11.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11074 – L-GAM / EPIC BPIFRANCE / BIOSE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 126/05)

1.   

Fit-30 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

L-GAM GP II S.à.r.l. (“L-GAM”, il-Lussemburgu),

—

EPIC Bpifrance (Franza),

—

Biose Industrie SAS (“Biose”, Franza), ikkontrollata minn Microbiota Anima Group SAS u Cathay Capital Private Equity SAS.

L-GAM u EPIC Bpifrance se jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Biose kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

L-GAM hija kumpanija ta’ investiment ibbażata fil-Lussemburgu li tagħmel investimenti fit-tul f’kumpaniji privati żgħar u ta’ daqs medju fl-Ewropa,

—

EPIC Bpifrance hija istituzzjoni pubblika industrijali u kummerċjali tal-Istat Franċiż li tippromwovi l-iżvilupp u l-finanzjament ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju f’isem l-Istat Franċiż, iffokata fuq l-innovazzjoni u t-teknoloġija,

—

Biose hija kumpanija tal-bijoteknoloġija ffukata fuq is-settur tal-mikrobijoma li tipprovdi servizzi ta’ organizzazzjoni tal-manifattura tal-iżvilupp b’kuntratt, prinċipalment għal prodotti bijoterapewtiċi ħajjin u għall-probijotiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11074 – L-GAM / EPIC BPIFRANCE / BIOSE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.