<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0238</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20161214">14.12.2016</DATE> – KAWŻA C-238/15</P><P>BRAGANÇA LINARES VERRUGA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P>tal-<DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġi soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 492/2011</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(2)</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni għall-istudenti li ma humiex residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat li dawn ikunu wlied ħaddiema li kienu ġew impjegati jew li kienu eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom f’dan l-Istat Membru matul perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni indiretta</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Għan intiż sabiex iżid il-proprzjon ta’ persuni residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla</KEYWORD><KEYWORD>Natura xierqa</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-238/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-tribunal administratif (qorti amministrattiva il-Lussemburgu), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20150522">22 ta’ Mejju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Maria do Céu Bragança Linares Verruga,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Jacinto Manuel Sousa Verruga,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">André Angelo Linares Verruga</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas (Relatur), C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Maria do Céu Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn G. Thomas u L. Urbany, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Lussemburgiż, minn D. Holderer, bħala aġent, assistita minn P. Kinsch, avukat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn M. Wolff u C. Thorning, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Norveġiż, minn I. Jansen, C. Anker u M. Schei, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Van Hoof, M. Kellerbauer u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Maria do Céu Bragança Linares Verruga kif ukoll Jacinto Manuel Sousa Verruga u André Angelo Linares Verruga kontra l-ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche (ministru għall-edukazzjoni ogħla u għar-riċerka, il-Lussemburgu) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li A. Linares Verruga jibbenifika minn għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KKE) Nru 1612/68, tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15) kif emendat bid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1612/68<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kien tħassar b’effett mis-<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE> bir-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 41 ta’ dan l-aħħar regolament, ir-riferimenti li jsiru għar-Regolament Nru 1612/68 għandhom jinftiehmu bħala li jsiru għar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ dan l-aħħar regolament jirriproduċi l-kliem tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68.</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiem nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[i]ċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għex legalment għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin fl-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt ta’ residenza permanenti hemmhekk<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jgħixu skond din id-Direttiva fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru fl-iskop tat-Trattat.Il-benefiċċju ta’ dan id-dritt għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru u li għandhom id-dritt ta’ residenza jew għandhom residenza permanenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru ospitanti m’għandux ikun obbligat li jattribwixxi d-dritt ta’ għajnuna soċjali matul l-ewwel tliet xhur ta’ residenza jew, fejn xieraq, matul il-perjodu itwal previst fl-Artikolu 14(4)(b), lanqas mhu obbligat, qabel il-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti, li jawtorizza għajnuna ta’ manteniment għall-istudji, inkluż taħriġ professjonali, li jikkonsisti f’konċessjonijiet ta’ l-istudenti jew f’self għal studenti lill-persuni li mhumiex ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni li jżommu t-tali status u membri tal-familja tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Lussemburgiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla hija rregolata mil-Liġi tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla (<HT TYPE="ITALIC">Mémorial</HT> A 2000, p. 1106, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>liġi dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li ġiet emendata diversi drabi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Din l-għajnuna finanzjarja tingħata taħt forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self u tista’ tintalab indipendentement mill-Istat li fih l-applikant beħsiebu jsegwi l-edukazzjoni ogħla tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara emendi introdotti permezz tal-punt 2 tal-Artikolu 1 tal-liġi tas‑<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Mémorial</HT> A 2010, p. 2040), L-Artikolu 2 tal-liġi dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla tiddefinixxi l-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna bil-kliem li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, l-istudenti ammessi biex isegwu l-edukazzjoni ogħla u li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikunu ċittadini Lussemburgiżi jew membru tal-familja ta’ ċittadin Lussemburgiż u jkollu d-domiċilju tiegħu fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikunu ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew ta’ wieħed mill-Istati l-oħra li huma partijiet fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea [, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 19, p. 146),] u tal-Konfederazzjoni Svizzera u jkunu residenti, skont il-Kapitolu 2 tal-Liġi emendata tad-<DATE ISO="20080829">29 ta’ Awwissu 2008</DATE> dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-immigrazzjoni, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu bħala ħaddiem impjegat, bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu, bħala persuna li żżomm dan l-istatus jew bħala membru tal-familja ta’ waħda mill-kategoriji ta’ persuni elenkati hawn fuq, jew li jkunu kisbu d-dritt ta’ residenza permanenti […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni applikabbli fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali hija dik li tirriżulta wara l-emenda tal-liġi dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla permezz tal-liġi tad-<DATE ISO="20130719">19 ta’ Lulju 2013</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Mémorial</HT> A 2013, p. 3214) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>liġi emendata tat‑<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2a tal-liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, kif imdaħħal mill-punt 1 tal-Artikolu 1 tal-liġi tad-<DATE ISO="20130719">19 ta’ Lulju 2013</DATE>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Student li ma joqgħodx fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jista’ jibbenefika wkoll mill-għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla, bil-kundizzjoni li jkun wild ħaddiem impjegat jew li jaħdem għal rasu ċittadin Lussemburgiż jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat ieħor parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Konfederazzjoni Svizzera impjegat jew li jeżerċita l-attività tiegħu fil-Lussemburgu, u li dan il-ħaddiem kien impjegat jew kien eżerċita l-attività tiegħu fil-Lussemburgu matul perijodu kontinwu għal mill-inqas ħames snin mill-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla mill-istudent. L-impjieg fil-Lussemburgu għandu jkun mill-inqas nofs il-perijodu normali tax-xogħol applikabbli fl-impriża bis-saħħa tal-liġi jew tal-ftehim kollettiv tax-xogħol, jekk ikun il-każ, fis-seħħ. Il-ħaddiem li jaħdem għal rasu għandu jkun affiljat b’mod obbligatorju u kontinwu fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu bis-saħħa tal-punt 4 tal-Artikolu 1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali matul il-ħames snin ta’ qabel ma ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> kienet tħassret permezz tal-liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE> dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla (<HT TYPE="ITALIC">Mémorial</HT> A 2014, p. 2188), li ma kinitx fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali. B’mod partikolari, il-kundizzjoni tax-xogħol tal-ġenitur tal-istudent mhux residenti matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin fil-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja kienet ġiet abbandunata għal kundizzjoni ta’ xogħol tal-ġenitur tal-istudent mhux residenti matul perijodu ta’ mill-inqas ħames snin matul perijodu ta’ referenza ta’ seba’ snin ta’ qabel id-data tat-talba għall-kisba tal-għajnuna finanzjarja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>A. Linares Verruga, student fl-università ta’ Liège (il-Belġju), joqgħod mal-ġenituri tiegħu, M. Bragança Linares Verruga u J.M. Sousa Verruga, f’Longwy (Franza). M. Bragança Linares Verruga ilha taħdem fil-Lussemburgu bħala persuna impjegata mill-<DATE ISO="20040515">15 ta’ Mejju 2004</DATE>, b’interruzjoni waħda għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20111101">1 ta’ Novembru 2011</DATE> sal‑<DATE ISO="20120115">15 ta’ Jannar 2012</DATE>. J.M. Sousa Verruga ħadem f’dan l-Istat Membru bħala persuna impjegata bejn l-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> u t‑<DATE ISO="20110930">30 ta’ Settembru 2011</DATE> kif ukoll bejn l-<DATE ISO="20131204">4 ta’ Diċembru 2013</DATE> u s‑<DATE ISO="20140106">6 ta’ Jannar 2014</DATE>. Peress li fl-<DATE ISO="20140201">1 ta’ Frar 2014</DATE> huwa fetaħ impriża fil-Lussemburgu huwa ħadem għal rasu minn din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>A. Linares Verruga talab, bħala student, l-għoti, għas-semestru tax-xitwa tas-sena universitarja 2013/2014, ta’ għajnuna finanzjarja mill-Istat Lussemburgiż għall-edukazzjoni ogħla, fir-rigward tal-preparazzjoni għal diploma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-Ministru għall-Edukazzjoni ogħla u għar-Riċerka rrifjuta li jaċċetta din it-talba għall-għajnuna finanzjarja billi bbaża ruħu fuq l-inosservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2a tal-liġi emendata tat‑<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131223">23 ta’ Diċembru 2013</DATE>, A. Linares Verruga u l-ġenituri tiegħu ppreżentaw rikors amministrattiv kontra din id-deċiżjoni. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, il-Ministru għall-Edukazzjoni ogħla u għar-Riċerka ċaħad dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>A. Linares Verruga talab ukoll lill-Istat Lussemburgiż l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla għas-semestru tas-sajf tas-sena universitarja 2013/2014. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20140324">24 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Ministru għall-Edukazzjoni ogħla u għar-Riċerka rrifjuta li jaċċetta din it-talba għal għajnuna finanzjarja għal raġunijiet identiċi għal dawk imsemmija fid-deċiżjoni tiegħu tat‑<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, A. Linares Verruga u l-ġenituri tiegħu, fil‑<DATE ISO="20140415">15 ta’ April 2014</DATE>, adixxew it-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu) b’rikors għar-riforma jew l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ministru għall-Edukazzjoni ogħla u għar-Riċerka tat-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, dik tal-<DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE> u dik tal‑<DATE ISO="20140324">24 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Quddiem din il-qorti, A. Linares Verruga u l-ġenituri tiegħu sostnew, prinċipalment, li l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla tikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), li għaliha għandu dritt kull ħaddiem. Sussidjarjament, huma jsostnu li din l-għajnuna tikkostitwixxi vantaġġ soċjali, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, b’tali mod li l-għoti tagħha huwa suġġett għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament iddikjarata f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Gvern Lussemburgiż isostni li l-imsemmija għajnuna ma tikkostitwix benefiċċju tal-familja fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004 u jikkontesta l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1612/68 għall-kawża prinċipali. Dan il-gvern isostni wkoll li l-kwalità ta’ ħaddiem ta’ wieħed mill-ġenituri ta’ student mhux residenti fil-Lussemburgu ma hijiex suffiċjenti waħedha sabiex tagħti lok għad-dritt ta’ dan tal-aħħar għall-għajnuna mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla. Skont l-imsemmi gvern, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ippermettiet lill-leġiżlatur nazzjonali li jissuġġetta l-għoti ta’ tali għajnuna għall-osservanza tal-kundizzjoni li biha ħaddiem transkonfinali ijkun ħadem fl-Istat Membru kkonċernat għal perijodu ta’ żmien sinjifikattiv. Issa, fil-kawża prinċipali, il-konjuġi Verruga ma jissodisfawx din il-kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu) ma aċċettax, fl-ewwel lok, l-argument ta’ A. Linares Verruga u tal-ġenituri tiegħu li biha l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla tikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004. F’dan ir-rigward, huwa josserva li dan ir-regolament jirrigwarda l-benefiċċji relatati mal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tal-ħaddiema impjegati u li jaħdmu għal rashom u li benefiċċju ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu ħlief jekk ikopri riskju soċjali. Issa, it-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu) tqis li l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla ma għandhiex bħala għan li tkopri tali riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, l-imsemmija għajnuna finanzjarja ma tistax titqies bħala korrispettiv għat-tneħħija tal-allowances tal-familja għal studenti li għandhom iktar minn 18-il sena. Permezz tan-nomina tal-istudenti bħala benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, il-leġiżlatur Lussemburgiż xtaq jiddedika l-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>awtonomija tal-istudent<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jiġifieri d-dritt ta’ dan tal-aħħar li jkun jista’ jsewgi l-edukazzjoni ogħla tal-għażla tiegħu, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u mill-volontà tal-ġenituri tiegħu, bl-intenzjoni b’mod partikolari li jinkoraġixxi ż-żieda tal-proporzjon tal-persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla fil-populazzjoni residenti fil-Lussemburgu. It-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu) tenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla hija suġġetta biss għal kundizzjonijiet akkademiċi u li tingħata fil-forma ta’ borża ta’ studju jew self fejn l-ammonti jvarjaw biss skont is-sitwazzjoni finanzjarja u soċjali personali tal-istudent kif ukoll l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni li jridu jitħallsu minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argumenti ta’ A. Linares Verruga u tal-ġenituri tiegħu bbażati fuq l-inkompatibbiltà tal-liġi emendata tat‑<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> mar-Regolament Nru 1612/68, it-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-‑Lussemburgu) tikkunsidra li, sakemm il-finanzjament tal-edukazzjoni mgħoti minn Stat Membru lil ulied il-ħaddiema jikkostitwixxi, għal ħaddiem migrant, vantaġġ soċjali fis-sens tal-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament, din id-dispożizzjoni hija applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-qorti tosserva, li, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kundizzjoni ta’ residenza prevista fl-Artikolu 2(b) tal-liġi dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, kif emendata bil-liġi tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta minħabba nazzjonalità bejn il-persuni residenti fil-Lussemburgu u dawk li, mingħajr ma jirrisjedu f’dan l-Istat Membru, huma wlied il-ħaddiema transkonfinali li jeżerċitaw attività hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont it-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu), għalkemm, fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li kien possibbli għall-leġiżlatur Lussemburgiż li jeżiġi, għall-iskopijiet tal-għoti tal-għajnuna inkwistjoni, li l-ħaddiem transkonfinali, ġenitur tal-istudent, ikun ħadem fil-Lussemburgu matul perijodu minimu determinat, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ma ddeċidietx li tali rekwiżit għandu jikkostitwixxi kundizzjoni esklużiva u li perijodu ta’ xogħol ta’ ħames snin f’dan l-Istat Membru għandu jkun l-uniku kriterju ammissibbli. Għall-kuntrarju, fl-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat in-natura esklużiva wisq ta’ regola li tiffavorixxi kriterju wieħed biss għall-evalwazzjoni tal-grad ta’ konnessjoni tal-ħaddiem transkonfinali mas-soċjetà Lussemburgiża kif ukoll ir-relevanza u l-ġustifikazzjoni tal-kriterji li jippermettu li jidentifikaw probabbilità raġonevoli tar-ritorn tal-istudent fil-Lussemburgu wara li jispiċċa l-istudji tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sussegwentement, it-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu), tirrileva li l-għoti tal-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla ġiet irrifjutata lil A. Linares Verruga minħabba interruzzjoni ta’ xahrejn u nofs fl-eżerċizzju minn ommu ta’ attività ta’ ħaddiema impjegata fil-Lussemburgu, minkejja l-fatt li din tal-aħħar eżerċitat tali attività matul perijodu globali ta’ kważi tmien snin, għalkemm tali rifjut ma kienx ikun, taħt l-istess kundizzjonijiet, mogħti lil ħaddiem residenti fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu), tistaqsi jekk il-kundizzjoni prevista mill-Artikolu 2a tal-liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> għandhiex natura eċċessiva. Hija tosserva li diskriminazzjoni indiretta hija pprojbita fil-prinċipju, sakemm ma tkunx oġġettivament iġġustifikata, jiġifieri li hija xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ għan leġittimu u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiskeb dan il-għan. F’dan ir-rigward, din il-qorti tirrileva li l-Gvern Lussemburgiż iressaq bħala ġustifikazzjoni n-neċessità li jiżgura li teżisti rabta bejn il-ħaddiem transkonfinali u s-soċjetà Lussemburgiża li tippermetti li wieħed jassumi li, wara li jkun ibbenefika mill-għajnuna mill-Istat sabiex jiffinanzja l-istudji tiegħu, l-istudent, wild ta’ tali ħaddiem, jirritorna fil-Lussemburgu sabiex iqiegħed it-tagħrif li huwa kiseb għas-servizz tal-iżvilupp tal-ekonomija ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont it-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu), il-Gvern Lussemburgiż jaf bin-natutra eċċessiva u diskriminatorja tar-rekwiżit previst fl-Artikolu 2a tal-liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, peress li l-liġi tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE> dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla ssostiwixxiet il-kundizzjoni ta’ perijodu ta’ xogħol kontinwu ta’ ħames snin bil-kundizzjoni ta’ perijodu totali ta’ xogħol ta’ ħames snin fuq perijodu ta’ referenza ta’ seba’ snin, bil-għan li tippermetti li jitqiesu l-interruzzjonijiet ta’ xogħol, b’mod partikolari, il-perijodi ta’ qgħad. Madankollu, din il-qorti tqis, li, minkejja din il-bidla fil-kundizzjonijiet għall-għoti tal-imsemmija għajnuna, il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> mar-Regolament Nru 1612/68 hija xorta waħda kapaċi li tinfluwenza d-deċiżjoni rigward l-eżitu tad-deċiżjonijiet tal-Ministru tal-Edukazzjoni ogħla u għar-Riċerka fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tribunal administratif (qorti amministrattiva, il-Lussemburgu) iddeċiediet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-kundizzjoni imposta fuq l-istudenti li ma jirrisjedux fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu mill-Artikolu 2a tal-[liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>], bl-esklużjoni ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe kriterju ta’ rabta, jiġifieri li wieħed ikun wild ta’ ħaddiema li kienu impjegati jew li eżerċitaw l-attività tagħhom fil-Lussemburgu għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin fil-mument<?PAGE NO="7"?> tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, hija ġġustifikata mill-kunsiderazzjonijiet ta’ politika tal-edukazzjoni u ta’ politika baġitarja invokati mill-Istat Lussemburgiż, u xierqa, rispettivament ipproporzjonata meta mqabbla mal-għan li jrid jintlaħaq, jiġifieri li dan l-Istat ifittex li jinkoraġġixxi ż-żieda fil-proporzjon tal-persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla, filwaqt li jfittex li jiggarantixxi li dawn il-persuni, wara li jkunu bbenefikaw mill-possibbiltà offruta mill-iskema ta’ għajnuna kkonċernata għall-finanzjament tal-istudju tagħhom, li jkunu saru skont il-każ barra mill-pajjiż, jirritornaw lejn il-Lussemburgu sabiex iqiegħdu l-għarfien li jkunu akkwistaw għas-servizz tal-iżvilupp ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 492/2011 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġizlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-‑kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti għall-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mill-ġenituri ta’ dan tal-aħħar ikun ħadem f’dan l-Istat Membru matul perijodu minimu u kontinwu ta’ ħames snin fil-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, iżda ma tipprevedix tali kundizzjoni fir-rigward ta’ studenti residenti fuq it-territorju tal-imsemmi Stat Membru, bil-għan li tinkoraġġixxi ż-żieda fil-proporzjon tar-residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà eżaminat il-leġiżlazzjoni Lussemburgiża dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, li dakinhar kienet tirriżulta mill-liġi dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, kif emendata bil-liġi tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistoqsija dwar il-kompatibbiltà mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla għal kundizzjoni ta’ residenza tal-istudent u għalhekk stabbilixxiet differenza fit-trattament bejn il-persuni residenti fil-Lussemburgu u dawk li, mingħajr ma jkunu residenti f’dan l-Istat Membru, huma wlied ħaddiema transkonfinali li jeżerċitaw attività fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-differenza fit-trattament li tirriżulta mill-fatt li kundizzjoni ta’ residenza hija imposta fuq studenti, ulied ħaddiema transkonfinali, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta abbażi tan-nazzjonalità, li hija bħala prinċipju pprojbita, sakemm ma tkunx oġġettivament iġġustifikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kundizzjoni ta’ residenza prevista mill-liġi dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, kif emendata bil-liġi tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, kienet xierqa sabiex jintlaħaq l-għan tal-interess ġenerali rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni intiż sabiex jippromwovi t-tkomplija ta’ edukazzjoni ogħla u li jżid b’mod sinjifikattiv, il-proporzjon ta’ dawk li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla residenti fil-Lussemburgu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fl-analiżi tagħha tan-neċessità tal-kundizzjoni ta’ residenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li din tal-aħħar eċċediet dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan intiż sabiex iżid il-proporzjon tar-residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla, sal-punt fejn hija ostakolat it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi oħra potenzjalment rappreżentattivi tal-livell reali ta’ konnessjoni tal-applikant għall-għajnuna finanzjarja inkwistjoni mas-soċjetà jew mas-suq tax-‑xogħol tal-Istat Membru kkonċernat, bħalma huwa l-fatt li wieħed mill-ġenituri, li jkompli jipprovdi<?PAGE NO="8"?> għall-manteniment tal-istudent, huwa ħaddiem transkonfinali, li għandu impjieg permanenti f’dan l-Istat Membru u diġà ħadem f’dan tal-aħħar għal perijodu sinjifikattiv (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Wara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-liġi tad-<DATE ISO="20130719">19 ta’ Lulju 2013</DATE> emendat il-liġi dwar l-għajnuna finanzjara mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla b’mod li testendi l-benefiċċju ta’ din l-għajnuna lill-istudent li ma huwiex residenti fil-Lussemburgu bil-kundizzjoni li jkun wild ħaddiem impjegat jew jaħdem għal rasu, ċittadin Lussemburgiż jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea impjegat jew li jeżerċita l-attività tiegħu fil-Lussemburgu u li dan il-ħaddiem kien impjegat jew eżerċita l-attività tiegħu fil-Lussemburgu għall-perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin fil-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla mill-istudent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi eżaminat jekk leġiżlazzjoni bħal dik li tirriżulta mill-emenda tikkostitwixxix diskriminazzjoni possibbli u, f’dak il-każ, jekk hijiex oġġettivament iġġustifikata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ diskriminazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, li l-kontenut huwa fformulat fl-istess kliem bħal dak tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, il-ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru jibbenefika, fuq it-territorju ta’ Stati Membri oħrajn, mill-istess vantaġġi soċjali u fiskali bħall-ħaddiema nazzjonali. Din id-dispożizzjoni tibbenefika mingħajr distinzjoni kemm lill-ħaddiema migranti residenti fi Stat Membru ospitanti, kif ukoll lill-ħaddiema transkonfinali li, filwaqt li jeżerċitaw l-impjieg bi ħlas tagħhom fl-Istat Membru tal-aħħar, huma residenti fi Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971127">27 ta’ Novembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Meints</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:564">EU:C:1997:564</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li għajnuna mogħtija għall-manteniment u għat-taħriġ intiża sabiex titkompla l-edukazzjoni universitarja li twassal għal kwalifika professjonali tikkostitwixxi vantaġġ soċjali għall-ħaddiem migrant, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fejn il-wild ta’ ħaddiem migrant jista’ juża din id-dispożizzjoni huwa nnifsu sabiex jikseb dan il-finanzjament jekk, skont id-dritt nazzjonali, dan jingħata direttament lill-istudent (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920226">26 ta’ Frar 1992</DATE>, <NAME.CASE>Bernini</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:89">EU:C:1992:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68 jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni diretta, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni indiretta li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bressol <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:181">EU:C:2010:181</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla kemm għal kundizzjoni ta’ residenza tal-istudent fuq it-territorju Lussemburgiż kif ukoll, għall-istudenti mhux residenti fuq dan it-territorju, għall-kundizzjoni li wlied ħaddiema li ħadmu jew eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fil-Lussemburgu matul perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin mill-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja. Anki jekk hija tapplika bla distinzjoni għal ċittadini Lussemburgiżi u għal ċittadini ta’ Stati Membri oħra, kundizzjoni bħal din ta’ perijodu ta’ xogħol minimu u kontinwu ma hijiex prevista għall-istudenti li huma residenti fuq it-territorju Lussemburgiż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Tali distinzjoni bbażata fuq ir-residenza, tista’ tkun ta’ ħsara għal ċittadini ta’ Stati Membri oħra, sa fejn il-persuni mhux residenti huma normalment persuni li ma humiex ċittadini (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, din tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta abbażi tan-nazzjonalità li ma hijiex ammissibbli ħlief bil-kundizzjoni li tkun oġġettivament iġġustifikata. Sabiex tkun iġġustifikata, hija għandha tkun xierqa sabiex tiggarantixxi l-kisba ta’ għan leġittimu, u ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dan il-għan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ għan leġittimu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Lussemburgiż isostni li l-għan imfittex mil-liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> huwa identiku għall-għan soċjali li kien ġie invokat biex jiġġustifika l-leġiżlazzjoni applikabbli fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Dan l-għan huwa intiż li jżid b’mod sinjifikattiv fil-Lussemburgu dik il-parti ta’ residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, fil-punti 53 u 56 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-għan soċjali invokat mill-Gvern Lussemburgiż sabiex jiġġustifika l-leġiżlazzjoni applikabbli fil-kawża li wasslet għall-għoti ta’ din is-sentenza u intiż sabiex jippromwovi t-tkomplija ta’ edukazzjoni ogħla huwa għan ta’ interess ġenerali, rikonoxxut fuq livell tal-Unjoni. Fil-fatt azzjoni mnedija minn Stat Membru sabiex jiżgura li l-popolazzjoni residenti jkollha livell għoli ta’ taħriġ tikkostitwixxi għan leġittimu li jista’ jiġġustifika diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Li jibqa’ huwa li jiġi eżaminat jekk il-kundizzjoni ta’ perijodu ta’ xogħol kontinwu ta’ ħames snin fil-mument tat-talba għall-borża ta’ studju hijiex xierqa u neċessarja sabiex jinkiseb l-imsemmi għan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura xierqa tal-kundizzjoni tal-perijodu tax-xogħol minimu u kontinwu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Lusemburgiż, fuq liema opinjoni essenzjalment jaqblu l-Gvernijiet Daniż u Norveġiż, il-kundizzjoni ta’ perijodu tax-xogħol fil-Lussemburgu minimu u kontinwu ta’ ħames snin hija intiża sabiex jiżgura li l-għajnuna finanzjarja tingħata biss lill-istudenti li għandhom rabta ta’ konnessjoni mas-soċjetà Lussemburgiża tali li teżisti probabbiltà għolja ta’ installazzjoni fil-Lussemburgu u ta’ integrazzjoni fis-suq tax-xogħol Lussemburgiż fi tmiem l-edukazzjoni ogħla. Dan il-għan jinkiseb jekk il-ġenitur, ħaddiem transkonfinali, għandu impjieg permanenti fil-Lussemburgu u diġà ħadem hemmhekk għal perijodu sinjifikattiv, għaliex dan jikkostitwixxi element rappreżentattiv tal-livell reali ta’ konnessjoni mas-soċjetà jew mas-suq tax-xogħol Lussemburgiż. Ċirkustanzi bħal dawn jippermettu li wieħed jassumi li l-eżempju tal-ġenituri x’aktarx ser jinfluwenza, bi grad ta’ probabbiltà suffiċjenti, l-għażla tal-karriera tal-istudent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fir-rigward ta’ ħaddiema migranti u transkonfinali, il-fatt li għandu hom aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ Stat Membru, bħala prinċipju, joħloq rabta ta’ integrazzjoni suffiċjenti fis-soċjetà ta’ dan l-Istat li tippermettilhom li hemmhekk jibbenefikaw mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbla mal-ħaddiema nazzjonali fir-rigward ta’ vantaġġi soċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ir-rabta tal-integrazzjoni tirriżulta b’mod partikolari mill-fatt li l-ħaddiema migranti jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-politika soċjali tal-Istat Membru ospitanti bil-kontribuzzjonijiet fiskali u soċjali li huma jħallsu f’dak l-Istat, bis-saħħa tal-attività ta’ impjieg li jeżerċitaw. Għalhekk, huma għandhom<?PAGE NO="10"?> jibbenefikaw taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:346">EU:C:2012:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li leġiżlazzjoni nazzjonali indirettament diskriminatorja u li tirrestrinġi l-għoti ta’ vantaġġi soċjali lill-ħaddiema transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 fl-assenza ta’ rabta suffiċjenti mas-soċjetà li fiha jeżerċitaw attività mingħajr ma jirrisjedu hemmhekk tista’ tkun oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata mal-‑għan imfittex (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hartmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Geven</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:438">EU:C:2007:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070911">11 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hendrix</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:494">EU:C:2007:494</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-punti 26 u 28 sa 30 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Geven</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑213/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:438">EU:C:2007:438</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tipprevedi li dawk li jistgħu jitolbu benefiċċju soċjali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni huma biss dawk il-ħaddiema li, permezz tal-għażla tar-residenza tagħhom, stabbilixxew rabta effettiva mas-soċetà ta’ dan l-Istat Membru, kif ukoll, fir-rigward tal-ħaddiema transkonfinali li jeżerċitaw attività professjonali fl-imsemmi Stat Membru filwaqt li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor, dawk li jeżerċitaw attività professjonali li taqbeż il-limitu ta’ impjieg minuri, peress li kontribuzzjoni oġġettiva għas-suq tax-xogħol nazzjonali kienet meqjusa bħala li tikkostitwixxi wkoll element validu ta’ integrazzjoni mas-soċjetà tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-leġiżlazzjoni applikabbli fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-kundizzjoni tar-residenza minn qabel tal-istudent fil-Lussemburgu kienet meqjusa bħala l-unika kundizzjoni ta’ natura li tistabbilixxi rabta ta’ konnessjoni ma’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali kundizzjoni ta’ residenza kienet xierqa sabiex tikseb l-għan intiż sabiex jippromwovi t-tkomplija tal-edukazzjoni ogħla u li żżid, b’mod sinjifikattiv, il-proporzjon ta’ persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla residenti fil-Lussemburgu, iżda hija kienet ta’ natura esklużiva wisq (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, l-eżistenza ta’ probabbiltà raġonevoli li l-benefiċjarji tal-għajnuna jiġu lura sabiex jistabbilixxu ruħhom fil-Lussemburgu u jqiegħdu ruħhom għad-dispożizzjoni tas-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat Membru, sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku ta’ dan tal-aħħar, tista’ tiġi stabbilita minn elementi oħra għajr tali kundizzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fost dawn l-elementi, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-impjieg tal-ġenituri tal-istudent ikkonċernat, għal perijodu sinjifikattiv fl-Istat Membru li qiegħed jagħti l-għajnuna mitluba, jista’ jkun xieraq sabiex juri l-livell reali tar-rabta mas-soċjetà jew is-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C 20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, bħal fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, (<NO.CASE>C 20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-ewwel nett, il-benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja ma humiex il-ħaddiema stess, iżda wliedhom mhux residenti fil-Lussemburgu, li jfittxu li jistudjaw bla distinzjoni fil-Lussemburgu jew fi Stat Membru ieħor li jkun, u, it-tieni nett, ir-rabta mas-soċjetà Lussemburgiża tista’ tidher, f’dan ir-rigward, inqas b’saħħitha fir-rigward tal-ulied tal-ħaddiema transkonfinali iktar milli tal-ħaddiema migranti residenti fil-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher leġittimu li l-Istat li jagħti l-għajnuna jfittex li jiżgura li l-ħaddiem transkonfinali effettivament għandu rabta ta’ integrazzjoni mas-soċjetà Lussemburgiża billi jeżiġi rabta suffiċjenti sabiex jiġġieled kontra r-riskju li jidher bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>turiżmu ta’ boroż ta’ studju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, invokat mill-gvernijiet li ppreżentaw l-osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi aċċettat li l-kundizzjoni ta’ perijodu ta’ xogħol minimu fil-Lussemburgu ta’ ġenitur ħaddiem transkonfinali, meħtieġ mill-liġi emendata tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> sabiex ulied il-ħaddiema transkonfinali jkunu jistgħu jitolbu l-benefiċċju ta’ għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, hija ta’ natura li tistabbilixxi tali rabta ta’ dawn il-ħaddiema mas-soċjetà Lussemburgiża, kif ukoll probabbiltà raġonevoli li l-istudent jiġi lura l-Lussemburgu wara li dan ikun lesta l-istudji tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura neċessarja tal-kundizzjoni tal-perijodu ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ xogħol minimu u kontinwu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għall-konformità mad-dritt tal-Unjoni, il-kundizzjoni dwar il-perijodu minimu u kontinwu ta’ xogħol fil-mument tat-talba tal-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq l-għan mixtieq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-punt 76 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, billi impona kundizzjoni ta’ residenza bħal dik inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu ta preferenza lil element li ma huwiex neċessarjament l-uniku element rappreżentattiv tal-livell reali ta’ rabta tal-persuna kkonċernata ma dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li rabta suffiċjenti tal-istudent mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu li tippermetti li tiġi konkluża probabbiltà raġonevoli li huwa jiġi lura sabiex jistabbilixxi ruħu f’dan l-Istat Membru u jqiegħed ruħu għad-dispożizzjoni tas-suq tax-xogħol ta’ dan, tista’ tirriżulta wkoll mill-fatt li dan l-istudent jirrisjedi waħdu jew mal-ġenituri tiegħu fi Stat Membru konfinanti mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u li l-ġenituri tiegħu ilhom, għal perijodu kunsiderevoli, jaħdmu fil-Lussemburgu u jgħixu fil-prossimità ta’ dan l-aħħar Stat Membru (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-possibbiltajiet li l-leġiżlatur Lussemburgiż għandu, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li, sa fejn l-għajnuna hija komposta minn, pereżempju, self, sistema ta’ finanzjament li tissuġġetta l-għoti ta’ dan is-self, jekk mhux saħansitra l-kumplament tiegħu, jew in-nuqqas ta’ rimbors tiegħu, għall-kundizzjoni li l-istudent li jibbenefika minnu jiġi lura l-Lussemburgu wara li jkun spiċċa l-istudji tiegħu barra mill-pajjiż, sabiex jaħdem u jirrisjedi hemmhekk, tista’ tippermetti li jintlaħaq l-għan imfittex, mingħajr ma ssir ħsara lill-ulied ta’ ħaddiema transkonfinali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat ir-riskju li jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>turiżmu ta’ boroż ta’ studju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, u li jiġi żgurat li ħaddiem transkonfinali jippreżenta rabtiet suffiċjenti mas-soċjetà Lussemburgiża, il-Qorti tal-Ġustizzja semmiet, fil-punt 80 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-possibbiltà li jissuġġetta l-għoti tal-għajnuna finanzjarja għall-kundizzjoni li l-ħaddiem transkonfinali, ġenitur tal-istudent mhux residenti fil-Lussemburgu, ikun ħadem f’dan l-Istat Membru matul perijodu minimu speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Lussemburgiż isostni li l-leġiżlatur nazzjonali uża l-possibbiltà li ġiet offruta lilu mill-punt 80 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), billi ispira ruħu b’analoġija mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, li jirreferi għall-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti, ifformulati fl-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva. Issa, din id-dispożizzjoni tal-aħħar espressament tipprevedi l-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[I]ċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għex legalment għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin fl-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punti 83 sa 85 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-analoġija mal-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 issuġġerita mill-Gvern Lussemburgiż, ma hijiex rilevanti sabiex tiġġustifika r-rekwiżit ta’ perijodu kontinwu ta’ xogħol ta’ ħames snin impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38, li jipprevedi kundizzjoni ta’ perijodu minimu ta’ residenza kontinwu sabiex jiżgura l-għoti ta’ dritt ta’ residenza permanenti għal persuni stabbiliti permanentement fl-Istat Membru ospitanti tinsab, kif enfasizzat ukoll espressament, barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 80 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’kuntest ieħor minn dak ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema nazzjonali u ħaddiema migranti. Barra minn hekk, l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 jipprovdi espressament li l-possibbiltà miftuħa minn din id-dispożizzjoni li tirrifjuta li tagħti, qabel il-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti, għajnuna għall-istudju, inkluż għat-taħriġ professjonali, taħt forma ta’ boroż ta’ studju jew ta’ self, tapplika biss għal persuni li ma humiex ħaddiema impjegati, il‑persuni li jaħdmu għal rashom, il-persuni li jżommu t-tali status u l-membri tal-familja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għalhekk huwa biss sabiex jintwera b’liema mod id-dritt tal-Unjoni jippermetti, fil-kuntest taċ-ċittadini tal-Unjoni ekonomikament inattivi, li jiġi evitat ir-riskju li jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>turiżmu ta’ boroż ta’ studju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li l-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet fil-punt 80 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għall-Artikolu 16(1) u għall-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża prinċipali, il-benefiċċju tal-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla kienet irrifjutata lil A. Linares Verruga għalkemm il-ġenituri tiegħu ħadmu fil-Lussemburgu matul perijodu totali ta’ iktar minn ħames snin, b’xi interruzzjonijiet qosra biss matul il-ħames snin li ppreċedew it-talba għall-għajnuna finanzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Regola bħal dik prevista mill-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti lill-istudenti mhux residenti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla għall-kundizzjoni li jkollhom ġenitur li ħadem fil-Lussemburgu b’mod kontinwu matul perijodu minimu ta’ ħames snin fil-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja, mingħajr ma tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu din l-għajnuna meta, bħal fil-kawża prinċipali, il-ġenituri ħadmu, minkejja xi interuzzjonijiet qosra, fil-Lussemburgu matul perijodu sinjifikattiv, f’dan il-każ għal kważi tmien snin, ta’ iktar minn ħames snin, matul il-perijodu li ppreċeda din it-talba, timponi restrizzjoni li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan leġittimu intiż sabiex iżid in-numru ta’ persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla fi ħdan il-populazzjoni residenti, sakemm tali interruzzjonijiet ma humiex ta’ natura li jiksru r-rabta bejn l-applikant għall-għajnuna finanzjarja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti għall-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mill-ġenituri ta’ dawn tal-aħħar ikun ħadem f’dan l-Istat Membru matul perijodu minimu u kontinwu ta’ ħames snin fil-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja, iżda ma tipprevedix tali kundizzjoni fir-rigward ta’ studenti residenti fuq it-territorju tal-imsemmi Stat Membru, bl-għan li tinkoraġġixxi ż-żieda tal-proporzjon tar-residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti għall-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mill-ġenituri ta’ dawn tal-aħħar ikun ħadem f’dan l-Istat Membru matul perijodu minimu u kontinwu ta’ ħames snin fil-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja, iżda ma tipprevedix tali kundizzjoni fir-rigward ta’ studenti residenti fuq it-territorju tal-imsemmi Stat Membru, bl-għan li tinkoraġġixxi ż-żieda tal-proporzjon tar-residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>