3.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9663 — Vossloh Rail Services/Rhomberg Sersa Rail Holding/Vossloh Rail Maintenance (Railway switches repair and maintenance))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 69/07)

1.   

Fil-21 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Vossloh Rail Services GmbH (“Vossloh Rail Services”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Vossloh AG (“Vossloh”, il-Ġermanja),

—

Rhomberg Sersa Rail Holding GmbH (“Rhomberg Sersa”, l-Awstrija),

—

Vossloh Rail Maintenance GmbH (“Vossloh Rail Maintenance”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Vossloh Rail Services.

Vossloh Rail Services u Rhomberg Sersa, permezz tal-joint venture tagħhom kkontrollata bi sħab, Rhomberg Sersa Vossloh GmbH (“RSV”, il-Ġermanja), jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ parti mill-Vossloh Rail Maintenance. L-għaqda tal-kumpaniji tikkonċerna l-akkwist tan-negozju tal-manutenzjoni tad-devjaturi ta’ Vossloh Rail Maintenance.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Vossloh Rail Services: fornitur ta’ servizzi speċjalizzati tal-infrastruttura tal-ferroviji. Vossloh Rail Services hija parti minn Vossloh, kumpanija tat-teknoloġija attiva mad-dinja kollha b’enfasi ċentrali fuq l-infrastruttura tal-ferroviji,

—

Rhomberg Sersa: fornitur ta’ servizz sħiħ tal-inġinerija tal-ferroviji, b’firxa wiesgħa ta’ prodotti għall-kostruzzjoni tal-ferroviji, l-infrastruttura tal-ferroviji u servizzi tal-ferroviji,

—

Vossloh Rail Maintenance: fornitur ta’ servizz ta’ manutenzjoni tal-ferroviji u tad-devjaturi.

Il-joint venture tal-RSV twaqqfet biex tipprovdi manutenzjoni tad-devjaturi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9663 — Vossloh Rail Services/Rhomberg Sersa Rail Holding/Vossloh Rail Maintenance (Railway switches repair and maintenance)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Europäische Kommission

Generaldirektion Wettbewerb

Registratur Fusionskontrolle

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013. p. 5.