|
23.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 434/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2191
tal-20 ta’ Novembru 2020
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta’ qabel it-tluq f’każ ta’ trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 126 u 127(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, anness ma’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u (4) u 13(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, (2) u b’mod partikolari l-Artikoli 131(b) u 265(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit irtira mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Skont l-Artikoli 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), id-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli għar-Renju Unit u fih matul perjodu ta’ tranżizzjoni li għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ tranżizzjoni”). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 185 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u mal-Artikolu 5(3) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, il-leġiżlazzjoni doganali kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 hija applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (mhux inklużi l-ibħra territorjali tar-Renju Unit) wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(4) u l-Anness 2, il-punt 1 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 huwa applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Jenħtieġ għalhekk li r-referenzi f’dan ir-Regolament għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jeskludu l-portijiet li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(4) |
Ma’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-oġġetti li jaslu fit-territorju doganali tal-Unjoni mir-Renju Unit iridu jkunu koperti minn dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, u l-oġġetti li jitlqu mit-territorju doganali tal-Unjoni għal destinazzjoni fir-Renju Unit, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq, iridu jkunu koperti minn dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq. Dawk id-dikjarazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati fi ħdan perjodu ta’ żmien li jipprevedi biżżejjed żmien għall-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri u tar-Renju Unit għar-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq biex ikunu jistgħu jwettqu analiżi xierqa tar-riskju għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza qabel il-wasla tal-oġġetti u qabel it-tluq tagħhom, rispettivament, mingħajr ma jinħoloq l-ebda tfixkil serju fil-flussi u l-proċessi loġistiċi tal-operaturi ekonomiċi. |
|
(5) |
Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3), bħalissa hemm stipulati perjodi speċifiċi ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul jew ta’ dikjarazzjonijiet ta’ qabel it-tluq għall-movimenti tal-merkanzija bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u kwalunkwe port fil-Baħar tat-Tramuntana. Wara li jgħaddi l-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li għal dawk il-finijiet japplikaw l-istess perjodi ta’ żmien għall-oġġetti ttrasportati bil-baħar li jaslu jew jitilqu mill-portijiet tar-Renju Unit li ma jinsabux fil-Baħar tat-Tramuntana. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodi ta’ żmien stipulati għall-portijiet tal-Baħar tat-Tramuntana japplikaw għall-portijiet kollha tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u taċ-Channel Islands u Isle of Man, fejn ikun hemm l-obbligu ta’ dikjarazjoni fil-qosor tad-dħul jew ta’ dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq. |
|
(6) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 biex jiġi żgurat l-operat bla xkiel ta’ kuljum tal-amministrazzjonijiet doganali u tal-operaturi ekonomiċi wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 105(c), jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 244(1)(a), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).