European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2500

12.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2500

tal-11 ta’ Diċembru 2025

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam tas-simna u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: S.I.Lesaffre)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għal pollam tas-simna ieħor u għall-għasafar ornamentali, u titlob li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Mejju 2025 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649 huwa sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li l-preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649, f’forma kkonċentrata mhuwiex irritant tal-ġilda jew tal-għajnejn. Meta titqies is-similarità fil-kompożizzjoni, din il-konklużjoni tista’ tiġi estiża għall-forma dilwita dejjem jekk tiġi fformulata bil-karbonat tal-kalċju biss. Iż-żewġ forom tal-addittiv jitqiesu bħala sensitizzaturi tal-ġilda u respiratorji, u kwalunkwe esponiment mill-ġilda jew mill-apparat respiratorju jitqies bħala riskju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649 għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-tiġieġ tas-simna, f’pollam tas-simna ieħor u fl-għasafar ornamentali fil-livell ta’ inklużjoni minimu propost ta’ 3 × 107 total CFU/kg ta’ għalf komplet. Hija ma qisitx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara l-introduzzjoni fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649 jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-pollam tas-simna u għall-għasafar ornamentali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)   EFSA Journal. 2025;23:e9465. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9465.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1898

S.I.Lesaffre

Preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u Bacillus licheniformis NRRL B-67649

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u

Bacillus licheniformis NRRL B-67649 li fih total minmu ta’ Bacillus spp. (proporzjon 1:1:1):

2 × 108 CFU/g addittiv.

Forom solidi

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Bacillus velezensis NRRL B-67647, Bacillus pumilus NRRL B-67648 u

Bacillus licheniformis NRRL B-67649.

Metodu analitiku  (1)

—

Identifikazzjoni: Metodi tas-sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) (CEN/TS 17697)

—

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost: Metodu tat-tifrix fuq it-tryptone soya agar (EN 15784)

Pollam tas-simna

Għasafar ornamentali

-

3 × 107

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxela, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv jista’ jintuża simultanjament mal-koċċidjostati li ġejjin, f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni rispettivi tagħhom bħala addittivi tal-għalf: diklażuril, narasin, maduramiċina tal-ammonju, salinomiċina tas-sodju, monensina tas-sodju, kloridrat tar-robenidina, il-kombinazzjoni ta’ narasin man-nikarbażina, lażaloċid jew alofuġinon.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir personali tal-protezzjoni għan-nifs u għall-ġilda.

L-1 ta’ Jannar 2036


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2500/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)