<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑217/15</NO.CASE><NO.CASE>C‑350/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0217</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:264">EU:C:2017:264</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>borgadrcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20170405">5.4.2017</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C‑217/15 U C‑350/15</P><P>ORSI U BALDETTI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2 u 273</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti, relatati mal-ommissjoni tal-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 50</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ne bis in idem</KEYWORD><KEYWORD>Identità tal-persuna mħarrka jew issanzjonata</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑217/15 u C‑350/15,</P><P>li għandha bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (qorti ta’ Santa Maria Capua Vetere, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April</DATE> u <DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-11 ta’ Mejju u fl-<DATE ISO="20150710">10 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Massimo Orsi</HT> (C‑217/15),</P><P><HT TYPE="BOLD">Luciano Baldetti</HT> (C‑350/15),</P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Orsi, minn V. Di Vaio, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal L. Baldetti, minn V. Di Vaio u V. D’Amore, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Galluzzo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn J. Vláčil u M. Smolek, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues, D. Colas u F.-X Lewis kif ukoll minn E. De Moustier u S. Ghiandoni, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Tomat u M. Owsiany-Hornung kif ukoll minn H. Krämer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170112">12 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ proċeduri kriminali kontra, rispettivament, Massimo Orsi u Luciano Baldetti, għal reati li huma wettqu fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-KEDB</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll 7 tal-KEDB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Id-dritt li persuna ma tiġix ipproċessata jew ikkastigata darbtejn<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħadd ma jista’ jkun ipproċessat jew jerġa’ jiġi kkastigat għal darb’oħra fi proċedimenti kriminali taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istess Stat għal xi reat li dwaru jkun diġà ġie finalment liberat jew misjub ħati skond il-liġi u l-proċedura penali ta’ dak l-Istat.”</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti ma għandhomx iżommu milli l-każ jerġa’ jinfetaħ skont il-liġi u l-proċedura penali tal-Istat inkwistjoni, jekk ikun hemm provi ta’ xi fatti ġodda jew li jkunu għadhom kif ġew żvelati, jew inkella jekk ikun ħemm xi vizzju fondamentali fil-proċedimenti ta’ qabel, li jista’ jkollhom effett fuq kif jiżvolġi l-każ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ebda deroga minn dan l-Artikolu ma għandha ssir taħt l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>) jiddetermina t-tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 273 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tad-decreto legislativo n. 471, Riforma delle sanzioni tributarie non penali in materia di imposte dirette, di imposta sul valore aggiunto e di riscossione dei tributi, a norma dell’articolo 3, comma 133, lettera q), della legge <DATE ISO="19961223">23 dicembre 1996</DATE>, n. 662 (Digriet Leġiżlattiv Nru 147, dwar ir-riforma tas-sanzjonijiet fiskali mhux kriminali fil-qasam tat-taxxi diretti, ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u ta’ ġbir ta’ taxxa skont l-Artikolu 3(133)(q) tal-Liġi Nru 662 tat-<DATE ISO="19961223">23 ta’ Diċembru 1996</DATE>), tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE> (suppliment ordinarju fil-GURI Nru 5, tat-<DATE ISO="19980108">8 ta’ Jannar 1998</DATE>) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Min jevadi, totalment jew parzjalment, fil-limiti ta’ żmien regolamentarji, il-pagamenti bħala akkont, perijodiċi, ta’ ammonti pendenti jew bilanċ tat-taxxa li jirriżultaw mid-dikjarazzjoni, wara t-tnaqqis, f’dan il-każ, tal-ammonti tal-pagamenti perijodiċi jew akkont, anki jekk ma jkunux saru, għandu jkun suġġett għal sanzjoni amministrattiva ta’ ammont ekwivalenti għal 30 % ta’ kull ammont mhux imħallas, anki f’każ li, wara l-korrezzjoni tal-iżbalji materjali jew ta’ kalkolu misjuba matul il-verifika tad-dikjarazzjoni annwali, jirriżulta li l-ammont dovut huwa ogħla jew li t-tnaqqis applikabbli huwa iktar baxx […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10a tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 74, Nuova disciplina dei reati in materia di imposte sui redditi e sul valore aggiunto, a norma dell’articolo 9 della legge <DATE ISO="19990625">25 giugno 1999</DATE>, n. 205 (Digriet Leġiżlattiv Nru 74 dwar l-adozzjoni ta’ regolamenti ġodda għar-reati tat-taxxa fuq id-dħul u tat-taxxa fuq il-valur miżjud, skont l-Artikolu 9 tal-Liġi tal-<DATE ISO="19990625">25 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Nru 205) tal-<DATE ISO="20000310">10 ta’ Marzu 2000</DATE> (GURI Nru 76, tal-<DATE ISO="20000331">31 ta’ Marzu 2000</DATE>, p. 4, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 74/2000<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-persuna taxxabbli li sal-limitu ta’ żmien ipprovdut għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni annwali bħala aġent tal-kontribwent ma tipprovdix it-taxxa f’ras il-għajn li tirriżulta miċ-ċertifikat maħruġ lill-aġenti, għal ammont ikbar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> għal kull perijodu tat-taxxa, għandha tiġi ssanzjonata b’sentenza ta’ priġunerija minn sitt xhur sa sentejn.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 10b ta’ dan id-digriet, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Evażjoni tal-ħlas tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 10a għandha tapplika fil-limiti previsti wkoll għal dawk li ma jħallsux it-taxxa fuq il-valur miżjud, li tirriżulta fid-dikjarazzjoni annwali, fil-limitu ta’ żmien regolatorju għall-ħlas bħala akkont li jikkorrispondi għall-perijodu taxxabbli suċċessiv<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Matul il-perijodi tat-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali, M. Orsi kien ir-rappreżentant legali ta’ S.A. COM Servizi Ambiente e Commercio Srl u L. Baldetti dak ta’ Evoluzione Maglia Srl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>M. Orsi u L. Baldetti huma mħarrka quddiem it-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (qorti ta’ Santa Maria Capua Vetere, l-Italja), għar-reat previst u sanzjonat mill-Artikolu 10b tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 74/2000, moqri flimkien mal-Artikolu 10a ta’ dan tal-aħħar, għar-raġuni li huma naqsu, fil-kwalità tagħhom ta’ rappreżentanti legali ta’ dawn il-kumpanniji, milli jħallsu fit-termini preskritti mil-liġi, il-VAT dovuta abbażi tad-dikjarazzjoni annwali għall-perijodi ta’ taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali. L-ammont tal-VAT mhux imħallas tela’, f’kull każ, għal iktar minn miljun euro.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Dawn il-proċeduri kriminali nfetħu wara li l’Agenzia delle Entrate (amministrazzjoni tat-taxxa) iddenunzjat dawn ir-reati lill-Procura della Repubblica (prosekutur tar-repubblika). Matul l-imsemmija proċeduri kriminali, ġie mwettaq l-iffriżar preventiv tal-assi kemm ta’ M. Orsi kif ukoll dawk ta’ L. Baldetti, iffriżar li kontra tiegħu kull wieħed ressaq talba għal eżami mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Qabel il-bidu tal-imsemmija proċeduri kriminali, l-ammonti tal-VAT inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu s-suġġett ta’ aċċertament definittiv min-naħa tal-amministrazzjoni tat-taxxa, li mhux biss illikwidat id-dejn fiskali, iżda imponiet ukoll sanzjoni fiskali pekunjarja fuq S.A. COM Servizi Ambiente e Commercio u fuq Evoluzione Maglia, li tirrappreżenta 30 % tal-ammont dovut fir-rigward tal-VAT. Wara tranżazzjoni li tinvolvi dawn il-miżuri ta’ aċċertament definittiv, dawn saru definittivi, mingħajr ma ġew ikkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (qorti ta’ Santa Maria Capua Vetere, l-Italja) iddeċidiet li tissopendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Fis-sens tal-Artikoli 4 [tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB] u 50 [tal-Karta], hija konformi mad-dritt [tal-Unjoni] d-dispożizzjoni tal-Artikolu 10b tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 74/00 sa fejn tippermetti li ssir evalwazzjoni tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuna li, għall-istess fatt (ommissjoni tal-ħlas tal-VAT), kienet diġà suġġetta għal aċċertament definittiv min-naħa tal-Amministrazzjoni finanzjarja tal-Istat, bl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva pekunjarja?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 50 tal-Karta u l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jitwettqu prosekuzzjonijiet għal nuqqas ta’ ħlas ta’ VAT, wara l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fiskali definittiva għall-istess fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju tirreferi mhux biss għall-Artikolu 50 tal-Karta, iżda wkoll għall-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB, għandu jitfakkar li għalkemm, kif jikkonferma l-Artikolu 6(3) TUE, id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti mill-KEDB jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni bħala prinċipji ġenerali u għalkemm l-Artikolu 52(3) tal-Karta jipprevedi li d-drittijiet li jinsabu fiha li jikkorrispondu għad-drittijiet iggarantiti mill-KEDB għandhom l-istess sens u l-istess portata bħal dawk li tagħtihom l-imsemmija konvenzjoni, din tal-aħħar ma tikkostitwixxix, sakekk ma jkunx hemm l-adeżjoni tal-Unjoni, strument ġuridiku formalment integrat fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑601/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:84">EU:C:2016:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, l-eżami tad-domanda magħmula għandha titwettaq unikament fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kunsill tal-Ministri</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:605">EU:C:2016:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑218/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:748">EU:C:2016:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 50 tal-Karta, għandu jiġi rrilevat li sanzjonijiet fiskali u proċeduri kriminali għandhom bħala għan reati fil-qasam tal-VAT u huma intiżi sabiex jiġi żgurat il-ġbir eżatt ta’ din it-taxxa u sabiex tiġi evitata l-frodi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxu implementazzjoni tal-Artikoli 2 u 273 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll tal-Artikolu 325 TFUE u, għalhekk, tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Taricco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:555">EU:C:2015:555</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, dispożizzjonijiet tad‑dritt nazzjonali li jirregolaw prosekuzzjonijiet li għandhom bħala suġġett reati fil-qasam tal-VAT, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 50 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> iggarantit fl-Artikolu 50 tal-Karta tippresupponi fl-ewwel lok, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu, li għandha tkun l-istess persuna li hija s-suġġett tas-sanzjonijiet jew tal-prosekuzzjonijiet ikkunsidrati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-kliem stess ta’ dan l-artikolu li skonthom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[l]-ebda persuna ma tista’ terġa’ tkun ipproċessata jew ikkundannata għal reat li għalih tkun diġà instabet mhux ħatja jew ikkundannata fl-Unjoni b’sentenza li daħlet in ġudikat skond il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jirriżulta li dan l-artikolu jipprojbixxi li tiġi mħarrka jew sanzjonata l-istess persuna iktar minn darba għall-istess reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 50 tal-Karta hija kkorroborata mill-ispjegazzjonijiet relattivi għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>) li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fir-rigward ta’ dan l-artikolu, dawn l-ispjegazzjonijiet jirreferu għall-ġurisprudenza tal-Qorti dwar il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, kif irrikonoxxut bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-Karta. Skont din il-ġurisprudenza, dan il-prinċipju ma jistax, fi kwalunkwe każ, jiġi eskluż jekk ma tkunx l-istess persuna li tkun ġiet ssanzjonata iktar minn darba għall-istess aġir illegali (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0338">338</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Coop de France bétail et viande <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/07 P u C‑110/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:741">EU:C:2008:741</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-imsemmija ġurisprudenza wara d-dħul fis-seħħ tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn informazzjoni li tinsab fid-deċiżjonijiet tar-rinviju, ikkonfermata kemm minn ċerti provi fil-fajl għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-Gvern Taljan matul is-seduta quddiem din tal-aħħar, li s-sanzjonijiet fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew imposti fuq żewġ kumpanniji li għandhom personalità ġuridika, jiġifieri S.A. COM Servizi Ambiente e Commercio u Evoluzione Maglia, filwaqt li l-proċeduri kriminali inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma kontra M. Orsi u L. Baldetti li huma persuni fiżiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk jidher, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 36 tal-konklużjonjiet tiegħu, li, fiż-żewġ proċeduri kriminali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-sanzjoni fiskali pekunjarja u l-prosekuzzjonijiet kienu kontra żewġ persuni separati, jiġifieri, fil-Kawża C‑217/15, S.A. COM Servizi Ambiente e Commercio, li kienet is-suġġett ta’ sanzjoni fiskali, u M. Orsi, li kontrih inbdiet proċedura kriminali u, fil-Kawża C‑350/15, Evoluzione Maglia, li ġiet imposta fuqha sanzjoni fiskali, u L. Baldetti, li nbdiet proċedura kriminali kontrih, b’tali mod li l-kundizzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> li biha l-istess persuna għandha tkun is-suġġett ta’ sanzjonijiet u ta’ prosekuzzjonijiet fejn jidher li hemm xi nuqqas, li hija madankollu l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza li biha M. Orsi u L. Baldetti huma suġġetti għal prosekuzzjonijiet għal fatti mwettqa bħala rappreżentanti legali ta’ kumpanniji li kienu s-suġġett ta’ sanzjonijiet fiskali pekunjarji ma tistax tikkontesta l-konklużjoni li tinsab fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, sa fejn l-Artikolu 50 ta’ din tal-aħħar jipprovdi għal dritt li jikkorrispondi ma’ dak previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB, għandu jiġi żgurat li l-interpretazzjoni hawn fuq imsemmija tal-Artikolu 50 ta’ din tal-aħħar ma tiksirx il-livell ta’ protezzjoni ggarantit mill-KEDB (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑601/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:84">EU:C:2016:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropew tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-fatt li jiġu imposti sanzjonijiet kemm fiskali kif ukoll kriminali ma jikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB, meta s-sanzjonijiet inkwistjoni huma dwar persuni, fiżiċi u ġuridiċi, ġuridikament separati (Qorti EDB, <DATE ISO="20140520">20 ta’ Mejju 2014</DATE>, Pirttimäki vs Il-Finlandja, CE:ECHR:2014:0520JUD00353211, § 51).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni li biha l-istess persuna għandha tkun is-suġġett ta’ sanzjonijiet u prosekuzzjonijiet ikkunsidrati hija nieqsa fil-kuntest tal-proċeduri inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hemmx lok li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 50 tal-Karta għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jitwettqu prosekuzzjonijiet għal nuqqas ta’ ħlas tal-VAT, wara l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fiskali definittiva għall-istess reati, meta din is-sanzjoni ġiet imposta fuq kumpannija li għandha personalità ġuridika filwaqt li l-imsemmija prosekuzzjonijiet huma mibdija kontra persuna fiżika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jitwettqu prosekuzzjonijiet għal nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud, wara l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fiskali definittiva għall-istess reati, meta din is-sanzjoni ġiet imposta fuq kumpannija li għandha personalità ġuridika filwaqt li l-imsemmija prosekuzzjonijiet huma mibdija kontra persuna fiżika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>