02017R1019 — MT — 18.06.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1019

tas-16 ta' Ġunju 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja

(ĠU L 155 17.6.2017, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1439 tat-8 ta' Awwissu 2017

  L 206

1

9.8.2017




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1019

tas-16 ta' Ġunju 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja



Artikolu 1

1.  Jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos, tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga, mhux iktar maħdum milli mikwija bis-sħana, irrumblati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara r-rumblar u wkoll dawk li fihom għafsiet, kustilji, skanalaturi jew deformazzjonijiet oħrajn magħmulin waqt il-proċess tal-irrumblar. L-iżbarri u l-vireg li jirrinforzaw il-konkos tal-ħadid jew tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi huma esklużi. Prodotti twal oħrajn, bħalma huma staneg tondi huma esklużi. Il-prodott ikkonċernat joriġina mill-Belarussja u attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7214 10 00 , ex 7214 20 00 , ex 7214 30 00 , ex 7214 91 10 , ex 7214 91 90 , ex 7214 99 10 u ex 7214 99 95 (kodiċijiet TARIC: 7214100010 , 7214200020 , 7214300010 , 7214911010 , 7214919010 , 7214991010 , 7214999510 ).

2.  Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ta' 10,6 %.

3.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali

Artikolu 2

▼M1

L-ammonti garantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2303 għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti li jaqbżu r-rata definittiva u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri antidumping għall-prodott għandhom jiġu rilaxxati.

▼B

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.