European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2857

12.11.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2857

tal-11 ta’ Novembru 2024

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1) u 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) fiha żball fid-definizzjoni ta’ “inġenju tal-ajru bi bdot wieħed” fis-subparti A, il-punt FCL.010, fir-rigward tal-ħelikopters, tal-airships u tal-inġenji tal-ajru ta’ powered-lift. L-iżball, introdott bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2227 (3), jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjoni.

(2)

Il-verżjonijiet bil-lingwi Maltija u Slovena tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fihom żball fl-Appendiċi 6, it-Taqsima B, il-punt 8.2 tiegħu fir-rigward tal-ammont ta’ taħriġ meħtieġ fil-kors tal-IR(H), jekk il-parteċipant ikollu IR(A). L-iżball, introdott bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014 (4), jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjoni.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-verżjonijiet bil-Ġermaniż, bil-Malti u bis-Sloven tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħrajn mhumiex affettwati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitatimsemmi stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 245/2014, kif ukoll skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2227,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

(2)

fl-Appendiċi 6, fit-Taqsima B, il-punt 8.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.2.

L-ammont ta’ taħriġ meħtieġ għal detentur ta’ IR(A) jista’ jitnaqqas għal 10 sigħat.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2024

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1178/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2227 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet f’kull tip ta’ temp u għat-taħriġ tat-titjir bl-istrumenti u tal-klassifikazzjoni tat-tip fuq il-ħelikopters (ĠU L 448, 15.12.2021, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2227/oj).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/245/oj).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/216/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2857/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)