|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6378 |
25.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12238 — DEVA CAPITAL / NOVARES GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6378)
1.
Fl-14 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Deva Capital Investment Company S.LU. (“Deva Capital”, Spanja), sussidjarja kollha kemm hi ta’ Banco Santander S.A (Spanja), |
|
— |
Novares Group SAS A (“Novares Group”, Franza). |
Deva Capital se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Novares Group.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Deva Capital hija kumpanija Spanjola ffukata fuq investimenti alternattivi, |
|
— |
Novares Group huwa manifattur Franċiż ta’ partijiet tal-karozzi. Dan huwa fornitur globali ta’ soluzzjonijiet tal-plastik li jiddisinja u jimmanifattura komponenti u sistemi għall-industrija tal-karozzi. Novares Group jiżviluppa u jipproduċi soluzzjonijiet awtomobilistiċi avvanzati b’injezzjoni teknika tal-plastik u jipprovdi għarfien espert fl-inġinerija u fil-manifattura lill-fabbrikant tat-tagħmir oriġinali u lill-klijenti tal-Livell 1 fis-suq awtomobilistiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12238 — DEVA CAPITAL / NOVARES GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6378/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)