30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 13/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/59/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 54zzzzi (Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

—

32010 L 0059: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/59/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 225, 27.8.2010, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2010/59/UE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 332, 16.12.2010, p. 50.

(2)   ĠU L 225, 27.8.2010, p. 10.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.