas minn 2 %”. Eurofer sostniet li d-diviżjoni tal-azzar bil-karbonju ta’ dak l-utent kienet ferm akbar (b’9 darbiet) id-diviżjoni tiegħu tal-azzar inossidabbli u ssottomettiet li huma biss l-operazzjonijiet relatati mal-produzzjoni ta’ materjal illaminat fil-kiesaħ (u prodotti downstream tad-diviżjoni tal-azzar inossidabbli) li jenħtieġ li jitqiesu fit-test tal-interess tal-Unjoni. L-utent ikkonċernat huwa kumpanija diversifikata li l-vijabbiltà finanzjarja tagħha ma kinitx tiddependi biss fuq il-produzzjoni ta’ prodotti SSHR downstream. Peress li l-valur miżjud tal-operazzjonijiet tal-azzar inossidabbli ta’ dak l-utent kien baxx, il-kumpanija kellha tiddependi b’mod estensiv mill-orħos inputs possibbli (kojls suwed) sabiex tagħmel profitt. B’referenza għall-premessa (377) tar-Regolament provviżorju, Eurofer talbet ukoll lill-Kummissjoni biex tiddivulga l-fatti essenzjali sottostanti l-valutazzjoni mwettqa fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-profittabbiltà ta’ dak l-utent. |
|
(281) |
Dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. Il-Kummissjoni sabet li l-kalkoli ta’ Eurofer kienu difettużi u stabbiliet li l-kumpanija rispettiva tal-utent kienet responsabbli għal [20 sa 30]% (33) tal-fatturat li sar mill-grupp kollu li kienet tappartjeni għalih. Abbażi ta’ informazzjoni vverifikata, il-Kummissjoni stabbiliet li l-profitt ta’ dan l-utent fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-prodotti li jinkorporaw SSHR kien minn [1 sa 4]% (34). Sakemm il-fatturi rilevanti kollha (b’mod partikolari s-sorsi, il-volumi u l-prezzijiet qabel id-dazji tax-xiri, u l-fatturat miksub fuq prodotti downstream) jibqgħu l-istess meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni, l-impożizzjoni ta’ dazji definittivi fil-livell tad-dazju inferjuri twassal għar-riżultat operattiv tal-utent (li jinkludi wkoll prodotti bbażati fuq l-azzar) qrib il-punt ta’ ekwilibriju (u [– 2 sa – 5]% (35) mal-prodotti li jinkorporaw SSHR). |
|
(282) |
Il-Kummissjoni ma eskludietx li l-utent ikkonċernat, li jimpjega [500–700] (36) FTE fis-segment tal-prodott tal-SSHR, se jkun jista’ jiddiversifika u jaġġusta x-xiri tiegħu u juża s-saħħa tiegħu fis-suq u li, għalhekk, tali impatt tad-dazju inferjuri x’aktarx li jiġi parzjalment mitigat. Iżda l-Kummissjoni kkonkludiet li, f’konformità mal-analiżi ta’ hawn fuq, id-dazji f’livell ogħla mill-marġini tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ kienu jagħmlu ħsara bla bżonn lil dan l-utent importanti. |
|
(283) |
Wara d-divulgazzjoni addizzjonali finali, Eurofer affermat ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiddivulga t-tipi ta’ prodotti preċiżi inklużi fil-valutazzjoni tal-profittabbiltà tal-grupp ta’ prodotti SSHR. Skont Eurofer, peress li l-utent ippubblika katalgi tal-prodotti tiegħu, din l-informazzjoni ma jkollhiex natura kunfidenzjali. Dan jippermetti lil Eurofer tivvaluta jekk il-prodotti kollha kkunsidrati kinux rilevanti għall-valutazzjoni, jekk dawn il-prezzijiet tal-prodotti kinux affettwati direttament mill-kostijiet tal-SSHR u jekk il-miżuri proposti kinux se jirriżultaw fi dħul addizzjonali għal dawn il-prodotti. Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-talba ta’ Eurofer ma kinitx iġġustifikata u setgħet tiddivulga xi data kunfidenzjali fir-rigward tal-utent. L-ewwel nett, il-Kummissjoni enfasizzat li d-divulgazzjoni addizzjonali uriet biċ-ċar li l-kostijiet addizzjonali biss imġarrba mid-dazji proposti fuq ix-xiri tal-SSHR tal-utent, skont il-metodoloġija spjegata fil-premessa (371) tar-Regolament provviżorju u l-premessa (277) hawn fuq u li ntweriet fid-divulgazzjoni addizzjonali, żdiedu mal-kostijiet tal-prodotti f’dak il-grupp ta’ prodotti. Għalhekk, ma jistax ikun hemm estimu eċċessiv tal-kostijiet addizzjonali (u, għalhekk fuq l-effett negattiv fuq il-profittabbiltà) li kieku l-Kummissjoni inkludiet prodotti li ma jsirux mill-SSHR f’dak is-segment. It-tieni, il-Kummissjoni ċċarat li l-valutazzjoni inkwistjoni saret bl-aktar mod komprensiv, jiġifieri kienet tinkludi biss il-bejgħ tal-prodotti downstream kollha magħmula mill-SSHR mill-utent ikkonċernat. Il-fatturat iġġenerat minn dawn il-prodotti rrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-fatturat tal-utent ikkonċernat (mhux tal-grupp li kien jappartjeni għalih). Informazzjoni speċifika għall-prodott relatata mal-utent, inkluż il-prodotti downstream tiegħu magħmula mill-SSHR, hija disponibbli minn sorsi miftuħa, inklużi katalgi ppubblikati. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li Eurofer ngħatat l-informazzjoni rilevanti kollha dwar kif il-Kummissjoni estimat l-impatt tal-miżuri fuq il-profittabbiltà tal-utent fir-rigward tal-grupp ta’ prodotti SSHR. Għaldaqstant, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(284) |
Barra minn hekk, Eurofer affermat li d-divulgazzjoni ma kienet tinkludi l-ebda indikazzjoni tal-livell tal-profitt kumplessiv tal-utent mingħajr id-dazji (“utent ta’ profitt ikkonċernat kien (%)”). Madankollu, dik l-informazzjoni tkun strumentali biex tippermetti l-valutazzjoni tal-impatt tad-dazji fuq l-utent. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-informazzjoni l-oħra dwar il-profitt reali jew teoretiku, din tista’ tiġi pprovduta taħt il-forma ta’ firxa biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-data. Fin-nuqqas ta’ dik l-informazzjoni, l-ilmentatur issuspettat li l-impatt tad-dazji fuq il-“grupp tal-prodotti SSHR” fuq il-profitt kumplessiv tal-utent jista’ jkun negliġibbli. |
|
(285) |
Din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni fakkret li l-prinċipju tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet fi proċedimenti ta’ difiża kummerċjali ma jistax jiġi kompromess. Fil-każ attwali, id-divulgazzjoni ta’ marġni ta’ profitt tal-utent (li jikkompeti wkoll mal-industrija tal-Unjoni fis-swieq downstream), anki jekk espressa f’firxa, tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi tal-utent. |
|
(286) |
Fir-rigward tal-effett fuq il-katini tal-provvista, Eurofer sostniet ukoll li l-mudell ta’ negozju tal-utent ikkonċernat, li huwa bbażat fuq xiri minn pajjiżi b’kostijiet baxxi (li ħafna drabi jniġġsu) u b’valur miżjud limitat, jenħtieġ li ma jiġix promoss. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssottolinjat li skont ir-Regolament bażiku, l-impronta ekoloġika tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat tista’ tiġi indirizzata biss sa ċertu punt, b’mod partikolari billi jiġi aġġustat il-prezz indikattiv tal-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. Tali aġġustamenti saru fl-investigazzjoni attwali, kif spjegat fil-premessa (333) tar-Regolament provviżorju u kif ikkonfermat fil-premessa (236) hawn fuq. Fir-rigward tal-mudell ta’ negozju tal-utent, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-utent qed jixtri varjetà ta’ prodotti f’volumi kbar minn produtturi fl-Unjoni u dan huwa wkoll il-każ għall-SSHR. Barra minn hekk, għandu rwol importanti x’jaqdi fis-swieq downstream tal-SSHR, fejn huwa l-uniku produttur Ewropew sinifikanti mhux integrat. |
|
(287) |
Fl-aħħar nett Eurofer sostniet li l-Kummissjoni ma tistax tillimita l-konklużjoni tagħha tal-effett fuq il-katini tal-provvista għall-impatt ta’ utent uniku, iżda li jenħtieġ li tagħmel il-valutazzjoni tagħha fuq l-utenti kollha meħuda f’daqqa, irrispettivament minn jekk dawn jimportawx il-prodott ikkonċernat jew jixtrux il-prodott simili domestikament. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. L-utent ikkonċernat waħdu kien responsabbli għal [30 sa 40]% (37) tal-konsum fis-suq ħieles tal-SSHR matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-uniku utent li kkoopera jgħodd għal inqas minn 10 % tal-konsum. Minħabba l-importanza tal-utent ikkonċernat u l-pożizzjoni unika tiegħu bħala parti mill-industrija tal-utenti, il-Kummissjoni għalhekk issostni li d-determinazzjoni tad-dazji skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku jkollha b’mod ċar effett negattiv ġenerali fuq il-katini tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni. |
|
(288) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Eurofer qalet li l-Kummissjoni naqset milli turi li s-sejbiet fir-rigward tal-utent ikkonċernat setgħu jiġu estiżi għall-utenti li ma kkooperawx. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (287) hawn fuq, l-utent inkwistjoni jammonta għal [30 sa 40]% (38) tal-konsum tal-SSHR fis-suq ħieles. Huwa jgħodd ukoll għal [60 sa 70]% (39) tal-importazzjonijiet tal-SSHR mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, huwa leġittimu li wieħed jagħti piż konsiderevoli lis-sejbiet dwar dan l-utent fl-analiżi tal-effett tad-dazji ogħla fuq il-katina tal-provvista, anke jekk huwa biss parti waħda. |
6.2.3.4.
|
(289) |
Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li, mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-livell tal-miżuri fil-livell ta’ dumping fid-dawl tal-effett negattiv b’mod sproporzjonat li dan jista’ jkollu fuq il-katini tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni. |
|
(290) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Eurofer sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tapplikax ir-regola tad-dazju inferjuri u taġixxi skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Eurofer invokat li skont it-test tal-interess tal-Unjoni, l-interess tal-produtturi kollha tal-Unjoni jenħtieġ li jegħleb l-interess ta’ utent wieħed. Hija sostniet li żewġ distorsjonijiet sostanzjali tal-materja prima fiċ-Ċina u ħamsa fl-Indoneżja ġġustifikaw l-istipular tad-dazju fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping. Hija semmiet ukoll kapaċitajiet żejda sinifikanti fil-pajjiżi esportaturi, u li fl-Indoneżja biss, Eurofer estimat li l-kapaċità totali tal-azzar inossidabbli (jiġifieri mhux biss il-prodott li qed jiġi investigat) se taqbeż l-10 miljun tunnellata sal-2025, u dan jaqbeż bi kważi terz il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni. Skont Eurofer, l-effett fuq il-katina ta’ provvista tal-utent skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku għandu jiġi bbilanċjat mal-effetti tad-distorsjonijiet, mal-eżistenza ta’ kapaċitajiet żejda u mal-kompetizzjoni għall-materja prima. Eurofer żiedet li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri kien ukoll meħtieġ fejn l-Unjoni kienet ikkontestat id-distorsjonijiet li jinsabu fl-Indoneżja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (40). |
|
(291) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Eurofer tenniet l-affermazzjoni diġà indirizzata fil-premessi (270) sa (272) hawn fuq li l-Kummissjoni wettqet b’mod żbaljat it-test tal-interess tal-Unjoni tal-Artikolu 21 qabel dak tal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku. F’dak ir-rigward, Eurofer irreferiet ukoll għall-premessa 21 tar-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea. Skont Eurofer, il-Kummissjoni estendiet artifiċjalment it-test tal-interess tal-Unjoni biex tissostitwixxi l-mistoqsija binarja tat-test tal-interess tal-Unjoni tal-Artikolu 21 — “huwa fl-interess jew le tal-Unjoni li timponi miżuri?” — b’mistoqsija aktar miftuħa — “f’liema livell huwa fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri?” — li mhijiex prevista fir-Regolament bażiku. |
|
(292) |
Fl-istess kuntest, Eurofer qalet li l-Kummissjoni kienet qieset il-kriterji tal-“katina tal-provvista” b’mod sproporzjonat fit-test tal-Artikolu 7(2b). Fis-sottomissjoni tagħha waqt is-smigħ tat-12 ta’ Awwissu 2020, hija staqsiet il-mistoqsijiet dwar liema livell ta’ kapaċitajiet żejda jkun sinifikanti biżżejjed biex il-bilanċ ixeqqleb favur li ma tiġix applikata r-regola tad-dazju inferjuri u x’tip ta’ żvantaġġ komparattiv ikkawżat minn distorsjonijiet ixaqqleb il-bilanċ favur li ma tiġix applikata r-regola tad-dazju inferjuri. |
|
(293) |
Barra minn hekk, Eurofer affermat li l-Kummissjoni ma vvalutatx u lanqas ma kkunsidrat “informazzjoni pertinenti oħra” li għandha effett fuq il-konklużjoni skont l-Artikolu 7(2b), bħal:
|
|
(294) |
Barra minn hekk, Eurofer qalet li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fil-valutazzjoni tal-isproporzjonalità tad-dazji stipulati fil-livell tal-marġni tad-dumping. Fir-rigward tad-dazji applikabbli għall-Indoneżja, Eurofer argumentat li d-dazji fil-livell tal-marġni ta’ dumping ta’ 17,7 %, minflok tal-marġni ta’ dannu ta’ 17,3 %, ma jkollhom kważi l-ebda impatt finanzjarju addizzjonali fuq l-utent ewlieni, u ma setgħux jinstabu li jaffettwaw lil dak l-utent b’mod sproporzjonat. Għalhekk, il-kompetizzjoni ġusta terġa’ tiġi stabbilita mingħajr spejjeż għall-utent. Fir-rigward tad-dazji applikabbli għaċ-Ċina, Eurofer argumentat li l-importazzjonijiet miċ-Ċina juru differenzi varjabbli iżda sinifikanti bejn id-dannu u l-marġni tad-dumping (minn 87,5 % għal TISCO għal 4 % għal Fujian Fuxin Special Steel). Dik id-differenza u l-marġnijiet ta’ dumping għoljin jenfasizzaw il-kapaċità sinifikanti tal-produtturi Ċiniżi li jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(295) |
Dawn l-affermazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet u kkonfermat li hemm kapaċitajiet żejda sinifikanti fiċ-Ċina u fl-Indoneżja u li l-industrija tal-Unjoni hija fi żvantaġġ komparattiv meta mqabbla mal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Indoneżjani fir-rigward tal-aċċess għall-materja prima. B’konsegwenza ta’ dan, tnejn mit-tliet kriterji li huma speċifikament previsti fl-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku biex jiġi vvalutat jekk l-istipular tad-dazju skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku huwiex tabilħaqq xieraq jitolbu li jiġi applikat l-Artikolu 7(2a). |
|
(296) |
Il-fatt li wieħed biss mit-tliet elementi elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku jitkellem kontra l-istipular tad-dazju skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku u l-fatt li l-ilmentatur, barra minn hekk, kien identifika elementi oħrajn mhux elenkati li jkunu jeħtieġu wkoll l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a) ma jistax jitqies li jinvoka li ġie attribwit piż sproporzjonat lit-tielet kriterju, jiġifieri l-effett fuq il-ktajjen tal-provvista. Jekk l-Artikolu 7(2a) jiġi applikat, analiżi tat-tielet kriterju, l-effett fuq il-katini tal-provvista, żvelat riperkussjonijiet sproporzjonati għall-industrija tal-utent, kif deskritt fil-premessi (370) sa (377) tar-Regolament provviżorju u kif ikkonfermat fil-premessi (270) sa (287) hawn fuq. Tabilħaqq, jekk id-dazji jkunu bbażati fuq il-marġnijiet tad-dumping, ir-riżultat operattiv kumplessiv tal-utent u aktar u aktar dak tal-grupp ta’ prodotti SSHR tiegħu potenzjalment jiddeterjora drammatikament taħt il-livelli indikati fil-premessa (281) hawn fuq. Għalhekk, f’dawn iċ-ċirkostanzi fejn utent wieħed, li jipprovdi impjieg sinifikanti fl-Unjoni, li jirrappreżenta l-parti l-kbira tal-importazzjonijiet u sehem sinifikanti ħafna tal-konsum u li b’mod ċar se jiġi affettwat b’mod serju mid-dazji jekk jiġu stabbiliti abbażi tal-Artikolu 7(2a), l-importanza tas-sejbiet fl-analiżi tal-effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji fl-Unjoni twassal għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġi applikat l-Artikolu 7(2a). Il-fatt li elementi oħra, bħalma huma t-tnejn l-oħrajn elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 7(2b) u analizzati mill-Kummissjoni iżda wkoll dawk invokati minn Eurofer kif imsemmi fil-premessa (291) hawn fuq, jitlob li ma jiġix applikat l-Artikolu 7(2), ma jbiddilx dik il-konklużjoni. |
|
(297) |
Fir-rigward tad-differenzi bejn il-marġni tad-dumping u tad-dannu, ma jistax jiġi dedott li minħabba li d-differenza fil-każ ta’ wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati, jiġifieri l-Indoneżja, hija biss ta’ 0,4 punti perċentwali, l-impożizzjoni ta’ dazji fil-livell tal-marġni tad-dumping tkun proporzjonata. Bħal għaċ-Ċina, il-Kummissjoni kellha tivvaluta b’mod komprensiv l-impatt ta’ dazju fil-livell tal-marġni tad-dumping skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, peress li l-marġni ta’ profitt tal-utent ikkonċernat diġà huwa relattivament żgħir b’dazju stabbilit fil-livell tal-marġni tad-dannu, dazju ogħla ta’ 0,4 punti perċentwali jkompli jiggrava din is-sitwazzjoni. |
|
(298) |
Il-Kummissjoni qablet ma’ Eurofer li hija disponibbli “informazzjoni pertinenti oħra”, kif indikat fil-premessa (287) hawn fuq. Madankollu, din l-informazzjoni ma tibdilx ir-riżultat tal-analiżi preċedenti. Tabilħaqq, l-“informazzjoni pertinenti” hija relatata mad-distorsjonijiet tal-materja prima skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku u d-daqs u l-effetti tagħhom, u l-Kummissjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ tali distorsjonijiet. Minħabba s-sejbiet pożittivi, il-Kummissjoni mbagħad wettqet l-analiżi tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku. L-ebda wieħed mill-fatti deskritti minn Eurofer bħala “informazzjoni pertinenti” ma għandu impatt fuq l-analiżi tal-Kummissjoni dwar l-effett tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a) fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji fl-Unjoni u għalhekk ma jbiddilx il-konklużjoni tal-Kummissjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġi applikat l-Artikolu 7(2a). |
|
(299) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-valutazzjoni magħmula skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku kienet proporzjonata u adegwata. |
6.2.3.5.
|
(300) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset bir-reqqa l-elementi kollha u ma setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji skont l-Artikolu 7(2a), u għalhekk hija kkonfermat li l-miżuri jenħtieġ li jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li din il-konklużjoni hija bbażata biss fuq l-evidenza u l-fatti miġbura għal din l-investigazzjoni u mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjonijiet rispettivi fid-WTO. |
|
(301) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni għalhekk tikkonferma li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-livell tal-miżuri fil-livell tad-dumping fid-dawl tal-effett negattiv b’mod sproporzjonat li dan jista’ jkollu fuq il-katini tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (360) tar-Regolament provviżorju. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(302) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar l-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (362) sa (364) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
7.2. Interess tal-importaturi mhux relatati
|
(303) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar l-interess tal-importaturi mhux relatati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (365) sa (367) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(304) |
Marcegaglia sostniet li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq kojls suwed ma kinitx fl-interess ta’ utenti indipendenti minħabba li l-miżuri ta’ salvagwardja applikabbli diġà huma limitati għall-preżenza tal-importazzjonijiet. Wara l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni x’aktarx kienu se jiżdiedu aktar. Kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi l-affermazzjoni ta’ Marcegaglia li l-kojls suwed jiġu esklużi mill-applikazzjoni tal-miżuri, il-produtturi tal-Unjoni jkunu mġiegħla jikkompetu fis-segment tas-suq tal-kojls suwed b’importazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping dannuż. Kif stabbilit fit-Taqsima 2 ta’ dan ir-Regolament, il-kojls suwed jiffurmaw b’mod ċar parti mill-prodott ikkonċernat u l-kompetizzjoni inġusta fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ prodott ma tistax ma tiġix indirizzata. Barra minn hekk, il-kojls suwed huma disponibbli b’mod wiesa’ minn varjetà ta’ sorsi. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(305) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar l-interess tal-utenti, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (368) sa (377) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. Il-kummenti li jikkonċernaw l-interess tal-utenti fil-kuntest tal-effett fuq il-katini tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku huma indirizzati fit-Taqsima 6 ta’ dan ir-Regolament. |
7.4. Kummenti oħra
|
(306) |
Il-produttur esportatur Ċiniż STSS sostna li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ma kinitx fl-interess tal-Unjoni, peress li s-suq tal-Unjoni huwa diġà ddominat minn produtturi tal-Unjoni. Fis-suq tal-Unjoni hemm riskju ta’ telf ta’ kompetizzjoni u ta’ konċentrazzjoni eċċessiva ta’ produtturi tal-Unjoni. |
|
(307) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-objettiv tal-miżuri anti-dumping huwa preċiżament li jerġa’ jkun hemm kummerċ ġust u, b’hekk, kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
7.5. Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni
|
(308) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (378) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
8.1. Miżuri ta’ salvagwardja applikabbli bħalissa
|
(309) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, diversi partijiet sostnew li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tirriżulta fi protezzjoni żejda tal-industrija tal-Unjoni peress li l-industrija tal-Unjoni tal-SSHR kienet diġà protetta kontra importazzjonijiet permezz ta’ miżuri ta’ salvagwardja. Il-produttur esportatur Tajwaniż Walsin talab li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1382 (41), li emenda ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew antisussidji fuq prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja sabiex jiġi evitat rimedju doppju minħabba l-effett ikkombinat tal-miżuri ta’ salvagwardja u d-dazji anti-dumping imposti fuq prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana mit-Tajwan. Barra minn hekk, talab ukoll li jiġu amalgamati l-kwoti tariffarji għall-kategorija 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1382 għat-Tajwan u ċ-Ċina. |
|
(310) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li f’dan il-każ ma hemm l-ebda rimedju doppju. Il-prodott li qed jiġi investigat huwa tabilħaqq soġġett għall-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar (kategorija tal-prodott 8) bi kwoti speċifiċi għall-pajjiż għar-RPĊ, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u l-Istati Uniti, u basket ta’ kwoti għall-pajjiżi l-oħra kollha. Dawn il-miżuri huma stabbiliti sat-30 ta’ Ġunju 2021. Fit-3 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1382 li jelenka l-miżuri kollha tal-anti-dumping u tal-antisussidji fuq prodotti li kienu wkoll soġġetti għall-miżuri ta’ salvagwardja u li jispeċifika li f’kull wieħed minn dawn il-każijiet, id-dazju anti-dumping u/jew antisussidji japplika fi ħdan il-kwota u ladarba l-kwota tkun eżawrita, japplika l-ogħla dazju antisussidji u/jew anti-dumping, minn naħa, u 25 % tad-dazju ta’ salvagwardja tal-kwota, min-naħa l-oħra. Dan il-prinċipju japplika wkoll għall-miżuri anti-dumping attwali u, konsegwentement, ma hemm l-ebda rimedju doppju. |
|
(311) |
Fir-rigward tat-talba biex jiġu amalgamati l-kwoti tariffarji għat-Tajwan u għaċ-Ċina għall-kategorija 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/1382, din it-talba tista’ tiġi sottomessa biss fil-qafas tal-investigazzjoni ta’ salvagwardja u għalhekk hija miċħuda. |
8.2. Miżuri definittivi
|
(312) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. Għar-raġunijiet stabbiliti fit-Taqsima 6, u b’mod partikolari s-subtaqsima 6.2.3.4. ta’ dan ir-Regolament, id-dazji anti-dumping jenħtieġ li jiġu stabbiliti skont ir-regola tad-dazju inferjuri. |
|
(313) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:
|
|
(314) |
Ir-rati ta’ dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Għalhekk, dawn ir-rati ta’ dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u li huwa mmanifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(315) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju anti-dumping individwali tagħha jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (42). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. |
|
(316) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati ta’ dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(317) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, mhijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(318) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(319) |
Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, ir-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħra kollha jenħtieġ li tapplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
8.3. Ġbir definittiv tad-dazji provviżorji
|
(320) |
Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju, imposti mir-Regolament provviżorju, jenħtieġ li jinġabru definittivament sal-livelli stabbiliti skont dan ir-Regolament. |
8.4. Retroattività
|
(321) |
Kif imsemmi fit-taqsima 1.2 hawn fuq, wara talba mill-ilmentatur, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(322) |
Matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġiet ivvalutata d-data miġbura fil-kuntest tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-kriterji skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku kinux issodisfati għall-ġbir retroattiv tad-dazji definittivi. |
|
(323) |
L-analiżi tal-Kummissjoni ma wriet l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif preskritt mill-Artikolu 10(4d) tar-Regolament bażiku. Għal din l-analiżi, il-Kummissjoni qabblet il-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar matul il-perjodu mix-xahar ta’ wara l-bidu ta’ din l-investigazzjoni sal-aħħar xahar sħiħ ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji. Barra minn hekk, meta jitqabblu l-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar matul il-perjodu mix-xahar ta’ wara l-bidu ta’ din l-investigazzjoni sa u inkluż ix-xahar li fih ġew imposti l-miżuri provviżorji, ma setgħet tiġi osservata l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(324) |
Għalhekk, din il-kundizzjoni skont l-Artikolu 10(4d) tar-Regolament bażiku ma ġietx issodisfata. |
|
(325) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ġbir retroattiv tad-dazji definittivi għall-perjodu li matulu ġew irreġistrati l-importazzjonijiet ma kienx iġġustifikat f’dan il-każ. |
9. OFFERTA TA’ IMPENN
|
(326) |
Wara d-divulgazzjoni finali, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi ssottomettew offerta ta’ impenn fuq il-prezz skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. |
|
(327) |
Il-Kummissjoni evalwat dawn l-offerti u kkonkludiet li l-aċċettazzjoni ta’ dawn l-impenji ma tkunx prattika skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. Dan huwa prinċipalment minħabba l-għadd kbir ta’ tipi ta’ prodotti indistingwibbli koperti mill-offerti, li jvarjaw b’mod sinifikanti fil-prezz, il-limitazzjonijiet tas-sistema ta’ indiċjar proposta biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet, u, fil-każ ta’ waħda mill-kumpaniji, l-istruttura kumplessa tal-grupp ta’ kumpaniji. |
|
(328) |
L-għadd kbir ta’ tipi ta’ prodotti li għalihom ġie offrut impenn jinvolvi riskju għoli ta’ kumpens trasversali ma’ tipi ta’ prodotti li jiswew aktar u li possibbilment jinbiegħu taħt il-prezz minimu ta’ importazzjoni propost (“PMI”) u jiġu ddikjarati bħala tipi ta’ prodotti irħas ukoll soġġetti għall-impenn. |
|
(329) |
Hemm ukoll rikji serji ta’ monitoraġġ u ta’ kumpens trasversali relatati mal-istruttura ta’ Taiyuan Iron and Steel Group Co., Ltd. (“TISCO”) li għaliha tappartjeni STSS. It-TISCO huwa grupp kbir fil-qasam tal-ħadid u tal-azzar, li huwa attiv fl-estrazzjoni tal-minerali tal-ħadid, fil-produzzjoni u fl-ipproċessar tal-azzar, kif ukoll fid-distribuzzjoni u fin-negozjar ta’ oġġetti. Minħabba n-natura tal-prodotti, ma jistax jiġi eskluż li l-grupp ibigħ jew se jkun qed ibigħ prodotti differenti, inkluż il-prodott ikkonċernat, lill-istess klijenti. Tranżazzjonijiet bħal dawn ma jistgħux jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni biex ikun żgurat li l-PMI jiġi rrispettat għall-prodott ikkonċernat u li l-impenn ikun effettivament implimentat. |
|
(330) |
Barra minn hekk, iż-żewġ kumpaniji pproponew fl-offerta tagħhom tal-impenn indiċjar trimestrali li jirreferi għall-kwotazzjonijiet tal-prezz tal-prodott lest minflok tal-materja prima. L-indiċjar issuġġerit ma tqiesx xieraq, u b’kunsiderazzjoni tal-għadd ta’ tipi ta’ prodotti differenti, il-monitoraġġ tiegħu, jekk ikun prattiku, ikun ta’ piż. |
|
(331) |
Il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-applikanti, li fiha tat ir-raġunijiet għalfejn kienet qed tirrifjuta l-offerta rispettiva tagħhom ta’ impenn u tat l-opportunità lill-applikanti jikkummentaw. |
|
(332) |
Il-Kummissjoni rċeviet risposta mingħand STSS, li fiha l-kumpanija rrevediet ċerti elementi tal-offerta ta’ impenn, inkluż il-livell tal-PMI propost. Madankollu, din l-offerta ta’ impenn riveduta tressqet wara l-iskadenza legali prevista fl-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. Filwaqt li l-kumpanija setgħet ippreżentat impenn minn meta ġew imposti l-miżuri provviżorji, hija għamlet dan biss fl-aħħar jum tal-iskadenza statutorja, jiġifieri ħamest ijiem qabel l-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Kif imsemmi hawn fuq, STSS ippreżentat verżjoni riveduta tal-offerta ta’ impenn wara d-data tal-iskadenza applikabbli u dan ġie injorat. |
|
(333) |
Barra minn hekk, minkejja l-isforzi tal-kumpanija biex tissimplifika l-offerta oriġinali tagħha ta’ impenn f’termini ta’ għadd ta’ PMI u ċerti impenji offruti fir-rigward tal-kanali tal-bejgħ u l-bejgħ fl-Unjoni ta’ prodotti oħra mill-kumpaniji tal-grupp TISCO, l-istruttura tal-grupp ta’ kumpaniji ferm kumplessa u l-livell tal-PMI jżidu l-probabbiltà ta’ kumpens trasversali jekk impenn jiġi aċċettat. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet mas-sejbiet tagħha li l-monitoraġġ effettiv tal-impenn ma jkunx prattiku. |
|
(334) |
Għalhekk, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (327) sa (333), iż-żewġ offerti ta’ impenn fuq il-prezz ġew miċħuda. |
10. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(335) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 (43), meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jenħtieġ li jitħallas għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(336) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi l-prodotti maqtugħa skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jibqgħux jinħadmu wara li jiġu llaminati bis-sħana u li jeskludu prodotti, mhux f’kojls, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar u ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet SA 7219 11, 7219 12, 7219 13, 7219 14, 7219 22, 7219 23, 7219 24, 7220 11 u 7220 12 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mill-Indoneżja.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Rata tad-dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |
|
L-Indoneżja |
PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry |
17,3 |
C541 |
|
Pt Indonesia Tsingshan Stainless Steel |
17,3 |
C547 |
|
|
Kumpaniji l-oħra kollha |
17,3 |
C999 |
|
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd |
19,0 |
C163 |
|
Taiyuan Taigang Daming Metal Products |
19,0 |
C542 |
|
|
Tisco Guangdong Stainless Steel Service Center Co., Ltd |
19,0 |
C543 |
|
|
Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co. Ltd. |
19,0 |
C025 |
|
|
Fujian Fuxin Special Steel Co., Ltd. |
14,6 |
C544 |
|
|
Zhenshi Group Eastern Special Steel Co., Ltd. |
9,2 |
C558 |
|
|
Xiangshui Defeng Metals Co., Ltd |
17,5 |
C545 |
|
|
Fujian Dingxin Technology Co., Ltd. |
17,5 |
C546 |
|
|
Kumpaniji l-oħra kollha |
19,0 |
C999 |
|
|
It-Tajwan |
Yieh United Steel Co. |
4,1 |
C032 |
|
Tang Eng Iron Works Co. Ltd. |
4,1 |
C031 |
|
|
Wsin Lihwa Co. |
7,5 |
C548 |
|
|
Kumpaniji l-oħra kollha |
7,5 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 għandhom jinġabru b’mod definittiv. L-ammonti ggarantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
L-ebda dazju anti-dumping definittiv mhu se jiġi impost b’mod retroattiv għall-importazzjonijiet irreġistrati. Id-data miġbura f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/104 ma għandhiex tibqa’ tinżamm.
Artikolu 4
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019); |
|
(b) |
mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u |
|
(c) |
li effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mill-Indoneżja (ĠU C 269I, 12.8.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/104 tat-23 ta’ Jannar 2020 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mill-Indoneżja soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 19, 24.1.2020, p. 5).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3).
(5) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(6) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(7) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014, Guangdong Kito Ceramics u Oħrajn vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Kawża T-633/11, b’mod partikolari l-punti 100 u 111.
(8) Appellate Body Report, United States — Anti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, WT/DS184/AB/R, b’mod partikolari l-punt 102.
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/576 tal-10 ta’ April 2019 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 100, 11.4.2019, p. 7).
(10) Appellate Body Report, Ukraine — Anti-Dumping Measures on Ammonium Nitrate, WT/DS493/AB/R, b’mod partikolari l-punti 6.85 u 6.105.
(11) Appellate Body Report, Ukraine — Anti-Dumping Measures on Ammonium Nitrate, WT/DS493/AB/R, il-punt 6.105.
(12) SWD(2017) 483 final/2 tal-20 ta’ Diċembru 2017.
(13) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mill-Indoneżja (ĠU C 269I, 12.8.2019, p. 1).
(14) In-Nota tad-9 ta’ Settembru 2019 u n-Nota tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali.
(15) Disponibbli fuq https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ Ġunju 2020).
(16) Kif spjegat fil-premessa (192)(a) tar-Regolament provviżorju, il-Borża tal-Metall ta’ Londra ntużat bħala l-bażi għal dan il-valur mingħajr distorsjoni, ikkoreġut għall-kontenut tan-nikil tal-materja prima. Peress li l-kontenut tan-nikil kien ivarja bejn il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-valur preċiż mingħajr distorsjoni huwa mogħti fid-divulgazzjoni speċifika għall-kumpaniji.
(17) Il-Kawżi: C-191/09 P u C-200/09 P: Il-Kunsill u l-Kummissjoni vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP, il-punt 55.
(18) Il-Kawża C-468/15 P: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-punt 43.
(19) Aktar dettalji, ta’ natura kunfidenzjali, huma pprovduti fid-divulgazzjoni speċifika.
(20) Minħabba l-kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità spjegazzjonijiet aktar dettaljati huma pprovduti fid-divulgazzjoni speċifika.
(21) Minħabba l-kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità spjegazzjonijiet aktar dettaljati huma pprovduti fid-divulgazzjoni speċifika.
(22) Is-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2011, il-kawża T-423/09, Dashiqiao vs Il-Kunsill, ECLI:EU:T:2011:764, il-punti 34 sa 50.
(23) Il-marġni japplika għall-produtturi Ċiniżi l-oħra kollha tal-prodott li qed jiġi investigat tal-grupp TISCO kif elenkat fil-parti operattiva tar-Regolament.
(24) L-Indoneżja kellha sehem mis-suq ta’ 0,0014 % fl-2017 iżda sehem mis-suq ta’ 3,7 % fl-2018.
(25) http://curia.europa.eu/juris/document/document_print.jsf?docid=212842&text=&dir=&doclang=EN&part=1&occ=first&mode=lst&pageIndex=0&cid=593705
(26) http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?text=&docid=224910&pageIndex=0&doclang=en&mode=lst&dir=&occ=first&part=1&cid=14412714
(27) Fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ bejgħ magħmul minn STSS permezz tal-importatur relatat tiegħu kien żgħir wisq għalhekk l-impatt tal-aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) fuq il-marġni tat-twaqqigħ ikun negliġibbli.
(28) http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?text=&docid=218162&pageIndex=0&doclang=en&mode=lst&dir=&occ=first&part=1&cid=14413842
(29) Il-Kummissjoni spjegat id-dettalji ta’ dan l-iżball klerikali fid-dokument speċifiku ta’ divulgazzjoni lill-produttur esportatur ikkonċernat.
(30) Il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika d-data essenzjali biex twettaq analiżi xierqa. Id-data mhux verifikata, li tirriżulta minn nuqqas ta’ kooperazzjoni, kienet tinkludi, fost l-oħrajn, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u b’hekk il-kost totali tal-produzzjoni.
(31) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(32) L-Afrika t’Isfel kienet eskluża mill-ambitu tas-salvagwardja tal-azzar mill-15 ta’ Novembru 2018 skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1712 tat-13 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1013 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja provviżorji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 286, 14.11.2018, p. 17).
(33) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(34) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(35) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(36) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(37) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(38) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(39) Iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata informazzjoni kunfidenzjali. Il-firxa hija kkunsidrata preċiża fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni.
(40) WTO, Indoneżja — Miżuri relatati mal-materja prima, DS592, Talba għal konsultazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea, 22 ta’ Novembru 2019
(41) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1382 tat-2 ta’ Settembru 2019 li jemenda ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew anti-sussidji fuq ċerti prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja (ĠU L 227, 3.9.2019, p. 1).
(42) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.
(43) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).