|
10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 21/2008
ta' l-14 ta' Marzu 2008
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 757/2007 tad-29 ta' Ġunju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 ta' l-4 ta' Lulju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2007 ta' l-4 ta' Lulju 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-endo-1,4-beta mannanase EC 3.2.1.78 (Hemicell) bħala addittiv fl-għalf (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2007 tat-13 ta' Lulju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (5) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 850/2007 tad-19 ta' Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza fil-kuntest ta' l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta' adittivi fl-għalf (6) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (O35) bħala addittiv fl-għalf (7) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-aċtu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (8) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1139/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-Larġinina bħala addittiv fl-għalf (9) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(10) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1140/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' xi additiv fil-prodotti ta' l-għalf diġà awatorizzat (10) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' 3-phytase (ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC) bħala addittiv fl-għalf (11) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(12) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tat-3-phytase (Natuphos) bħala addittiv ta' l-għalf (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(13) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002 rigward l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' l-addittiv fl-għalf Bacillus cereus var. toyoi, li jappartjieni għall-grupp ta' mikro-organiżmi (13) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kapitolu II ta' l-Anness I tal-Ftehim se jiġi emendat kif ġej:
|
1) |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1z (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002): “, kif emendat bi:
|
|
2) |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005): “, kif emendat b'li ġej:
|
|
3) |
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 757/2007, (KE) Nru 785/2007, (KE) Nru 786/2007, (KE) Nru 828/2007, (KE) Nru 850/2007, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1138/2007, (KE) Nru 1139/2007, (KE) Nru 1140/2007, (KE) Nru 1141/2007, (KE) Nru 1142/2007 u (KE) Nru 1143/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1.
(2) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 43.
(5) ĠU L 184, 14.7.2007, p. 12.
(6) ĠU L 188, 20.7.2007, p. 3.
(7) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5.
(8) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 8.
(9) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 11.
(10) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 14.
(11) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 17.
(12) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 20.
(13) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 23.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.