|
26.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 223/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 774/2009
tal-25 ta' Awwissu 2009
li jemenda għall-112 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Awwissu 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandhom jitħassru:
|
(1) |
Ali Ghaleb Himmat. Indirizz: (a) Via Posero 2, CH-6911 Campione D’Italia, l-Italja (b) postijiet oħrajn fl-Italja, (c) is-Sirja. Data tat-twelid: 16.6.1938. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Ċittadinanza: Taljana mill-1990. |
|
(2) |
Mustapha Nasri Ben Abdul Kader Ait El Hadi. Data tat-twelid: 5.3.1962. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Alġerina (b) Ġermaniża. Tagħrif ieħor: iben Abdelkader u Amina Aissaoui. Residenti f'Bonn, il-Ġermanja, minn Frar 1999. |