26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 273/2014

tat-12 ta' Diċembru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2140]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 700/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 fir-rigward tal-Istat Membru relatur għas-sustanza attiva dimetomorf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 13zzze (Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

—

32014 R 0700: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 700/2014 tas-24 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 184, 25.6.2014, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 700/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2014 tat-30 ta’ Settembru 2014 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 184, 25.6.2014, p. 8.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(2)   ĠU L 202, 30.7.2015, p. 87.