Official Journal L 115 , 09/05/2003 P. 0087 - 0089
Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2003/319/PESK tat-8 ta' Mejju 2003 li tirrigwarda l-appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu implimentati l-Ftehim ta' Lusaka dwar il-Waqfien mill-Ġlied u l-proċess tal-paċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) u li tħassar il-Posizzjoni Komuni 2002/203/PESK IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) L-Unjoni Ewropea tikkonsidra illi l-paċi dejjiema fir-RDK tista' tinkiseb permezz ta' paċi nnegozjata imparzjali għall-partijiet kollha, ir-rispett għall-integrità territorjali tar-RDK u r-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali fl-Istati kollha tar-reġjun, kif ukoll għall-prinċipji ta' relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u n-nuqqas ta' ndħil fi kwistjonijiet domestiċi, filwaqt li jitqiesu l-interesi tas-sigurtà tar-RDK u tal-pajjiżi ġirien. (2) Il-Ftehim ta' Lusaka dwar il-Waqfien mill-Ġlied kien iffirmat fl-10 ta' Lulju 1999 mir-RDK, l-Angola, in-Namibja, ir-Rwanda, iż-Zimbabwe, u iktar tard mill-"Mouvement pour la Liberation du Congo" u r-"Rassemblement Congolais pour la Democratie". Wara dan, kien iffirmat il-Ftehim ta' Pretoria bejn ir-RDK u r-Rwanda fit-30 ta' Lulju 2002, kien iffirmat il-Ftehim ta' Luanda bejn ir-RDK u l-Uganda fis-6 ta' Settembru 2002, u kienu ffirmati l-Ftehim ta' Pretoria fil-kuntest tad-Djalogu Inter-Kongoliż, fis-17 ta' Diċembru 2002 u s-6 ta' Marzu 2003 rispettivament. (3) Fil-15 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid f'Laeken l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Ftehim ta' Lusaka dwar il-Waqfien mill-Ġlied. (4) Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjonijiet 1234 (1999), 1258 (1999), 1291 (2000), 1304 (2000), 1332 (2000), 1341 (2001), 1355 (2001), 1376 (2001), 1399 (2002), 1417 (2002), 1445 (2002), 1457 (2003) u 1468 (2003). (5) Il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/203/PESK tal-11 ta' Marzu 2002 li tirrigwarda l-appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Lusaka dwar il-Waqfien mill-Ġlied u l-proċess tal-paċi fir-Repubblika Demokratika tal-Congo [1] għandha titħassar, ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 Il-għan ta' din il-Posizzjoni Komuni huwa li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta Lusaka dwar il-Waqfien mill-Ġlied u tal-ftehim varji għall-paċi, kemm interni u kemm internazzjonali, miksuba fis-sena 2002 u fis-6 ta' Marzu 2003, u r-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-proċess ġenerali tal-paċi li għaddej fir-RDK. Artikolu 2 L-Unjoni Ewropea ser issostni l-azzjoni meħuda min-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana b'appoġġ ma' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Lusaka dwar il-Waqfien mill-Ġlied, il-Ftehim ta' Pretoria (ta' Lulju 2002), il-Ftehim ta' Luanda (ta' Settembru 2002) u l-Ftehim ta' Pretoria fil-kuntest tad-Djalogu Inter-Kongoliż (ta' Diċembru 2002 u Marzu 2003 rispettivament), kif ukoll i-Riżoluzzjonijiet rilevani tal-Kunsill tas-Sigurtà, u se tikkopera mill-qrib ma' dawn l-organizzazzonijiet u l-atturi l-oħra rilevanti fil-komunità internazzjonali fl-implimentazzjoni ta' din il-Pożizjoni Komuni. Artikolu 3 L-UE se tkompli taħdem għall-oservanza stretta tal-waqfien mill-ġlied bejn il-firmatarji tal-Ftehim ta' Lusaka u, għal dan il-fini, se tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lill-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) u lill-Kummissjoni Militari Konġunta (JMC). Filwaqt li tfakkar illi l-UE faħħret l-irtirar tat-truppi barranin mir-RDK, wara l-Ftehim ta' Pretoria (ta' Lulju 2002) u ta' Luanda (ta' Settembru 2002), l-UE se issejjaħ għall-irtirar sħiħ tat-truppi barranin kollha mir-RDK, skond il-Ftehim ta' Lusaka, il-Ftehim ta' Pretoria u Luanda u d-deċiżjonijiet meħuda fuq dan il-bażi, u r-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà, immonitorjati kif approprjat mill-MONUC. Artikolu 4 L-UE tikkonsidra illi l-ftehim għall-paċi bejn ir-RDK u r-Rwanda (ta' Lulju 2002) u bejn ir-RDK u l-Uganda (ta' Settembru 2002) jirrappreżentaw pass maġġuri rigward in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-firmatarji u r-ristorazzjoni ta' paċi dejjiema fir-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar. L-UE tikkonsidra illi l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn il-Ftehim hija meħtieġa b'mod assolut u li dan għandu jsir fl-istess spirtu kostruttiv li wassal għall-ftehim globali u ser issejjaħ lill-partijiet kollha sabiex iżommu lura milli jappoġġjaw lill-gruppi lokali li jopponu dawn il-ftehim. Artikolu 5 L-UE se tħabrek għall-implimentazzjoni rapida tal-proċess tad-diżarm, id-demobilizzazzjoni, ir-ripatrijazzjoni u r-rikolonizzazjoni (DDRRR) tal-kumbattenti tal-gruppi armati, filwaqt li żżomm f'moħħha id-distinzjoni li se issir bejn il-gruppi barranin u dawk Congoliżi, kif previst skond il-Ftehim ta' Lusaka u ta' Pretoria u li hija element essenzjali sabiex tiġi rrestawrata l-paċi fir-reġjun. L-UE se tfakkar illi dan il-proċess se jitwettaq b'mod volontarju, bil-koperazjoni tal-firmatarji kollha tal-Ftehim ta' Lusaka, u jrid iwassal lilu nnifsu għall-appoġġ bl-azzjoni kkordinata tal-komunità internazzjonali. L-UE se tappoġġja l-azzjoni mill-MONUC, il-mekkaniżmu tal-verifika minn partijiet terzi, u l-JMC, kif ipprovvdut fir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà, il-Ftehim ta' Lusaka u l-Ftehim ta' Pretoria (ta' Lulju 2002). L-UE se toffri iktar appoġġ għall-proċess tad-diżarm, id-demobilizzzzjoni, ir-ripatrijazzjoni u r-rikolonilizzazzjoni b'miżuri approprjati, b'mod partikolari permezz ta' l-appoġġ għall-programm tad-demobilizzazzjoni u r-ri-integrazzjoni tal-ħafna pajjiżi (MDRP) għar-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar. L-UE se issostni l-passi meħuda mill-gvern tar-RDK sabiex jikkollabora mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda, u se titlob lir-RDK jissokta jagħmel dan. Artikolu 6 L-UE tafferma illi se tappoġġja l-Ftehim globali u li jinkludi kollox dwar it-transizzjoni fir-RDK, iffirmat fi Pretoria fis-17 ta' Diċembru 2002, kif ukoll il-Ftehim ta' Pretoria tas-6 ta' Marzu 2003 dwar il-kostituzzjoni tat-transizzjoni u l-memorandum dwar is-sigurtà u l-armata, fil-kuntest tad-djalogu inter-Congoliż L-UE se tħeġġeġ lill-partijiet firmatarji li jinplimentaw in bona fede d-disposizzjonijiet ta' dawn il-ftehim u li jaħdmu flimkien għall-formazzjoni ta' Ġvern nazzjonali transitorju li jinkludi lil kulħadd responsabbli milli jwassal lir-RDK sa l-ewwel elezzjonijiet demokratiċi bil-ħsieb tar-ristorazzjoni bikrija tad-demokrazija repreżentattiva, garanzija essenzjali għall-iżvilupp ekwitabbli u dejjiemi tal-pajjiż. L-UE se tkun lesta li tappoġġja l-implimentazzjoni ta' dawn l-arranġamenti. L-UE se tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha lill-messaġġier speċjail tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għad-Djalogu Inter-Congoliż. L-UE tafferma mill-ġdid ir-rieda tajba tagħha li tappoġġja t-transizzjoni, hekk kif l-isatituzzjonijiet jitqiegħdu f'posthom, bi proġetti ddisinjati b'mod partikolari sabiex jippromwovu l-għajnuna għall-popolazzjoni, it-tisħiħ ta' l-istrutturi statali, ir-rikostruzzjoni ekonomika tal-pajjiż u l-proġetti tad-DDRRR. F'dan il-kuntest, l-UE se tisħaq dwar l-importanza ta' l-aderenza mal-ftehim bejn ir-RDK u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod speċjali l-ftehim li jirrigwarda t-tnaqqis tal-faqar u l-faċilità tat-tkabbir (PRGF) bejn il-Gvern tar-RDK u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Artikolu 7 L-UE se issejjaħ għall-waqfien immedjat tal-konflitt u l-vjolenza bl-armi fil-partijiet kollha tar-RDK. L-UE tikkondanna bl-iktar termini iebsa l-atroċitajiet kommessi dan l-aħħar fil-lvant tal-pajjiż, b'mod speċjail fir-reġjun ta' Ituri. Dawk responsabbli jridu jinġiebu f'idejn il-ġustizzja. L-UE tfakkar illi l-Istatut ta' Ruma dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali japplika għall-atti ta' ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra kommessi fit-territorju tar-RDK wara d-dħul fis-seħħ ta' l-istatut (l-1 ta' Lulju 2002). L-UE se tħeġġeġ l-irtirar għal kollox tat-truppi barranin mir-reġjun ta' Ituri, kif ukoll DDRRR miżjuda, l-implimentazzjoni sħiħa tal-mandat tal-MONUC, u sforzi għall-bini tal-paċi, li huma vitali sabiex jintlaħaq grad ta' stabbiltà fost l-Ituri u l-Kivu. L-UE se issejjaħ lill-gruppi kollha fir-reġjun ta' Ituri li jtemmu l-konflitt hawnhekk, u lill-partijiet kollha li jikkoperaw bis-sħiħ sabiex jistabbixxu l-Kummissjoni tal-Paċifikazzjoni ta' l-Ituri (IPC). L-UE se ukoll iseehaħ għall-integrazzjoni fl-IPC ta' dawk il-gruppi fir-reġjun li għadhom ma tawhiex l-appoġġ tagħhom. L-UE temmen illi huwa iktar possibbli li l-IPC tilħaq ftehim taħt presidenza newtrali u fl-isfond ta' l-irtirar għal kollox tat-truppi barranin. L-UE se issejjaħ lill Gvernijiet tar-RDK, tar-Rwanda u ta' l-Uganda sabiex jużaw l-influwenzi kollha tagħhom ħalli jġibu t-tensjoni fi tmiemha u li jaħdmu sabiex jiżguraw illi fir-Reġjun ta' Ituri jeżistu l-kondizzjonijiet li jippremettu li jiġi implimentat b'suċċess il-Ftehim ta' Luanda (ta' Settembru 2002). L-UE tieħu nota ta' l-emenda reċenti tal-Ftehim ta' Luanda għal dan il-fini, magħmula f'Dar es Salaam fi Frar 2003 u, skond l-UNSCR 1468(2002) ser issejjaħ lill-Gvern ta' l-Uganda li żżomm l-impenn tagħha li tirtira t-truppi tagħha mingħajr dewmien. Artikolu 8 L-UE tikkondanna l-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali, li jirrappreżentaw waħda mill-kawżi u l-konsegwenzi ta' eba' snin ta' gwerra, kif ukoll fattur li jagħti n-nar lill-ġlieda pprolungata, skond ir-rapport reċenti tal-panew ta' l-esperti tan-NU dwar l-esplojtazzjoni illegali tar-riżorsi naturali u għamliet oħra tal-agħna tar-RDK. L-UE ssejjaħ lill-Istati kollha li jiġbdu l-konklużjonijiet approprjatui mis-sejbiet tal-panew u ssejjaħ lill-Istati kollha interessati sabiex jieħdu l-miżui meħtieġa. L-UE tappoġġja l-azzjoni miftiehma fil-UNSCR 1457 (2003), li għandha twassal għat-tmiem ta' dan l-isfruttament. L-UE tinsab lesta li tikkopera mal-panew sabiex iwettaq il-mndat ġdid tiegħu. Artikolu 9 Filwaqt li żżomm f'moħħha l-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 6, l-UE se tiżgura livell approprjat ta' żvilupp u ta' għajnuna umanitarja lir-RDK u se tagħti s-sostenn tagħha lill-Gvern transitorju għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-pajjiż, filwaqt illi tiżgura illi dan l-appoġġ jibbenefika lill-poplu Kongoliż kollu u lir-reġjuni kollha tar-RDK,u li tikkontribwixxi b'mod dinamiku u pro-attiv għall-proċess tal-paċi billi tippromwovi r-restorazzjoni ta' l-Istat Kongoliż, iggvernar tajjeb, titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kunsill jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli l-isforzi tagħha fis-segwiment tal-għanijiet ta' hawn fuq. Artikolu 10 Bil-koperazzjoni tagħha mal-pajjiżi fir-reġjun involut fil-kriżi Kongoliża, l-UE se tqis l-effetti ta' l-isforzi magħmula minn dawn ta' l-aħħar sabiex jimplimentaw il-ftehim dwar il-waqfien mill-ġlied u dwar il-paċi u l-UNSCRs imsemmija fl-Artikolu 2. Artikolu 11 L-UE se tkompli tappoġġja l-proċess tal-paċi fil-Burundi msejjes fuq il-Ftehim ta' Arusha, li s-suċċess riegħu huwa marbut mas-soluzzjoni tal-kriżi Kongoliża u li fih innifsu jista' jippromwovi l-paċi u l-istabbiltà fir-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar. L-UE se tappoġġja t-tlaqqigħ ta' konferenza internazzjonali dwar il-paċi, is-sigurtà, id-demikrazija u l-iżvilupp fir-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar meta hekk jippermetti l-progress fil-proċessi għal-paċi tal-Ftehim ta' Lusaka u ta' Arusha u hekk jiddeċiedu l-pajjiżi interessati. Artikolu 12 L-UE tirriserva d-dritt li timmodifika jew tikkanċella kull attività b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Lusaka dwar il-Waqfien mill-Ġlied u l-Ftehim sossegwenti, jekk il-partijiet ma jżommux mad-disposizzjonijiet tagħhom. Artikolu 13 Il-Posizzjoni Komuni 2002/203/PESK hija hawnhekk mħassra. Artikolu 14 L-implimentazzjoni ta' din il-Posizzjoni Komuni se tiġi mmonitorjata b'mod regolari sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-proċess għall-paċi fir-RDK. Artikolu 15 Din il-Posizzjoni komuni għandha tidħol f'effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi rivedutafid-dawl ta' l-iżviluppi fir-reġjun. Ikun xi jkun il-każ, għandha tittieħed Deċiżjoni ġdida qabel it-8 ta' Mejju 2004. Artikolu 16 Din il-Posizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 2003. Għall-Kunsill Il-President M. Chrisochoïdis [1] ĠU L 68, tat-12.3.2003, p. 1. --------------------------------------------------