|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1 |
6.2.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1
tal-1 ta’ Diċembru 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti u d-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 87(2) u l-Artikolu 89(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 103(1), il-punt (a), mal-Artikolu 103(2) u mal-Artikolu 103(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom id-Danimarka, Franza u n-Netherlands iddeċidew li jirrieżaminaw il-perċentwal tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2026 trasferiti għall-allokazzjonijiet tagħhom għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 103(1), il-punt (b), mal-Artikolu 103(3) u mal-Artikolu 103(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha s-Slovakkja ddeċidiet li tittrasferixxi perċentwal tal-allokazzjoni tagħha għall-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2027 lill-allokazzjoni tagħha għall-pagamenti diretti. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 88(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2021/2115, iċ-Ċekja, Franza u s-Slovakkja ddeċidew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom li jirrieżaminaw il-perċentwal tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti użati għal tipi ta’ interventi f’setturi oħra msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 7, tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-snin kalendarji 2026 u 2027. Għalhekk, jenħtieġ li l-ammonti korrispondenti jitnaqqsu mill-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti. |
|
(4) |
Sabiex jiġu riflessi dawk id-deċiżjonijiet, jeħtieġ li jiġu adattati l-allokazzjonijiet ta’ dawk l-Istati Membri għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Annessi V u IX tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif ukoll id-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali stabbilit fl-Anness XI ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V, IX u XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(6) |
Peress li l-emendi magħmula b’dan ir-Regolament jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 mill-1 ta’ Jannar 2026, b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2026, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V, IX u XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.
ANNESS
L-Annessi V, IX u XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness V, ir-ringieli għaċ-Ċekja, għad-Danimarka, għal Franza, għan-Netherlands u għas-Slovakkja huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness IX, ir-ringieli għaċ-Ċekja, għad-Danimarka, għal Franza, għan-Netherlands u għas-Slovakkja huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness XI, ir-ringieli għad-Danimarka, għal Franza, għan-Netherlands u għas-Slovakkja, u r-ringieli tat-Total tal-EU-27 u tat-Total huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/1/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)