|
6.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1098
tat-2 ta’ Lulju 2021
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi għar-residwi tal-24-epibrassinolid, tal-estratt tal-basla tal-Allium cepa L., taċ-ċiflumetofen, tal-fludioksonil, tal-flurossipir, tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, tal-o-nitrofenolat tas-sodju u tal-p-nitrofenolat tas-sodju f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi għar-residwi (“MRLs”) tal-fludioksonil, tal-flurossipir, tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, tal-o-nitrofenolat tas-sodju u tal-p-nitrofenolat tas-sodju, ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs taċ-ciflumetofen ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Ma kinux stabbiliti MRLs speċifiċi għal 24-epibrassinolid u għall-estratt tal-basla Allium cepa L. fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u dawk is-sustanzi lanqas ma kienu ddaħlu fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, għaldaqstant japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva ċiflumetofen fuq il-frott taċ-ċitru, fuq il-berquq, fuq il-lanġas, fuq it-tadam, fuq il-brunġiel, fuq il-ħjar u fuq il-ħops, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifikazzjoni tal-MRLs attwali. |
|
(3) |
Rigward il-fludioksonil, din l-applikazzjoni tressqet għall-frott tas-sebuqa. Tressqet applikazzjoni bħal din ukoll għall-kurrat salvaġġ, għall-weraq tal-karfus, għat-tursin, għat-timu, għall-ħabaq u fjuri li jittieklu. Rigward il-5-nitrogwajakolat tas-sodju, l-o-nitrofenolat tas-sodju, u l-p-nitrofenolat tas-sodju, din l-applikazzjoni tressqet għaż-żebbuġ tal-mejda u għaż-żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti tal-evalwazzjonijiet intbagħtu lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti tal-evalwazzjonijiet u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi, u fejn rilevanti, ir-riskji għall-annimali, u ħarġet l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (2). Bagħtet dawk l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri, u ppubblikathom. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha, abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi f’27 grupp ta’ konsumaturi Ewropej speċifiċi, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha tad-data kienu ntlaħqu u li l-modifiki għall-MRLs li kienu talbu l-applikanti kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumaturi. Hija qieset l-aktar informazzjoni riċenti dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment għal dawn is-sustanzi tul il-ħajja permezz tal-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom minnhom, u lanqas l-esponiment għal żmien qasir ma wrew li hemm xi riskju li jinqabżu d-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(7) |
Fil-kuntest tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva 24-epibrassinolid fid-dossier sommarju ddaħlet applikazzjoni għal MRL f’konformità mal-Artikolu 8(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). F’konformità mal-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament, dik l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u ħarġet konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskji tal-pestiċida tas-sustanza attiva, li fiha rrakkomandat li l-24-epibrassinolid tiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). |
|
(8) |
L-estratt tal-basla tal-Allium cepa L. ġie approvat bħala sustanza bażika bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/81 (5). Mhuwiex mistenni li l-kundizzjonijiet tal-użu tas-sustanza se jwasslu li jkun hemm ir-residwi fil-prodotti bażiċi tal-ikel jew tal-għalf li jistgħu jkunu ta’ riskju għall-konsumaturi. Għalhekk jixraq li l-estratt tal-basla tal-Allium cepa L. jiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati u tal-konklużjonijiet tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki rispettivi tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for cyflumetofen in various crops. EFSA Journal 2021;19(2):6373.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fludioxonil in elderberries. EFSA Journal 2020;18(7):6175.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fluroxypyr in chives, celery leaves, parsley, thyme and basil and edible flowers. EFSA Journal 2020;18(10):6273.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for sodium 5-nitroguaiacolate, sodium o-nitrophenolate and sodium p-nitrophenolate (sodium nitrocompounds) in table olives and olives for oil production. EFSA Journal 2020;18(11):6313.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(4) Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance 24-epibrassinolide. EFSA Journal 2020;18(6):6132.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/81 tas-27 ta’ Jannar 2021 li japprova s-sustanza bażika tal-estratt tal-basla tal-Allium cepa L. f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 12).
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni tal-fludioksonil, tal-flurossipir, tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, tal-o-nitrofenolat tas-sodju u tal-p-nitrofenolat tas-sodju huma sostitwiti b’dan li ġej: Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonna taċ-ċiflumetofen hija sostitwita b’dan li ġej: Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
|
(3) |
Fl-Anness IV, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu f’ordni alfabetika: “24-epibrassinolid” u “l-estratt tal-basla tal-“Allium cepa L.“. |
(*1) Tindika limitu ta’ kwantifikazzjoni analitika aktar baxx
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li japplikaw l-MRLs għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*2) Tindika limitu ta’ kwantifikazzjoni analitika aktar baxx
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li japplikaw l-MRLs għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.