Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Sezzjoni 2 - Il-Budget annwali ta' l-Unjoni - Artikolu III-405
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0176 - 0176
Artikolu III-405 1. Jekk fil-bidu tas-sena finanzjarja l-ebda liġi Ewropea li tistabbilixxi l-budget ma tkun ġiet adottata b'mod definittiv, somma ekwivalenti għal mhux iktar minn wieħed minn kull tnax ta' l-approprjazzjonijiet tal-budget iskritti fil-kapitolu in kwistjoni tal-budget għas-sena finanzjarja preċedenti tista' tintnefaq kull xahar fir-rigward ta' kull kapitolu tal-budget skond il-liġi Ewropea msemmija fl-Artikolu III-412; dik is-somma ma tistax, madankollu, tkun iktar minn wieħed minn kull tnax ta' l-approprjazzjonijiet stabbiliti fl-istess kapitolu ta' l-abbozz tal-budget. 2. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, u bi qbil mal-kondizzjonijiet l-oħra previsti fil-paragrafu 1, jista' jadotta deċiżjoni Ewropea li tawtorizza ħruġ li jkun akbar minn wieħed minn kull tnax, skond il-liġi Ewropea msemmija fl-Artikolu III-412. Il-Kunsill għandu jgħaddi d-deċiżjoni immedjatament lill-Parlament Ewropew. Id-deċiżjoni Ewropea għandha tistipula l-miżuri meħtieġa fir-rigward tar-riżorsi sabiex tiżgura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, skond il-liġijiet Ewropej previsti fl-Artikolu I-54(3) u (4). Għandha tibda sseħħ tletin jum wara l-adozzjoni tagħha jekk il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza tal-membri komponenti tiegħu, ma jkunx iddeċieda li jnaqqas dan il-ħruġ f'dak it-terminu ta' żmien. --------------------------------------------------