|
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/208 |
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-5 ta' Mejju 2010
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0090/2010),
|
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri tindika li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari, |
|
B. |
billi, fit-23 ta' April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007 (5), kif ukoll li, fir-riżoluzzjoni mehmuża mad-deċiżjoni ta' kwittanza, il-Parlament innota b'mod partikulari:
|
|
1. |
Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008, huma affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari; |
Prestazzjoni
|
2. |
Iħeġġeġ lill-Aġenzija sabiex tiffissa objettivi SMART u indikaturi RACER fil-programmazzjoni tagħha sabiex tevalwa aħjar il-kisbiet tagħha; jieħu nota, madankollu, li l-Aġenzija ddikjarat li qieset dawn il-kummenti fil-programm tagħha għall-2009; |
|
3. |
Jifraħ lill-Aġenzija għall-fatt li f'nofs l-2009 bdiet l-implimentazzjoni tas-softwer baġit skont l-attivitajiet (Activity Based Budget) li se jagħti indikazzjonijiet ċari dwar ir-riżorsi finanzjarji u umani allokati; |
|
4. |
Jifraħ lill-Aġenzija li tat widen għall-kummenti tal-Qorti u tal-awtorità baġitarja fil-kwittanza preċedenti; |
|
5. |
Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għandha tiġi aktar ibbażata fuq il-prestazzjoni tal-Aġenzija matul is-sena. |
Investigazzjoni tal-OLAF
|
6. |
Jieħu nota li fl-2009 l-OLAF lesta l-investigazzjoni tiegħu, li nbdiet fl-2008, dwar l-Aġenzija, u issa għalqitha għalkollox; |
Verifika interna
|
7. |
Jirrikonoxxi li l-fatt li fi Frar 2008 s-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) wettaq verifika ta' segwitu tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti tar-rapport tagħhom għall-2007 u sab li rakkomandazzjoni waħda biss (dwar is-sorveljanza tar-reklutaġġ mill-Bord) baqgħet pendenti; jinnota madankollu li ċ-ċirkustanzi kienu nbidlu u li, wara li l-Aġenzija bdiet topera u nħatar id-Direttur il-ġdid, dik ir-rakkomandazzjoni tilfet l-iskop inizjali tagħha u għalhekk jista' jitqies li ġiet issodisfata; |
|
8. |
Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali mehmuża mad-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 (6) dwar ir-rendiment, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 10.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 198.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0139 (Ara paġna 241 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).