|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/13 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1562
tas-27 ta’ Lulju 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jeħtieġ li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu riċiklati, ikunu riċiklati biss f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (“il-Lista Ewropea”) ippubblikata skont l-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Lista Ewropea hija stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2). |
|
(3) |
L-awtorizzazzjoni ta’ San Giorgio del Porto S.p.A., faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fl-Italja, skadiet fis-6 ta’ Ġunju 2023. L-awtorizzazzjoni ta’ Modern American Recycling Services Europe (M.A.R.S. Europe) u ta’ Fayard A/S, faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fid-Danimarka, skadiet fit-23 ta’ Awwissu 2023 u fis-7 ta’ Novembru 2023, rispettivament. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mill-Italja u mid-Danimarka li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil dawk il-faċilitajiet biex iwettqu r-riċiklaġġ tal-bastimenti ġew imġedda qabel l-iskadenza tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Barra minn hekk, id-Danimarka infurmat lill-Kummissjoni dwar il-bidliet li jikkonċernaw id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti aċċettati minn M.A.R.S. Europe u l-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tagħha u dwar l-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-Fayard A/S. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata skont dan. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet tliet applikazzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għal Anadolu Gemi Söküm Orman Ürn. Gida Tur. Nak, San. Ve Tic. A.Ş., għal BMS Gemi Geri Dönüşüm San Ve Tic. A.Ş. u għal Kiliçlar Geri Dönüşümlü Maddeler Ve Metal San.Tic A.Ş., faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fit-Turkija, biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn li ngħataw u li nġabru f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament biex iwettqu riċiklaġġ tal-bastimenti u biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni ġiet infurmata bil-bidliet fid-dettalji ta’ kuntatt ta’ Dales Marine Services Ltd, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fir-Renju Unit. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata skont dan. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).
ANNESS
“ANNESS
Il-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013
PARTI A
Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru
|
Isem il-faċilità |
Metodu ta’ riċiklaġġ |
Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1) |
Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (2) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3) |
||||||||||||||
|
IL-BELĠJU |
||||||||||||||||||||
Telefown: +32 092512521 Email: peter.wyntin@galloo.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
|
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum. |
34 000 d (4) |
fil-31 ta’ Marzu 2025. |
||||||||||||||
|
IL-BULGARIJA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +359 888334114 Email: d_kondov@yahoo.co.uk |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet huma stabbiliti fil-permess għall-immaniġġjar tal-iskart (id-Deċiżjoni Nru 03-DO-655-00/25.1.2019) |
Approvazzjoni espliċita b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum. L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni hija d-Direttur tal-Ispettorat Reġjonali għall-Ambjent u għall-Ilma fejn tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti |
12 500 (5) |
fil-25 ta’ Jannar 2024. |
||||||||||||||
|
ID-DANIMARKA |
||||||||||||||||||||
www.fayard.dk Telefown: +45 75920000 Email: fayard@fayard.dk |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija rregolata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Permess Ambjentali tas-7 ta’ Novembru 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Kerteminde. Il-Permess Ambjentali jinkludi l-kundizzjonijiet għas-sigħat ta’ operat, il-kundizzjonijiet ta’ operat speċjali, l-immaniġġjar u l-ħżin tal-iskart u jinkludi wkoll kundizzjoni li l-attività trid titwettaq f’baċir imbattal mill-ilma. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
916,34 (6) |
fit-22 ta’ Mejju 2028. |
||||||||||||||
www.fornaes.com Telefown: +45 86326393 Email: recycling@fornaes.dk |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-muniċipalità ta’ Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
30 000 (7) |
fit-12 ta’ Mejju 2026. |
||||||||||||||
www.jatob.dk Telefown: +45 86681689 Email: post@jatob.dk mathias@jatob.dk |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-maniġġ u l-ħżin ta’ frazzjonijiet tal-iskart huma diskrezzjoni tal-Awtorizzazzjoni Ambjentali. Il-ħżin intermedju tal-iskart perikoluż jista’ jseħħ għal massimu ta’ sena fuq is-sit. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
13 000 (8) |
fid-9 ta’ Marzu 2025. |
||||||||||||||
www.modernamericanrecyclingservices.com/ Telefown: +45 30307763 Email: kim@mars-eu.dk |
Skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta’ Marzu 2018 u fl-Addendum għall-Permess Ambjentali tat-12 ta’ Lulju 2022 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Frederikshavn. Il-Muniċipalità ta’ Frederikshavn għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. Il-faċilità ma tridx taħżen l-iskart perikoluż għal aktar minn sena. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
60 000 (9) |
27 ta’ Jannar 2028 |
||||||||||||||
www.smedegaarden.net Telefown: +45 75128888 Email: m@smedegaarden.net |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
(*Jekk it-tul > 170 metru, aċċettazzjoni mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg hija meħtieġa) |
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tal-4 ta’ Ġunju 2015 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg. Il-Muniċipalità ta’ Esbjerg għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
20 000 (10) |
fil-11 ta’ Marzu 2026. |
||||||||||||||
www.stenarecycling.dk Telefown: +45 20699190 Email: jakob.kristensen@stenarecycling.com |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tal-5 ta’ Ottubru 2017 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg. Il-Muniċipalità ta’ Esbjerg għandha d-dritt talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
0 (11) |
fis-7 ta’ Frar 2024. |
||||||||||||||
|
L-ESTONJA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +372 6102933 Faks: +372 6102444 Email: refonda@blrt.ee www.refonda.ee |
F’wiċċ l-ilma mal-moll u fil-baċir f’wiċċ l-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Permess għall-iskart Nru. KL-511809. Liċenzja tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż Nru 0546. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali, Immaniġġjar tal-iskart EP 4.4.6-1-13 Il-faċilità tista’ tirriċikla biss il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum. |
24 364 (12) |
fil-15 ta’ Frar 2026. |
||||||||||||||
|
SPANJA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +34 944971552 Email: dina@dinascrapping.com www.redena.es |
Laterali, rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità. |
2 086 (13) |
fit-3 ta’ Marzu 2026. |
||||||||||||||
Telefown: +34 630144416 Email: abarredo@ddr-vessels.com |
Laterali, rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità. |
3 600 (14) |
fit-28 ta’ Lulju 2025. |
||||||||||||||
|
FRANZA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +33 0769791280 Email: patrick@demonaval-recycling.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
1 500 (15) |
fil-21 ta’ Settembru 2027. |
||||||||||||||
Telefown: +33 0235951634 Email: normandie@baudelet.fr |
F’wiċċ l-ilma u fl-iskal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
7 730 (16) |
fid-29 ta’ Diċembru 2026. |
||||||||||||||
Telefown: +33 0556905800 Email: maintenance@bordeaux-port.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
9 000 (17) |
fis-27 ta’ Settembru 2026. |
||||||||||||||
Telefown: +33 0298011106 Email: navaleo@navaleo.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
15 000 (18) |
fid-19 ta’ Ġunju 2025. |
||||||||||||||
|
L-ITALJA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +39 010251561 Email: segreteria@sgdp.it; sangiorgiodelporto@legalmail.it www.sgdp.it |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni espliċita |
38 564 (19) |
fis-6 ta’ Ġunju 2028. |
||||||||||||||
|
IL-LATVJA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +371 29410506 Email: galaksisn@inbox.lv |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru LI12IB0053 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
0 (20) |
fis-17 ta’ Lulju 2024. |
||||||||||||||
|
IL-LITWANJA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +370 46365776 Faks: +370 46365776 Email: uab.apk@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
1 500 (21) |
fit-12 ta’ Marzu 2025. |
||||||||||||||
Telefown: +370 68532607 Email: armar.uab@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
3 910 (22) |
fit-12 ta’ April 2027. |
||||||||||||||
Telefown: +370 63069903 Email: uabdemeksa@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-64/2019 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
0 (23) |
fit-22 ta’ Mejju 2024. |
||||||||||||||
Telefown: +370 46483940/483891 Faks: +370 46483891 Email: refonda@wsy.lt |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
20 140 (24) |
fit-30 ta’ April 2025. |
||||||||||||||
|
IN-NETHERLANDS |
||||||||||||||||||||
Telefown: +31 181234353 Email: MZoethout@damenverolme.com |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
0 (25) |
fil-21 ta’ Mejju 2026. |
||||||||||||||
Telefown: +31 235581937 Email: info@decomamsterdam.eu |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
17 500 (26) |
fil-5 ta’ Ottubru 2026. |
||||||||||||||
Telefown: +31 113352510 Email: info@hsd.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
30 000 (27) |
fis-26 ta’ Jannar 2026. |
||||||||||||||
Telefown: +31 113351710 Email: slf@sagro.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
15 000 (28) |
fit-28 ta’ Marzu 2024. |
||||||||||||||
Telefown: +31 180463990 Email: gsnoek@sloperij-nederland.nl |
Irmiġġ fl-ilma u skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. Azzjonijiet preparatorji li jsiru mal-moll, sakemm il-buq ikun jista’ jiġi rmunkat fuq l-iskal permezz ta’ winċ b’kapaċità ta’ ġbid ta’ 2 000 tunnellata. |
Approvazzjoni espliċita |
17 500 (29) |
fit-12 ta’ Mejju 2026. |
||||||||||||||
|
IN-NORVEĠJA |
||||||||||||||||||||
Indirizz tal-uffiċċju:
https://adrs.no/ |
Laterali, skal, baċir imbattal mill-ilma/baċir mimli bl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2019.0501.T |
Approvazzjoni espliċita |
0 (30) |
fl-1 ta’ Ottubru 2024. |
||||||||||||||
https://afgruppen.no/selskaper/af-offshore-decom/ |
Laterali |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2005.0038.T |
Approvazzjoni espliċita |
31 000 (31) |
fit-28 ta’ Jannar 2024. |
||||||||||||||
www.greenyard.no |
Baċir imbattal mill-ilma (ġewwa), skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2018.0833.T L-operazzjonijiet ewlenin ta’ żarmar iridu jsiru fuq ġewwa. L-uniċi operazzjonijiet ta’ żarmar u ta’ qtugħ li jitħallew isiru fil-beraħ huma l-operazzjonijiet żgħar meħtieġa biex jitwaħħlu l-bastimenti mal-faċilità ta’ fuq ġewwa. Għal aktar dettalji ara l-permess. |
Approvazzjoni espliċita |
0 (32) |
fit-28 ta’ Jannar 2024. |
||||||||||||||
www.kleven.no |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2021.0011.T |
Approvazzjoni espliċita |
0 (33) |
fid-9 ta’ April 2026. |
||||||||||||||
Telefown: +47 40039479 Email: knut@fosengjenvinning.no |
Laterali |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr riggijiet jew vapuri użati għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2006.0250.T |
Approvazzjoni espliċita |
8 000 (34) |
fid-9 ta’ Jannar 2024. |
||||||||||||||
www.akersolutions.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2013.0111.T |
Approvazzjoni espliċita |
43 000 (35) |
fit-28 ta’ Jannar 2024. |
||||||||||||||
www.lutelandetoffshore.com |
Laterali |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2014.0646.T |
Approvazzjoni espliċita |
14 000 (36) |
fit-28 ta’ Jannar 2024. |
||||||||||||||
www.norscrap.no |
Laterali, skal li jżomm f’wiċċ l-ilma, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2017.0864.T Massimu ta’ 8 000 LDT fuq skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Il-bastimenti li jaqbżu t-8 000 LDT jeħtieġ li jitnaqqsu qabel ma jidħlu fl-iskal |
Approvazzjoni espliċita |
4 500 (37) |
fl-1 ta’ Marzu 2024. |
||||||||||||||
|
IL-FINLANDJA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +358 244511 Email try@turkurepairyard.com |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali nazzjonali. |
Approvazzjoni espliċita |
20 000 (38) |
fl-1 ta’ Ottubru 2023. |
||||||||||||||
|
IR-RENJU UNIT – L-IRLANDA TA’ FUQ |
||||||||||||||||||||
Telefown +44 2890534189 Faks +44 2890458515 Email Eoghan.Rainey@harland-wolff.com |
Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/20/11 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
12 000 (39) |
fis-16 ta’ Ġunju 2025. |
||||||||||||||
PARTI B
Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz
|
Isem il-faċilità |
Metodu ta’ riċiklaġġ |
Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (40) |
Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (41) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (42) |
||||||||||||||
|
IT-TURKIJA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +90 2326182102 Email: info@anadolugs.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
111 823 (43) |
fl-20 ta’ Awwissu 2028. |
||||||||||||||
Telefown: +90 2326182107–08-09 Email: info@avsargemiltd.com |

54 224 (44) |
fit-2 ta’ Diċembru 2025. |
||||||||||||||
Telefown: +90 2326182220 Email: bms@bmsgemi.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
37 132 (45) |
fl-20 ta’ Awwissu 2028. |
||||||||||||||
Telefown: +90 2326182162 Email: pamirtaner@egecelik.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
55 503 (46) |
fit-12 ta’ Frar 2025. |
||||||||||||||
Telefown: +90 2326182030 Email: info@leyal.com.tr |

64 815 (47) |
9 ta’ Diċembru 2023 |
||||||||||||||
Telefown: +90 2326182065 Email: demtas@leyal.com.tr |

57 275 (48) |
9 ta’ Diċembru 2023 |
||||||||||||||
Telefown: +90 2326182217 Email: gemisokum@kiliclar.com.tr |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
16 711 (49) |
fl-20 ta’ Awwissu 2028. |
||||||||||||||
Telefown: +90 2326182105 Email: oge@ogegemi.com www.ogegemi.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
62 471 (50) |
fit-12 ta’ Frar 2025. |
||||||||||||||
Telefown: +90 2326182092 Email: info@sokship.com |

66 167 (51) |
fit-12 ta’ Frar 2025. |
||||||||||||||
|
IR-RENJU UNIT |
||||||||||||||||||||
Telefown: +44 01314543380; +44 07834658588 Email: Phil@dalesmarine.co.uk |
Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni WML/L/1157331 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
5 019 (52) |
fit-22 ta’ Mejju 2027. |
||||||||||||||
Telefown: +44 01397773840 Email: enquiries@kishornportltd.com alasdair@kishornportltd.com frank@fergusontransport.co.uk |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni “WML/L/1175043 Modifika 01” u “WML/L/1175043 Modifika 02”, li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
38 148 (53) |
fit-22 ta’ Mejju 2027. |
||||||||||||||
|
L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA |
||||||||||||||||||||
Telefown: +1 9568312299 Email: chris.green@internationalshipbreaking.com robert.berry@internationalshipbreaking.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-kundizzjonijiet li skonthom il-faċilità hija awtorizzata topera huma definiti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, mill-Kummissjoni ta’ Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta’ Texas u mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti. L-Att dwar il-Kontroll ta’ Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta’ bastimenti b’bandiera barranija li fihom konċentrazzjonijiet ta’ PCB ta’ akbar minn 50 parti għal kull miljun. Il-faċilità għandha żewġ skalijiet bir-rampi għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (Skal tal-Lvant u Skal tal-Punent). Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati b’mod esklużiv fuq ir-rampa tal-iSkal tal-Lvant. |
Attwalment ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti tal-Amerka marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti |
120 000 (54) |
9 ta’ Diċembru 2023 |
||||||||||||||
(1) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(2) Kif imsemmi fl-Artikolu 32(1), il-punt (a), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(3) Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.
(4) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(5) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 12 500 LDT fis-sena.
(6) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(7) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(8) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(9) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 200 000 LDT fis-sena.
(10) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(11) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 45 000 LDT fis-sena.
(12) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 36 000 LDT fis-sena.
(13) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 6 000 LDT fis-sena.
(14) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(15) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 15 000 LDT fis-sena.
(16) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 12 000 LDT fis-sena.
(17) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 23 000 LDT fis-sena.
(18) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(19) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(20) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(21) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(22) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 6 000 LDT fis-sena.
(23) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(24) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 45 000 LDT fis-sena.
(25) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(26) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 47 500 LDT fis-sena.
(27) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(28) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(29) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(30) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(31) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(32) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(33) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(34) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(35) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena.
(36) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 200 000 LDT fis-sena.
(37) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(38) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(39) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 300 000 LDT fis-sena.
(40) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(41) Kif imsemmi fl-Artikolu 32(1), il-punt (a), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(42) L-inklużjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f’pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta’ dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(43) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.
(44) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(45) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(46) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(47) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 80 000 LDT fis-sena.
(48) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.
(49) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(50) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 90 000 LDT fis-sena.
(51) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(52) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 7 275 LDT fis-sena.
(53) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 38 148 LDT fis-sena.
(54) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.