<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-31/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018TJ0031</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:815">EU:T:2019:815</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20191127">27.11.2019</DATE> – Kawża T-31/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Izuzquiza u Semsrott / Frontex</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20191127">27 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti relatati ma’ operazzjoni navali mmexxija fil-Mediterran ċentrali fl-2017 minn Frontex</KEYWORD><KEYWORD>Bastimenti użati</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tas-sigurtà pubblika</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑31/18,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Luisa Izuzquiza</HT>, residenti f’Madrid (Spanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Arne Semsrott</HT>, residenti f’Berlin (il-Ġermanja),</P><P>irrappreżentati minn S. Hilbrans, R. Callsen, avukati, u J Pobjoy, barrister,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta</HT> (Frontex), irrappreżentata minn H. Caniard u T. Knäbe, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u J. Currall, avukati,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni CGO/LAU/18911c/2017 tal-Frontex, tal-<DATE ISO="20171110">10 ta’ Novembru 2017</DATE>, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti li jinkludu informazzjoni dwar l-isem, il-bandiera u t-tip ta’ kull bastiment użat minnha fil-Mediterran ċentrali fil-kuntest tal-operazzjoni konġunta Triton bejn l-1 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Nihoul, li qed jaġixxi bħala President, J. Svenningsen u U. Öberg (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190702">2 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Frontex<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) ġiet stabbilita fl-2004 u hija attwalment irregolata mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE> dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="251" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 251, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2016/1624, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, ikkostitwita, skont l-Artikolu 3 tal-istess regolament, minn Frontex u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri inkarigati mill-amministrazzjoni tal-fruntieri, hija intiża sabiex tiżgura l-amministrazzjoni Ewropea integrata tal-fruntieri esterni, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(d)an jinkludi l-indirizzar tal-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f’dawk il-fruntieri, u b’hekk jingħata kontribut biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdanha<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Frontex tgħin lill-aġenziji ta’ ġestjoni tal-fruntieri u mill-gwardjani tal-kosti tal-Istati Membri, b’mod partikolari billi dawn tal-aħħar jiġu kkoordinati permezz tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>operazzjonijiet konġunti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> mal-Istat Membru ospitanti u ma’ Stati Membri oħra. Ir-regoli tal-ingaġġ, ir-riżorsi, il-persunal, il-materjal u l-infrastrutturi użati mill-parteċipanti huma stabbiliti mill-pjan ta’ operazzjoni speċifiku għal kull operazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Frontex bdiet l-operazzjoni Triton fil-bidu ta’ Novembru 2014, wara li rċeviet allokazzjoni baġitarja addizzjonali mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-operazzjoni Triton kienet intiża sabiex ittejjeb is-superviżjoni u l-kontroll tas-sigurtà tal-fruntieri grazzi għal pattulji komuni u għal tagħmir għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri. Iż-żona operattiva tagħha kienet tkopri l-ilmijiet territorjali tal-Italja u ta’ Malta kif ukoll żoni ta’ riċerka u ta’ salvataġġ partikolari għal dawn iż-żewġ Stati Membri u li jestendu sa 138-il mil nawtiku fin-Nofsinhar ta’ Sqallija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-operazzjoni Triton 2017, bdiet fl-<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE>, u ntemmet fil-<DATE ISO="20180131">31 ta’ Jannar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 2016/1624, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[Frontex] għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)] meta tittratta applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti tagħha<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 2016/1624 jipprevedi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Aġenzija għandha twettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tagħha. Hija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni preċiża u dettaljata dwar l-attivitajiet tagħha.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhomx ikunu detrimentali għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari bl-iżvelar ta’ informazzjoni operazzjonali li, jekk tkun disponibbli għall-pubbliku, tista’ tippreġudika l-kisba tal-objettiv tal-operazzjonijiet. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jitwettqu bla preġudizzju għall-Artikolu 50 u f’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u tixrid adottati mill-bord amministrattiv.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 2016/1624 jipprevedi is-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[Frontex] għandha tikkomunika fuq kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fuq l-inizjattiva tagħha stess. Hija għandha tippubblika informazzjoni relevanti inkluż ir-rapport annwali tal-attività […], u għandha tiżgura, […] b’mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni oġġettiva, komprensiva, affidabbli u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. Hija għandha tagħmel dan mingħajr ma tiżvela informazzjoni operazzjonali li, jekk tinħareġ fil-pubbliku, tippreġudika l-ilħuq tal-objettiv tal-operazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 3, p. 331), permezz ta’ posta elettronika tal-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE>, ir-rikorrenti, Luisa Izuzquiza u Arne Semsrott, ippreżentaw quddiem Frontex talba għal aċċess għal dokumenti li tinkludi informazzjoni relatata mal-isem, mat-tip u mal-bandiera tal-bastimenti kollha li hija kienet użat bejn l-1 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE> fil-Mediterran ċentrali fil-kuntest tal-operazzjoni Triton.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE>, ikkomunikata lir-rikorrenti fl-istess jum, Frontex irrifjutat l-aċċess għad-dokumenti mitluba abbażi tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’din l-ittra, Frontex indikat is-segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-informazzjoni li tinsab fid-dokument mitlub tippermetti, flimkien ma’ informazzjoni li taqa’ fid-dominju pubbliku bħal dik disponibbli fuq is-sit internet www.marinetraffic.com, li wieħed isir jaf bil-pożizzjoni attwali tal-bastimenti tal-ippattuljar.</P><P>Jekk kienu fil-pussess ta’ din l-informazzjoni, netwerks kriminali involuti fit-traffikar illegali ta’ immigranti u t-traffikar tal-bnedmin jistgħu jkollhom għarfien taż-żoni u tal-ħinijiet tal-pattulja, u dan jippermettilhom li jadottaw il-mod tagħhom ta’ kif joperaw sabiex jevitaw is-sorveljanza tal-fruntieri u, għaldaqstant, li jaqsmu l-fruntiera esterna u jaċċedu b’mod irregolari għat-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.</P><P>Is-sorveljanza tal-fruntieri għandha l-għan li tiġġieled kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u tipprevjeni kull theddida għas-sigurtà interna tal-Istati Membri u għas-sigurtà pubblika.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tad-<DATE ISO="20170929">29 ta’ Settembru 2017</DATE>, ir-rikorrenti ressqet, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, talba konfermattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-talba konfermattiva tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li, l-ewwel nett, l-isem, il-bandiera u t-tip ta’ kull bastiment involut fl-operazzjoni Sophia tas-SEAE (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna) kienu ppubblikati b’mod proattiv online u b’mod attiv fil-medja, fit-tieni lok, l-isem, il-bandiera u tip ta’ kull bastiment involut fl-operazzjoni Triton 2016 kienu għalhekk aċċessibbli online u, fit-tielet lok, fit-<DATE ISO="20170912">12 ta’ Settembru 2017</DATE>, Frontex kienet ippubblikat b’mod attiv fuq Twitter parti mill-informazzjoni mitluba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-posta elettronika tas-<DATE ISO="20171017">17 ta’ Ottubru 2017</DATE>, Frontex talbet terminu addizzjonali ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol abbażi tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni CGO/LAU/18911c/2017 tal-<DATE ISO="20171110">10 ta’ Novembru 2017</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), Frontex ikkonfermat ir-rifjut li tiżvela d-dokumenti mitluba għar-raġuni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-iżvelar ta’ dettalji dwar it-tagħmir tekniku użat fl-operazzjonijiet li għaddejjin bħalissa jippreġudika s-sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’din l-ittra, Frontex iddikjarat mill-ġdid is-segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[a]bbażi tal-informazzjoni inkluża fid-dokumenti mitluba, [jista’] jkun possibbli, billi jiġu kkombinati ma’ informazzjoni pubblikament disponibbli fuq ċerti siti Web/strumenti marittimi, li jsir jaf bil-pożizzjoni attwali tal-bastimenti li jkunu jippattuljaw,</P></ITEM><ITEM><P>[j]ekk jiksbu din l-informazzjoni, in-netwerks kriminali involuti fit-traffikar illegali ta’ immigranti u t-traffikar tal-bnedmin jistgħu jkollhom għarfien taż-żoni u tal-ħinijiet tal-pattulja, u dan jippermettilhom li jadottaw modus operandi tagħhom ta’ kif joperaw sabiex jevitaw is-sorveljanza tal-fruntieri u, għaldaqstant, li jaqsmu l-fruntiera esterna u jaċċedu b’mod irregolari għat-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20180120">20 ta’ Jannar 2018</DATE>, ir-rikorrenti ressqu din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180327">27 ta’ Marzu 2018</DATE>, Frontex ippreżentat ir-risposta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw ir-replika tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20180720">20 ta’ Lulju 2018</DATE>, Frontex ippreżentat l-kontroreplika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20181001">1 ta’ Ottubru 2018</DATE>, Frontex ressqet talba sabiex kawża tinstema’ bil-magħluq skont l-Artikolu 109(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Fl-<DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq it-talba sabiex kawża tinstema’ bil-magħluq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba sabiex kawża tinstema’ bil-magħluq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tibda l-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, għamlet numru ta’ mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet. Dawn tal-aħħar wieġbu fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ miżura istruttorja prevista fl-Artikolu 91(c) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali ordnat lil Frontex tipproduċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kull dokument li jinkludi informazzjoni dwar il-kunjom, il-bandiera u t-tip ta’ bastimenti tal-vapuri kollha użati fl-operazzjoni Triton mill-1 ta’ Ġunju sat-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, filwaqt li ppreċiżat li, skont l-Artikolu 104 tar-Regoli tal-Proċedura, dawn ma humiex ikkomunikati lir-rikorrenti. Frontex, b’risposta għal din il-miżura ta’ investigazzjoni, ipprovdiet dokument wieħed, li kien fih l-informazzjoni kollha meħtieġa, fit-termini previsti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20190702">2 ta’ Lulju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>fi kwalunkwe każ, tikkundanna lil Frontex għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Frontex titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Frontex tqis li r-rikors huwa inammissibbli minħabba li t-talba ta’ aċċess għad-dokumenti kontenzjużi kienet preċeduta u segwita minn serje ta’ talbiet imressqa separatament mir-rikorrenti (punt 33 tar-risposta), li jirrigwardaw, tal-inqas parzjalment, l-istess informazzjoni. Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti fir-realtà jridu jevitaw it-termini applikabbli għar-rikors, peress li d-deċiżjonijiet ta’ rifjut fir-rigward tat-talbiet l-oħra saru definittivi minħabba l-fatt li huma ma ġewx ikkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, jikkostitwixxu atti jew deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament biss il-miżuri li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti, billi jbiddlu b’mod ċar is-sitwazzjoni legali tagħha (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>IBM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>60/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090902">2 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>E.ON Ruhrgas u E.ON Földgáz Trade vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑57/07</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:297">EU:T:2009:297</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, rikors għal annullament intiż kontra deċiżjoni purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-termini mogħtija huwa inammissibbli (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960111">11 ta’ Jannar 1996</DATE>, <NAME.CASE>Zunis Holding <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-480/93 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:1">EU:C:1996:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u d-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980316">16 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>Goldstein vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-235/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:56">EU:T:1998:56</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fost it-talbiet simili ċċitati fil-punt 33 tar-risposta, hija biss it-talba tad-<DATE ISO="20170619">19 ta’ Ġunju 2017</DATE> li tat lok għal deċiżjoni preċedenti għad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri fit-<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>. Għaldaqstant, huwa biss fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni li d-deċiżjoni kkontestata jista’ jkollha natura konfermattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata madankollu ma hijiex ta’ natura konfermattiva meta mqabbla ma’ dik tat-<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jenfasizzaw ir-rikorrenti, iż-żewġ talbiet ta’ aċċess jirrigwardaw informazzjoni differenti. It-talba tad-<DATE ISO="20170619">19 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li tat lok għad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>, kienet tikkonċerna l-aċċess għal lista ta’ bastimenti li dak iż-żmien kienu użati minn Frontex fil-kuntest ta’ operazzjonijiet konġunti Triton u Poséidon, li fihom informazzjoni ddettaljata fuq il-flotta, inklużi l-ismijiet tal-bastimenti, is-sinjal tas-sejħa tagħhom, l-identifikazzjoni tas-servizz marittimu mobbli (MSSI), il-port tal-irmiġġ, il-veloċitajiet ta’ kruċiera, it-tip ta’ bastimenti u l-kapaċità tal-karburant, filwaqt li t-talba tal-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE>, li tat lok għad-deċiżjoni kkontestata, kienet tirrigwarda l-isem, it-tip u l-bandiera ta’ dawn il-bastimenti matul il-perijodu bejn l‑1 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalkemm it-talba tad-<DATE ISO="20170619">19 ta’ Ġunju 2017</DATE> kienet tinkludi sewwa informazzjoni identika għal dik mitluba fl-1 ta’ Settembru segwenti, jiġifieri l-ismijiet, il-bnadar u t-tipi ta’ bastiment użati fil-kuntest tal-operazzjoni Triton, il-perijodu kkonċernat minn dawn it-talbiet kien differenti. Filwaqt li l-informazzjoni mitluba fid-<DATE ISO="20170619">19 ta’ Ġunju 2017</DATE> kienet tirrigwarda l-bastimenti użati fid-data ta’ din it-talba, it-talba tal-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE> kienet tirrigwarda l-bastimenti użati matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>, u għalhekk tlestiet fil-mument tal-imsemmija talba. Barra minn hekk, l-ewwel waħda minn dawn it-talbiet tressqet minn Arne Semsrott, filwaqt li t-tieni waħda tressqet miż-żewġ rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li t-talba tal-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE> hija differenti minn dik tad-<DATE ISO="20170619">19 ta’ Ġunju 2017</DATE>, b’tali mod li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tiġi kkunsidrata bħala deċiżjoni li tikkonferma dik tat-<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan ir-rikors huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-ewwel motiv jinkludi żewġ partijiet. Fl-ewwel parti, ir-rikorrenti jqisu li Frontex kisret l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn hija ma eżaminatx jekk kull dokument mitlub jaqax taħt l-eċċezzjoni bbażata fuq is-sigurtà pubblika, filwaqt li, fit-tieni parti, ir-rikorrenti jallegaw li Frontex kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-erba’ motivi l-oħra huma bbażati rispettivament fuq:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn id-deċiżjoni hija bbażata fuq fatti manifestament ineżatti: il-bastimenti użati fil-kuntest tal-operazzjoni Triton ma jistgħux jiġu segwiti b’mezzi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku inġenerali matul il-missjonijiet;</P></ITEM><ITEM><P>il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-bastimenti użati matul perijodu preċedenti ma jwassalx awtomatikament għal żvantaġġi għas-sorveljanza tal-fruntieri;</P></ITEM><ITEM><P>il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn parti mill-informazzjoni mitluba kienet diġà ġiet ippubblikata;</P></ITEM><ITEM><P>il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn l-eventwali riskju li netwerks kriminali jevitaw is-sorveljanza tal-fruntieri ma jiġġustifikax ir-rifjut li tiġi kkomunikata l-informazzjoni dwar it-tip jew il-bandiera tal-bastimenti kkonċernati.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tieni parti tal-ewwel motiv ser tiġi eżaminata fl-aħħar lok.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn Frontex ma eżaminatx jekk kull dokument mitlub jaqax taħt l-eċċezzjoni bbażata fuq is-sigurtà pubblika</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jallegaw li Frontex ma wettqitx, fid-deċiżjoni kkontestata, eżami individwali tad-dokumenti differenti li fihom l-informazzjoni mitluba sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn jaqgħux taħt l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Frontex tqis li l-ewwel parti tal-ewwel motiv ma hijiex fondata u tenfasizza li r-rikorrenti talbu l-aċċess mhux għal dokumenti partikolari, iżda għal data, li tinsab f’dokumenti mhux iddeterminati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, fl-ittra tagħhom tal-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE>, ir-rikorrenti talbu li jaċċedu għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>dokumenti li jkun fihom informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> dwar l-isem, it-tip u l-bandiera tal-bastimenti kollha użati minn Frontex bejn l-1 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE> fil-Mediterran ċentrali fil-kuntest tal-operazzjoni Triton 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ tali talba, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, it-talbiet għal aċċess għandhom jirrigwardaw dokumenti u li, skont l-Artikolu 6(1) tal-istess regolament, it-talbiet għal aċċess għandhom isiru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>b’mod preċiż biżżejjed sabiex tgħin lill-istituzzjoni issib id-dokument [mitlub]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[j]ekk applikazzjoni m’hijiex preċiża biżżejjed, l-istituzzjoni għandha titlob lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandha tgħin l-applikant f’dan il-proċess billi, per eżempju, tagħti tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta’ dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-proċedura prevista fl-Artikoli 6 sa 8 tar-Regolament Nru 1049/2001 hija intiża, prinċipalment, li tippermetti trattament mgħaġġel u faċli tal-applikazzjonijiet għal aċċess għal dawn id-dokumenti u, sussidjarjament, li tevita, konformement mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li l-istituzzjoni jkollha volum ta’ xogħol sproporzjonat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Malta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-653/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:241">EU:T:2018:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Strack vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-127/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2250">EU:C:2014:2250</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[s]abiex id-drittijiet taċ-ċittadin taħt dan ir-Regolament isiru effettivi, kull istituzzjoni għandha tagħti aċċess pubbliku lil reġistru ta’ dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, Frontex ma żammitx reġistru ta’ dokumenti f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija lanqas ma stiednet lir-rikorrenti sabiex jippreċiżaw iktar it-talba tagħhom ta’ aċċess u ma għinithomx sabiex jagħmlu dan. Frontex lanqas ma tidher li pprovdiet mezzi oħra li jistgħu jgħinu lir-rikorrenti sabiex isibu, jiddeskrivu jew jiddefinixxu d-dokumenti rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>B’reazzjoni għal miżura istruttorja tal-Qorti Ġenerali, Frontex bagħtet dokument li jinkludi l-informazzjoni kollha mitluba mir-rikorrenti. Fis-seduta, hija indikat li kienet ħadet estratti minn din l-informazzjoni minn database elettronika, qabel ma kkompilathom fid-dokument trażmess lill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għalkemm id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet kien jikkonċerna biss id-dokumenti eżistenti u effettivament fil-pussess tal-istituzzjoni kkonċernata, id-distinzjoni bejn dokument eżistenti u dokument ġdid, fir-rigward tad-databases elettroniċi, għandha ssir abbażi ta’ kriterju adattat għall-ispeċifiċitajiet tekniċi ta’ dawn id-databases u b’mod konformi mal-għan tar-Regolament Nru 1049/2001 li huwa intiż, kif jirriżulta mill-premessa 4 u mill-Artikolu 1(a) tal-imsemmi regolament, sabiex jiġi ggarantit aċċess daqstant wiesa’ possibbli għad-dokumenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170111">11 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Typke vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-491/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:5">EU:C:2017:5</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandha tiġi kklassifikata bħala dokument eżistenti l-informazzjoni kollha li tista’ tiġi estratta minn database elettronika fil-kuntest tal-użu normali tagħha bl-għajnuna tal-għodod ta’ tfittxija pprogrammati minn qabel, anki jekk din l-informazzjoni ma tkunx għadha ntweriet taħt din il-forma jew qatt ma kienet is-suġġett ta’ tfittxija mill-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170111">11 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Typke vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-491/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:5">EU:C:2017:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li jallegaw ir-rikorrenti, l-istituzzjonijiet, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1049/2001, jistgħu jikkostitwixxu dokument minn informazzjoni li tinsab f’database billi jużaw l-għodod ta’ tfittxija eżistenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170111">11 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Typke vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑491/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:5">EU:C:2017:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Meta jiġi ġġenerat dokument li jkun fih tali informazzjoni, l-istituzzjoni jew l-aġenzija kkonċernata ma hijiex obbligata twettaq eżami individwali ta’ kull wieħed mid-dokumenti li minnhom toriġina l-informazzjoni mitluba, peress li l-parti essenzjali hija li, bħalma kien il-każ f’din il-kawża, l-informazzjoni inkwistjoni kienet is-suġġett ta’ tali eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk l-ewwel parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn id-deċiżjoni hija bbażata fuq fatti manifestament ineżatti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkontestaw li, bħalma affermat Frontex fl-ittra tat-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE> u fid-deċiżjoni kkontestata, huwa possibbli li jiġu segwiti l-bastimenti użati fil-kuntest tal-operazzjoni Triton permezz ta’ siti tal-internet marittimi miftuħa għall-pubbliku bħalma huwa marinetraffic.com. Il-bastimenti użati fil-kuntest tal-operazzjoni Triton huma mgħammra b’tagħmir li jinkludi Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (SIA) li tippermetti li jiġu kkomunikati, b’mod partikolari, isimhom, il-pożizzjoni tagħhom, il-veloċità u r-rotta tagħhom permezz ta’ trażmissjonijiet radjofoniċi għal stazzjonijiet jew bis-satellita. Madankollu, huma ma jipproċessawx l-informazzjoni SIA tagħhom meta jkunu fil-missjoni b’tali mod li jevitaw li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Minħabba din il-prattika, l-informazzjoni dwar l-identità tal-bastimenti użati ma tistax tgħin lil terzi li jkollhom għarfien tal-pożizzjoni jew tal-abitudnijiet ta’ ppattuljar ta’ dawn il-bastimenti meta dawn ikunu fuq missjoni, b’mod partikolari sabiex jissorveljaw il-fruntieri. Għalhekk, skont ir-rikorrenti, il-motiv invokat minn Frontex fid-deċiżjoni kkontestata ma jikkorrispondix għar-realtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Frontex tqis li dan l-argument ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż, bħalma jindikaw il-premessa 4 u l-Artikolu 1 tiegħu, li jagħti lill-pubbliku d-dritt ta’ aċċess l-iktar estensiv possibbli għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Dan id-dritt ta’ aċċess huwa wkoll suġġett għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interessi pubbliċi jew privati (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, u b’mod konformi mal-premessa 11 tiegħu, ir-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi, fl-Artikolu 4 tiegħu, sistema ta’ eċċezzjonijiet li tawtorizza lill-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ li l-iżvelar ta’ din tal-aħħar jippreġudika wieħed mill-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li tali eċċezzjonijiet jidderogaw mill-prinċipju ta’ aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti, huma għandhom jiġu interpretati u applikati strettament (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) b’mod li s-sempliċi fatt li dokument jikkonċerna interess protett minn eċċezzjoni ma jistax ikun biżżejjed sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni<?PAGE NO="9"?> ta’ din tal-aħħar (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta l-istituzzjoni kkonċernata tiddeċiedi li tirrifjuta l-aċċess għal dokument li tkun intalbet tikkomunika, hija għandha, bħala prinċipju, l-obbligu li tipprovdi spjegazzjonijiet dwar kif l-aċċess għal dan id-dokument jista’ jippreġudika konkretament u effettivament l-interess protett minn eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 li tinvoka din l-istituzzjoni. Barra minn hekk, ir-riskju ta’ tali preġudizzju għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux biss ipotetiku (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs in’t Veld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2039">EU:C:2014:2039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat sistema partikolari għall-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku, f’dak li jirrigwarda s-sigurtà pubblika, id-difiża u l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali kif ukoll il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ xi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-interessi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li n-natura partikolarment sensittiva u essenzjali tal-interessi pubbliċi kkonċernati, flimkien man-natura obbligatorja tar-rifjut ta’ aċċess li, skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandha tiġi opposta mill-istituzzjoni, meta l-iżvelar lill-pubbliku ta’ dokument kien jikser dawn l-interessi, jagħti lid-deċiżjoni li għandha għalhekk tittieħed mill-istituzzjoni natura kumplessa u delikata li teħtieġ grad ta’ prudenza partikolari u li, f’dan il-każ, tali deċiżjoni teħtieġ għalhekk marġni ta’ diskrezzjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>B’hekk, il-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jipprekludix li, fir-rigward tal-eċċezzjonijiet relatati mal-interess pubbliku previsti fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-artikolu, l-istituzzjoni kkonċernata jkollha marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk l-iżvelar lill-pubbliku ta’ dokument jippreġudikax l-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni u, b’mod korrelattiv għal dan, l-istħarriġ tal-legalità mwettaq mill-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-istituzzjoni li tirrifjuta l-aċċess għal dokument abbażi ta’ waħda mill-imsemmija eċċezzjonijiet għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali u ta’ motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti kif ukoll tal-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u ta’ abbuż ta’ poter (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi ddeterminat f’dan il-każ jekk, fid-deċiżjoni kkontestata, Frontex ipprovdietx spjegazzjonijiet plawżibbli dwar kif l-aċċess għad-dokumenti kontenzjużi jista’ jippreġudika konkretament u effettivament il-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni u jekk, fil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-allegat preġudizzju jistax jitqies li huwa raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-851/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:69">EU:T:2018:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-motiv jikkontesta l-eżattezza materjali tal-affermazzjoni magħmula minn Frontex fid-deċiżjoni kkontestata li tgħid li, jekk l-informazzjoni mitluba tiġi żvelata, din tista’ tiġi kkumbinata b’informazzjoni aċċessibbli fuq ċerti siti tal-Internet jew ta’ strumenti marittimi sabiex wieħed isir jaf il-pożizzjoni tal-bastimenti li jipparteċipaw fl-operazzjoni Triton.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jsostnu, b’mod speċifiku, li ma huwiex possibbli li tiġi segwita l-pożizzjoni tal-bastimenti li jipparteċipaw fl-operazzjoni Triton 2017 grazzi għas-sit www.marinetraffic.com, iċċitat minn Frontex fl-ittra tiegħu tat-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE>, peress li dawn il-bastimenti jitfu t-transponders tagħhom waqt il-missjonijiet tagħhom bil-konsegwenza li huma ma jemettu ebda sinjal li jippermetti li jiġu lokalizzati bis-saħħa ta’ dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont id-dikjarazzjonijiet magħmula minn Frontex waqt is-seduta, it-transponders tal-bastimenti li jipparteċipaw fil-missjonijiet organizzati minn Frontex ma jiġux mitfija b’mod sistematiku, matul dawn il-perijodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Bil-maqlub, mid-dikjarazzjonijiet tal-Frontex jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li huwa indikat fir-rikors, it-transponders installati fuq il-bastimenti huma kultant attivi, id-deċiżjoni li jinxtgħelu jew li jintfew hija f’idejn il-kmandant ta’ kull bastiment. Huwa dan tal-aħħar li għandu, fil-fatt, jiddetermina fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom il-batsiment jopera jekk ikun opportun, għal raġunijiet ta’ sigurtà, li jevita li jkun lokalizzat jew jekk, għall-kuntrarju, pereżempju sabiex tiġi evitata kolliżjoni jew sabiex jiġu ssalvagwardjati persuni f’diffikultà, li l-pożizzjoni tal-bastiment tidher fuq ir-radars tal-bastimenti l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont Frontex, l-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti hija suffiċjenti, anki meta s-sistema SIA ma tintużax, sabiex jiġi lokalizzat, u sussegwentement jiġi segwit bastimenti jekk din tiġi kkombinata, minn naħa, ma’ mezzi ta’ sorveljanza ta’ teknoloġija baxxa (low-tech), bħall-osservazzjoni tal-movimenti tal-bastimenti minn kosta jew minn bastiment jew bastimenti oħra, jew, min-naħa l-oħra, ma’ mezzi ta’ sorveljanza ta’ teknoloġija għolja (high-tech) bħall-użu ta’ drones, peress li l-użu ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ mezzi huwa mifruxa fost il-gruppi kriminali attivi f’ibħra internazzjonali jew f’żoni marittimi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’każ li jillokalizzaw il-bastimenti, it-traffikanti jkollhom l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġu evitati l-kontrolli intiżi sabiex jiġi evitat l-aċċess illegali fil-fruntieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-possibbiltà li tali bastimenti jistgħu jiġu lokalizzati mit-traffikanti tikkostitwixxi riskju li jaqa’ taħt is-sigurtà pubblika, f’kuntest fejn dawn it-traffikanti ma jeżitawx li jattakaw il-bastimenti, xi kultant b’armi tal-gwerra, jew li jagħmlu manuvri li jistgħu jipperikolaw l-ekwipaġġi u l-materjal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja l-argumenti invokati mir-rikorrenti, l-ispjegazzjonijiet mogħtija minn Frontex fid-deċiżjoni kkontestata jżommu l-plawsibbiltà tagħhom u juru, kif teħtieġ il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 62 iktar ’il fuq, l-eżistenza ta’ riskju prevedibbli, u mhux sempliċiment ipotetiku, għas-sigurtà pubblika, li jiġġustifika l-użu tal-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, fil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 63 sa 65, għandha tiġi rrikonoxxuta lil Frontex għall-implimentazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-bastimenti użati matul perijodu preċedenti ma jwassalx awtomatikament għal żvantaġġi għas-sorveljanza tal-fruntieri</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu li Frontex wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta rrifjutatilhom l-informazzjoni mitluba peress li din l-informazzjoni kienet tikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>, li kien diġà spiċċa meta ġiet ippreżentata t-talba tagħhom u <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Frontex tikkontesta l-motiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-talba għal aċċess ġiet ifformulata fl-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE> u kienet tirrigwarda informazzjoni dwar il-perijodu bejn l-1 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Ċertament, il-perijodu li miegħu kienet relatata l-informazzjoni mitluba kien jiskadi fil-mument tal-formulazzjoni tat-talba. Xorta jibqa’ l-fatt li din kienet tidħol fi spazju temporali itwal li matulu l-operazzjoni Triton 2017 kellha titmexxa u li, min-naħa tagħha, kienet tiskadi fil-<DATE ISO="20180131">31 ta’ Jannar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li l-operazzjoni Triton 2017 kienet għadha għaddejja meta saret it-talba, ir-riskju li l-informazzjoni mitluba tiġi użata minn kriminali sabiex jiġi lokalizzat il-bastimenti li jipparteċipaw f’din l-operazzjoni wara t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE> kompla jeżisti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma hemm ebda raġuni li jiġi kkunsidrat li, kif jissuġġerixxu r-rikorrenti, il-flotta tal-bastimenti li tipparteċipa fl-operazzjoni Triton 2017 ġiet mibdula bejn il-<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE> u l-1 ta’ Settembru ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, Frontex ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dan ir-rigward meta rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn parti mill-informazzjoni mitluba kienet diġà ġiet ippubblikata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu li Frontex wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ma tathomx aċċess parzjali għall-informazzjoni mitluba minkejja li din l-informazzjoni kienet diġà ġiet żvelata minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li, l-ewwel nett, fit-<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE>, il-Kummissjoni ppubblikat, fin-numru 22 tan-Noti Strateġiċi taċ-Ċentru Ewropew ta’ Strateġija Politika (CESP) il-mezzi navali li servew fil-kuntest tal-operazzjoni Triton 2016, fit-tieni lok, il-Kummissjoni u s-SEAE, rispettivament fl-2017 u fl-2016, ippubblikaw informazzjoni dwar il-bastimenti użati fil-kuntest tal-operazzjoni Sophia EUNAVFOR MED u, fit-tielet lok, Frontex, fl-2017, ippubblikat fuq Twitter l-isem, il-bandiera u t-tip ta’ diversi bastimenti użati għall-operazzjoni konġunta Triton 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-informazzjoni ppubblikata ċċitata mir-rikorrenti ma hijiex paragunabbli għall-informazzjoni li huma talbu fl-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Qabel kollox, l-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE> fin-Noti Strateġiċi taċ-CESP kienet relatata mal-operazzjoni Triton 2016, li kienet tlestiet, filwaqt li l-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE> kienet tikkonċerna l-operazzjoni Triton 2017, li kienet għadha pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-operazzjoni Sophia EUNAVFOR MED ma hijiex operazzjoni mmexxija minn Frontex, iżda operazzjoni politikament ikkontrollata u strateġikament mmexxija mill-Kumitat politiku u ta’ sigurtà maħruġa mis-SEAE, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppubblikata dwar din il-missjoni kienet tikkonċerna informazzjoni dwar is-sena 2016.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm huwa minnu li ċerta informazzjoni ppubblikata minn Frontex fuq Twitter fl-2017 kienet tikkonċerna bastimenti użati fil-kuntest tal-operazzjoni Triton 2017, din l-informazzjoni ma tantx kienet numeruża u kienet relatata ma’ mumenti differenti, b’tali mod li ma jistgħux jiġu pparagunati ma’ dik kollha li ġiet mitluba mir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE>, li kienet tikkonċerna l-flotta kollha użata fil-kuntest tal-operazzjoni Triton 2017 bejn l-1 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, għalkemm Frontex hija marbuta, skont l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 2016/1624, li tikkomunika mal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-missjonijiet tagħha, hija ma tistax tiżvela informazzjoni operazzjonali li tista’ tkun ta’ preġudizzju għat-twettiq tal-għan tal-operazzjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-informazzjoni invokata mir-rikorrenti ġiet ippubblikata minn Frontex fil-kuntest tal-obbligu tagħha ta’ komunikazzjoni, li jimplika li, minn qabel, ikun ġie vverifikat li l-iżvelar tagħha kien kompatibbli mal-kompiti kollha li kienu jirriżultaw mill-mandat tagħha u li dan l-iżvelar eventwali jkun ġie bbilanċjat mal-bżonnijiet tas-sigurtà pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>B’hekk, it-trażmissjoni, minn Frontex, ta’ messaġġi qosra minn Twitter li jkun fiha ċerta informazzjoni magħżula fil-kuntest tal-obbligi ta’ komunikazzjoni tagħha ma tistax titqies li tifforma preċedent li jġiegħelha tikkomunika informazzjoni li hija tqis li tipperikola s-sigurtà pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-pubbliku seta’, abbażi tal-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni fuq l-operazzjoni Triton 2016, jipprevedi, b’mod eżatt, mill-inqas, in-numru u t-tip ta’ bastimenti użati matul is-sena ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud. Xejn ma jippermetti, fil-fatt, li jiġi kkunsidrat, fil-mument meta l-informazzjoni li tirrigwarda s-sena 2016, li l-operazzjoni tkun organizzata, fl-2017, bl-istess numru u l-istess tip ta’ bastimenti. B’hekk, il-pubbliku ma setax, abbażi ta’ informazzjoni mxerrda fl-2016, iżomm informazzjoni preċiża dwar il-mod li bih ġiet organizzata l-missjoni fl-2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti ma kinitx tirrigwarda biss in-numru u t-tip ta’ bastimenti użati matul l-operazzjoni Triton 2017, iżda wkoll fuq isimhom u l-bandiera tagħhom, li huma informazzjoni importanti għall-identifikazzjoni tal-bastimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li r-raba’ motiv ma huwiex fondat u għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn l-eventwali riskju li netwerks kriminali jevitaw is-sorveljanza tal-fruntieri ma jiġġustifikax ir-rifjut li tiġi kkomunikata l-informazzjoni dwar it-tip jew il-bandiera tal-bastimenti kkonċernati</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkunsidraw li Frontex kisret l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi ma tathomx aċċess għall-informazzjoni dwar il-bandiera u t-tip tal-bastimenti użati fil-kuntest tal-operazzjoni Triton 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, anki jekk jitqies li, fil-każ fejn l-informazzjoni mitluba tkun ġiet żvelata, ir-riskju jeżisti li netwerks kriminali jevitaw is-sorveljanza tal-fruntieri, huwa ma jiġġustifikax ir-rifjut li tiġi kkomunikata l-informazzjoni dwar il-bandiera u dwar it-tip tal-bastimenti kkonċernati. Fil-fatt, l-identifikazzjoni ta’ bastimenti fuq is-siti internet issir bl-isem tal-bastiment, b’mod li l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-bandiera u t-tip ta’ bastiment ma tippermettix li jiġu identifikati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li ma huwiex ikkontestat li, fuq is-sit www.marinetraffic.com, iċċitat minn Frontex fl-ittra tiegħu tat-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE>, l-identifikazzjoni tal-bastimenti ssir bl-isem tal-bastiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika, Frontex madankollu sostniet li kienu jeżistu mezzi oħra ta’ kif il-bastimenti jiġu segwiti, b’mod partikolari soluzzjonijiet b’teknoloġija baxxa, bħalma huma s-sempliċi osservazzjoni tal-movimenti tal-bastimenti mill-kosta jew minn bastiment jew bastimenti oħra, jew b’mezzi ta’ sorveljanza b’teknoloġija għolja, bħalma huwa l-użu ta’ drones.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Huwa ċar li, għall-użu ta’ dawn il-mezzi l-oħra, ta’ informazzjoni bħall-bandiera u t-tip ta’ bastimenti jikkostitwixxu wkoll informazzjoni utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, Frontex setgħet, fid-deċiżjoni kkontestata, tirrifjuta l-aċċess għall-isem tal-bastimenti kif ukoll għall-informazzjoni l-oħra mitluba, jiġifieri l-bandiera u t-tip tal-bastimenti kkonċernati mill-operazzjoni Triton 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Għaldaqstant dan il-motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jilmentaw li Frontex ma spjegatx, fid-deċiżjoni kkontestata, kif informazzjoni dwar l-isem, it-tip u l-bandiera ta’ bastiment jippermettu lil terzi li jsegwuh fuq ċerti siti internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Frontex tqis li t-tieni parti tal-ewwel motiv hija infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha turi, b’mod ċar u inekwivoku, ir-raġunament tal-istituzzjoni li tkun l-awtriċi tal-att, b’mod li tippermetti li l-persuni kkonċernati jifhmu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u li l-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs Bamba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika kull punt ta’ fatt u ta’ dritt rilevanti, sa fejn in-natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward ta’ kliemha, iżda wkoll fil-kuntest tagħha kif ukoll tar-regoli legali kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs Bamba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-417/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bank Melli Iran vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-390/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:401">EU:T:2009:401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dan il-każ, Frontex, fid-deċiżjoni kkontestata, esponiet ir-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni mitluba ma setgħetx tiġi żvelata. F’dan ir-rigward, hija sostniet li, jekk l-informazzjoni mitluba tiġi żvelata, ikun possibbli, billi din tiġi kkombinata ma’ informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq ċerti siti tal-internet jew ta’ strumenti marittimi, li wieħed isir jaf il-pożizzjoni tal-batsimenti pattuljanti u li, fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, in-netwerks kriminali involuti fit-traffikar ta’ immigranti u t-traffikar tal-bnedmin, ikunu informati biż-żoni u l-ħinijiet tal-pattulja tal-bastimenti, u b’hekk jippermettilhom jadattaw il-<HT TYPE="ITALIC">modus operandi</HT> tagħhom sabiex jevitaw is-sorveljanza tal-fruntieri u, għaldaqstant, li jaqsmu l-fruntiera esterna u jaċċedu b’mod irregolari għat-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fihom infushom, dawn l-ispjegazzjonijiet jippermettu lir-rikorrenti jifhmu r-raġunijiet li għalihom l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie rrifjutat lilhom u lill-Qorti Ġenerali sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha, peress li dawn jenfasizzaw kif, flimkien ma’ informazzjoni faċilment aċċessibbli, l-informazzjoni mitluba tista’ tintuża minn netwerks ta’ traffikanti sabiex tinħoloq sitwazzjoni fejn, b’mod raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku, is-sigurtà pubblika tkun affettwata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti jsostnu li, fid-deċiżjoni kkontestata, Frontex kellha tindika kif l-informazzjoni mitluba, ladarba din tkun ġiet ipprovduta lilhom, setgħet tiġi użata, flimkien mas-siti tal-internet u tal-strumenti jew ta’ sorsi oħra disponibbli pubblikament, sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni futura probabbli tal-bastimenti li jipparteċipaw fl-operazzjoni Triton.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-istituzzjoni jew l-aġenzija konvenuta, meta tiġi kkonfrontata b’talba intiża sabiex tiżvela ċerta informazzjoni, ma hijiex obbligata, fil-motivi tal-att ikkontestat, li tiżvela l-elementi li għandhom bħala effett, jekk l-imsemmija informazzjoni tiġi żvelata, li jippreġudikaw l-interess pubbliku kopert mill-eċċezzjoni invokata minn din l-istituzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Access Info Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑852/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:71">EU:T:2018:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Jekk tali obbligu jeżisti, l-istituzzjoni jew l-aġenzija, meta tipprovdi dawn l-ispjegazzjonijiet fuq l-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni mitluba, toħloq hija stess sitwazzjoni fejn, bl-aġir tagħha, is-sigurtà pubblika, li hija għandha bħala missjoni, b’mod partikolari, li tipproteġi, titqiegħed f’periklu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li d-deċiżjoni kkontestata tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud, mingħajr il-bżonn li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati għall-ispejjeż, kif mitlub minn Frontex.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Luisa Izuzquiza u Arne Semsrott huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20191127">27 ta’ Novembru 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>