<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑583/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0583</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20121018">18.10.2012</DATE> — KAWŻA C-583/10</P><P>NOLAN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 98/59/KE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Tkeċċijiet kollettivi</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Għeluq ta’ bażi militari Amerikana</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni u konsultazzjoni mal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Mument li fih jitnissel l-obbligu ta’ konsultazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-583/10,</P><P>li għandha baħa suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101206">6 ta’ Diċembru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20101213">13 ta’ Diċembru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">United States of America</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Christine Nolan,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, fil-funzjoni ta’ President tat-Tielet Awla, K. Lenaerts, E. Juhász (relatur), G. Arestis u J. Malenovský, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Nolan, minn M Mullins, QC, u M. De Savorgnani, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Enegren, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Awtorità ta’ sorveljanza AELE, minn F. Cloarec u X. Lewis, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dik it-talba ġiet magħmula fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u Nolan, impjegata ċivili ta’ bażi tal-armata Amerikana li tinsab fir-Renju Unit, dwar l-obbligu ta’ konsultazzjoni tal-persunal qabel ma jsiru tkeċċijiet, b’mod konformi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit li timplementa d-Direttiva 98/59.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 3 u 4 tad-Direttiva 98/59:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>3</NO.P><TXT>[...] minkejja ż-żieda ta’ konverġenza, jibqgħu differenzi bejn id-disposizzjonijiet fl-Istati Membri dwar l-arranġgamenti prattiċi u l-proċeduri għal din ir-redundancy u l-miżuri intenzjonati biex iserrħu mill-konsegwenzi tar-redundancy tal-ħaddiema;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>[...] dawn id-differeni [differenzi] jistgħu jkollom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern [...]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 6 ta’ din id-direttiva tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>l-Karta tal-Komunità dwar id-drittijiet soċjali fundamentali tal-ħaddiema, li ġiet adottata fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Strasbourgu fid-<DATE ISO="19891209">9 ta’ Diċembru 1989</DATE> mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-ħdax-il Stat Membru, tgħid, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fil-punt 7, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza [...]:</P></CONSID><CONSID><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>7.</NO.P><TXT>Il-kompletazzjoni tas-suq intern għandha twassal għal titjib fil-kondizzjonijiet ta’ l-għixien u tax-xogħol fil-Komunità Ewropea [...].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/59, din tal-aħħar ma tapplikax għal ħaddiema ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi u ta’ stabbilimenti regolati mid-dritt pubbliku jew, fl-Istati Membru fejn dan il-kunċett ma huwiex magħruf, għal ħaddiema ta’ korpi ekwivalenti.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta dak li jħaddem ikun qed jikkontempla redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, huwa għandu jibda konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi żmien tajjeb bl-iskop li jintlaħaq ftehim.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom, mill-inqas, ikopru mezzi u miżuri li jevitaw redundancies [tkeċċijiet] kollettivi jew tnaqqis ta’ numri ta’ impjegati affettwati, u biex jittaffew il-konsegwenzi billi jkun hemm rikors għal miżuri soċjali magħhom immirati, inter alia, li jgħinu għall-impjieg jew it-taħriġ mll-ġdid tal-ħaddiema mingħajr xogħol.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sabiex jgħinu r-rappreżentanti tal-ħaddiema biex jagħmlu proposti kostruttivi, min iħaddem għandu fi żmien tajjeb matul il-konsultazzjonijiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ifornihom bl-informazzjoni rilevanti kollha u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>f’kull każ jagħtihom notifka bil-miktub:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>tar-raġunijiet għar-redundancies [tkeċċijiet] ipproġettati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>tan-numri tal-kategoriji [tan-numru u tal-kategoriji] ta’ ħaddiema li se jisfaw bla xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>tan-numri u l-kategoriji [tan-numru u tal-kategoriji] tal-ħaddiema normalment impjegati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iv)</NO.P><TXT>tal-perijodu meta r-redundancies [tkeċċijiet] ipproġettati għandhom jiġu effettwati</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>v)</NO.P><TXT>tal-kriterji proposti għas-selezzjoni tal-ħaddiema li se jisfaw bla xogħol sakemm u safejn il-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali jagħtu l-poter għal dan lil min iħaddem;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>vi)</NO.P><TXT>tal-metodu għall-kalkolu ta’ xi pagamenti tar-redundancy ta’ xort’oħra minn dawk ikkawżati mil-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull min iħaddem għandu jinnotifika lill-awtorità pubblika kompetenti bil-miktub dwar kull pjan ta’ redundancies [tkeċċijiet] kollettivi.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>Din in-notifika għandu jkollha l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna r-redundancies [tkeċċijiet] kollettivi u l-konsultazzjonijiet ippjanati mar-rappreżentanti tal-ħaddiema previsti fl-Artikolu 2, u partikolarment ir-raġunijiet għar-redundancy, in-numru ta’ ħaddiema li ser jisfgħu mingħajr xogħol, in-numru ta’ ħaddiema normalment impjegati u l-perijodu li fih il-redundancy għandu jiġi effettwat.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 98/59 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-redundancies [It-tkeċċijiet] kollettivi pproġettati nnotifikati lill-awtorità pubblika kompetenti m’għandhomx iseħħu qabel 30 ġurnata wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 3(1) bla ħsara għal xi dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet individwali fir-rigward tal-avviż tat-tkeċċija mix-xogħol.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-poter lill-awtorità pubblika kompetenti sabiex tnaqqas il-perijodu msemmi fis-subparagrafu preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, din ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma iktar favorevoli għal ħaddiema jew li jippermettu jew jiffavorixxu l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettivi iktar favorevoli għall-ħaddiema”</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-Renju Unit, it-Trade Union and Labour Relations (Consolidation) Act 1992 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>liġi tal-1992<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) hija kkunsidrata bħala li tikkostitwixxi t-traspożizzjoni tad-Direttiva 98/59.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 188 ta’ din il-liġi, relatat mal-obbligu ta’ konsultazzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="188.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-persuna li tħaddem jkollha l-intenzjoni li tkeċċi 20 impjegat jew iktar bħala impjegati żejda fi stabbiliment wieħed matul perijodu ta’ 90 jum jew inqas, hija tkun obbligata li tikkonsulta, dwar dawn it-tkeċċijiet, il-persuni kollha li jirrappreżentaw b’mod leġittimu lill-impjegati li jistgħu jiġu affettwati mit-tkeċċijiet previsti jew minn miżuri marbuta ma’ dawn it-tkeċċijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="188.001A"><NO.PARAG>(1A)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-konsultazzjoni għandha tibda b’mod tempestiv u, fi kwalunkwe każ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta l-persuna li tħaddem tipproġetta li tkeċċi 100 impjegat jew iktar fis-sens tal-paragrafu 1, tal-inqas 90 jum jew, inkella</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tal-inqas 30 jum</TXT></NP></ITEM></LIST><P>qabel ma jsiru effettivi l-ewwel tkeċċijiet.</P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="188.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-konsultazzjoni għandha tindirizza l-possibbiltajiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jiġu evitati t-tkeċċijiet,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jintnaqqas in-numru ta’ impjegati li għandhom jitkeċċew, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>li jitnaqqsu il-konsegwenzi tat-tkeċċijiet,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>u għandhom jitmexxew mill-persuna li tħaddem bil-għan li jintlaħaq ftehim mar-rappreżentanti leġittimi.</P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="188.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tal-konsultazzjoni, il-persuna li tħaddem għandha tirrileva bil-miktub lir-rappreżentanti leġittimi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-motivi tal-proġetti tagħha,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>in-numru u l-karatteristiċi tal-ħaddiema żejda li huma previsti li jitkeċċew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>in-numru totali ta’ impjegati li għandhom dawn il-karatteristiċi u li huma impjegati mill-persuna li tħaddem fl-istess stabbiliment,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-metodu previst għall-għażla tal-ħaddiema li jistgħu jitkeċċew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-metodu previst sabiex jitwettqu t-tkeċċijiet, b’kunsiderazzjoni tal-proċeduri konvenzjonali kollha, inkluż il-perijodu li matulu għandhom jitwettqu t-tkeċċijiet, u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-metodu tal-kalkulazzjoni previst għall-kalkolu ta’ kumpens għat-tkeċċija eventwali (minbarra dak li jirriżulta minn obbligu impost minn jew bis-saħħa ta’ att leġiżlattiv) li għandu jitħallas lill-ħaddiema li jistgħu jitkeċċew.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="188.007"><NO.PARAG>(7)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, f’każ speċifiku, ikunu jeżistu ċirkustanzi partikolari, li jkollhom il-konsegwenza li ma jkunx raġonevolment prevedibbli għall-persuna li tħaddem li tikkonforma ruħha ma’ rekwiżit previst mill-paragrafi (1A), (2) u (4), din tal-aħħar hija obbligata li tadotta, sa fejn dan ikun possibbli, il-miżuri li jistgħu raġonevolment jiġu previsti f’dawn iċ-ċirkustanzi bil-għan li tikkonforma ruħha mal-imsemmi rekwiżit. [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Madwar 200 impjegat ċivili kienu jaħdmu fil-bażi militari Amerikana Reserved Storage Activity (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>bażi militari RSA<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) f’Hythe (ir-Renju Unit), fejn kienu jiġu msewwija vetturi akkwatiċi u materjali oħra. Dan il-persunal kien irrappreżentat mil-Local National Executive Council.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara laqgħa li saret fil-bidu tas-sena 2006 u li kienet tirrigwarda l-funzjonament ta’ din il-bażi militari, ġie ppreżentat rapport fit-<DATE ISO="20060313">13 ta’ Marzu 2006</DATE>, li minnu kien jirriżulta li kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-imsemmija bażi kellha tingħalaq. Din id-deċiżjoni, li ttieħdet fl-Istati Uniti mis-Secretary of the US Army, u li sussegwentement ġiet approvata mis-Secretary of Defense (Ministeru tad-Difiża), ipprovdiet li l-bażi militari RSA kellha twaqqaf l-attivitajiet tagħha fl-aħħar tax-xahar ta’ Settembru 2006.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Amerikani kkomunikaw l-imsemmija deċiżjoni lill-awtoritajiet militari tar-Renju Unit, b’mod informali, fl-aħħar tax-xahar ta’ April 2006. L-għeluq tal-bażi militari RSA ġiet ippubblikata mill-medja fil-<DATE ISO="20060421">21 ta’ April 2006</DATE>. Il-Gvern tar-Renju ġie informat uffiċjalment fid-<DATE ISO="20060509">9 ta’ Mejju 2006</DATE> bil-fatt li din il-bażi kienet ser tiġi rritornata lir-Renju Unit fit-<DATE ISO="20060930">30 ta’ Settembru 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Amerikani bagħtu nota lil membri tal-Local National Executive Council, matul ix-xahar ta’ Ġunju tal-2006, fejn indikaw li l-membri kollha tal-persunal tal-imsemmija bażi kellhom jitkeċċew. Waqt laqgħa li saret fl-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, l-awtoritajiet Amerikani informaw lil dan il-korp rappreżentattiv li huma kienu jikkunsidraw li d-data tal-<DATE ISO="20060605">5 ta’ Ġunju 2006</DATE> kienet tikkostitwixxi d-data tat-tmiem tal-konsultazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni formali li jitħassru l-kuntratti tax-xogħol ittieħdet fil-kwartier ġenerali tal-armata Amerikana fl-Ewropa (UASEUR), li tinsab f’Mannheim (il-Ġermanja). Inħarġu avviżi tat-tkeċċija fit-<DATE ISO="20060630">30 ta’ Ġunju 2006</DATE>, li kienu jindikaw id-29 jew it-<DATE ISO="20060930">30 ta’ Settembru 2006</DATE> bħala d-dati tat-tmiem tal-impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Nolan bdiet proċedura fil-konfront tal-United States of America, quddiem is-Southampton Employment Tribunal, fejn sostniet li dawn tal-aħħar naqqsu milli jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-persunal. Permezz ta’ sentenza fuq ir-responsabbiltà (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>liability judgment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), din il-qorti kkonstatat xi nuqqasijiet fil-qasam tal-konsultazzjoni tal-imsemmija rappreżentanti u l-kawża intrebħet minn Nolan. Permazz tas-sentenza fuq ir-rimedju (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>remedy judgment<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), l-imsemmija qorti addttat miżura ta’ protezzjoni li tkopri l-persuni kollha li, fid-data tad-<DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE> kellhom il-kwalità ta’ ċittadini tar-Renju Unit u li kienu jifformaw parti mill-persunal ċivili tal-bażi militari RSA.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-United States of America appellaw quddiem l-Employment Appeal Tribunal, li essenzjalment ikkonferma d-deċiżjonijiet tal-ewwel istanza.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-United States of America ppreżentaw kawża quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division), li peress li kkunsidrat li għaliha kienet neċessarja l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59 sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha, iddeċidiet li tissospendi il-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-obbligu ta’ konsultazzjoni fir-rigward ta’ redundancies kollettivi li għandu min iħaddem taħt id-Direttiva 98/59 japplika [...] meta min iħaddem ikun qiegħed jipproponi, iżda jkun għadu ma ħax, deċiżjoni strateġika li tikkonċerna n-negozju jew l-operat u li probabbilment jew inevitabbilment twassal għal redundancies kollettivi; jew [...] dan l-obbligu japplika biss meta din id-deċiżjoni tkun effettivament ittieħdet u min iħaddem ikun imbagħad qiegħed jipproponi redundancies b’konsegwenza ta’ din id-deċiżjoni?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja stiednet lill-partijiet fil-kawża prinċipali, lill-Gvern tar-Renju Unit, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE sabiex jesprimu l-opinjoni tagħhom, bil-miktub, fuq il-kwistjoni dwar jekk tkeċċija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ttemm relazzjoni ta’ impjieg stabbilita bejn ċittadin tar-Renju Unit u Stat terz, f’dan il-każ il-United States of America, taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Artikolu 1(2)(b) ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’risposta għal din il-mistoqsija, Nolan issostni li r-Renju Unit, meta ttraspona d-Direttiva 98/59, inkluda fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni l-ħaddiema impjegati minn Stati terzi, inklużi l-United States of America. B’hekk, tali ħaddiema jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk huma jifformawx parti mill-kategorija ta’ ħaddiema esklużi mill-applikazzjoni tad-Direttiva 98/59 permezz tal-Artikolu 1(2)(b) ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Nolan, filwaqt li tagħmel riferiment għas-sentenzi tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Leur-Bloem (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/95" PAGE.ECR="I-4161" YEAR="1997">C-28/95, Ġabra p. I-4161</REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20020115">15 ta’ Jannar 2002</DATE>, Andersen og Jensen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-43/00" PAGE.ECR="I-379" YEAR="2002">C-43/00, Ġabra p. I-379</REF.DOC.ECR>), tikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-Direttiva 98/59, anki jekk is-sitwazzjoni tagħha ma hijiex irregolata direttament mid-dritt tal-Unjoni, peress li l-leġiżlatur tar-Renju Unit, meta ttraspona din id-direttiva fid-dritt nazzjonali, għażel li jallinja l-leġiżlazzjoni interna tiegħu mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Nolan tfakkar li l-aspetti sensittivi tal-kawża prinċipali ġew rikonoxxuti mill-qrati nazzjonali, li l-United States of America ma pprevalewx ruħhom mill-immunità tagħhom bħala Stat li l-azzjonijiet tiegħu ma jistgħux jiġu kkontestati ġudizzjarjament u li huma ma invokawx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ċirkustanzi partikolari<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ta’ difiża, fis-sens tal-Artikou 188(7) tal-liġi tal-1992. Sussidjarjament, hija żżid li r-relazzjoni ta’ impjieg tagħha bl-ebda mod ma ġiet eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59, sa fejn hija ma kinitx impjegata minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>amministrazzjoni pubblika jew stabbiliment regolati mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u sa fejn qatt ma ġie stabbilit, fil-proċeduri prinċipali, li dan kien il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-United States of America jirrilevaw, minn naħa li skont il-premessi 4 u 6 tad-Direttiva 98/59, din tal-aħħar tindirizza l-funzjonament tas-suq intern u, min-naħa l-oħra, li jirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 1(2)(b) ta’ din id-direttiva li din ma tikkonċernax il-każijiet kollha ta’ tkeċċija. Huma jikkunsidraw li l-applikazzjoni, fil-kawża prinċipali, tad-Direttiva 98/59 jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva hija inkompatibbli mal-kliem ċar tal-imsemmija direttiva kif ukoll mal-prinċipji tad-dritt pubbliku internazzjonali, partikolarment tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">jus imperii</HT> u dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>għarfien reċiproku tan-nazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>comity of nations<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-United States of America jikkunsidraw li tkeċċija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59, peress li din it-tkeċċija tirriżulta minn deċiżjoni strateġika, adottata minn Stat sovran, relattiva għall-għeluq ta’ bażi militari.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma hijiex ċerta dwar l-applikabbiltà, f’dan il-każ, tad-Direttiva 98/59, peress li l-persuna li tħaddem lil Nolan kienet l-armata tal-Istati Uniti, li hija emanazzjoni tal-Istat sovran. Madankollu, hija tenfasizza li l-għeluq ta’ bażi militari jista’ jkollu l-istess effett, fuq il-persunal ċivili ta’ din tal-aħħar, bħad-deċiżjoni tal-għeluq ta’ impriża kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, fl-interess ta’ approċċ koerenti, id-Direttivi 98/59 u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98) għandhom jiġu interpretati bħala li għandhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni. Filwaqt li tagħmel riferiment għall-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2001/23, li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 77/187/KEE, tal-<DATE ISO="19770214">14 ta’ Frar 1977</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>), u għas-sentenza tas-<DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, Scattolon (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-108/10" PAGE.ECR="I-7491" YEAR="2011">C-108/10, Ġabra p. I-7491</REF.DOC.ECR>, punti 56 u 57), il-Kummissjoni issostni li d-Direttivi 98/59 u 2001/23 it-tnejn li huma japplikaw għal impriżi pubbliċi li jeżerċitaw attività ta’ natura ekonomika, iżda li, għall-kuntrarju, dawn ma japplikawx għal reorganizzazzjoni ta’ awtoritajiet amministrativi pubbliċi u lanqas għal trasferiment tal-funzjonijiet amministrativi bejn awtoritajiet amministrativi pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva li prinċipalment kien minħabba raġunijiet strateġiċi li l-United States of America ddeċidew li jagħlqu l-bażi militari RSA u li jkeċċu l-persunal ċivili lokali li jaħdem fiha. Peress li dawn it-tkeċċijiet huma atti ta’ awtorità pubblika li jirriżulta minn riorganizzazzjoni amministrattiva, hija tikkunsidra li ma huwiex possibbili li l-protezzjoni prevista mid-Direttiva 98/59 tiġi estiża għall-impjegati kkonċernati, anki jekk jista’ jiġi kkunsidrat li huma kienu jeżerċitaw attività ta’ natura ekonomika. Minn dan il-kummissjoni tikkonkludi li t-tkeċċija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE ssostni li l-Employment Appeal Tribunal ikkunsidra li r-Renju Unit għażel li jittrasponi d-Direttiva 98/59 mingħajr ma jeskludi l-ħaddiema ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi jew ta’ stabbilimenti rregolati mid-dritt pubbliku msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) ta’ din tal-aħħar, u fakkret li kienu ġew ippreżentati diversi kawżi li jirrigwardaw il-leġiżlazzjoni li tittrasponi l-imsemmija direttiva mis-sindakati li jirrappreżentaw ħaddiema impjegati minn amministrazzjonijiet jew stabbilimenti pubbliċi. L-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE żżid li l-qorti tar-rinviju rrilevat li l-avukat li jirrappreżenta lil United States of America kien ammetta li l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59, prevista mill-Artikolu 1(2) ta’ din tal-aħħar, ma hijiex estiża għall-ħaddiema impjegati minn Stat sovran terz.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE tikkunsidra li l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/59 jista’ jinftiehem bħala li jirreferi biss għal għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u għall-istabbilimenti rregolati mid-dritt pubbliku tal-Istati Membri u li, għalhekk, din il-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ma tapplikax għall-amministrazzjonijiet u għall-istabbilimenti rregolati mid-dritt pubbliku ta’ Stati terzi. Dak l-approċċ huwa msejjes fuq il-loġika li, għalkemm l-Istati Membri jiżguraw fir-rigward tal-impjegati pubbliċi protezzjoni ekwivalenti għal dik prevista mid-Direttiva 98/59, ma huwiex b’ċertezza li d-drittijiet tal-Istati terzi jiżguraw tali protezzjoni f’ċirkustanzi simili.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE, jirriżulta mis-sentenza tat-<DATE ISO="19901018">18 ta’ Ottubru 1990</DATE>, Dzodzi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-297/88+C-197/89" PAGE.ECR="I-3763" YEAR="1990">C-297/88 u C-197/89, Ġabra p. I-3763</REF.DOC.ECR>, punti 36 u 37) li, f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni preliminari, peress li l-leġiżlatur tar-Renju Unit japplika d-Direttiva 98/59, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva, fir-rigward tal-ħaddiema impjegati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, u b’hekk jiżgura,<?PAGE NO="8"?> fil-prinċipju, l-istess protezzjoni lil dawn tal-aħħar kif ukoll lill-ħaddiema tas-settur privat. F’dawk il-kundizzjonijiet, l-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE tikkunsidra li t-tkeċċija inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59 u li, anki jekk din it-tkeċċija kienet eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża odjerna, għandha tagħti risposta għad-domanda magħmula, li tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Bil-għan li tagħti deċiżjoni fuq il-kwistjoni dwar jekk tkeċċija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ttemm relazzjoni ta’ impjieg stabbilita bejn ċittadin ta’ Stat Membru u Stat terz, wara l-għeluq ta’ bażi militari li tappartjeni lil dan tal-aħħar u li tinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59, jeħtieġ, fl-ewwel lok, li jiġi interpretat il-kliem tal-Artikolu 1(2)(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, li tipprevedi każ ta’ esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59, din tal-aħħar ma tapplikax fir-rigward tal-ħaddiema ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi jew stabbilimenti rregolati mid-dritt pubbliku jew, fl-Istati Membri li ma għandhomx għarfien ta’ dan il-kunċett, fir-rigward tal-ħaddiema ta’ korpi ekwivalenti.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-forzi armati jaqgħu taħt l-amministrazzjoni pubblika jew korp ekwivalenti, jirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/59 li l-persunal ċivili ta’ bażi militari huwa kopert mill-esklużjoni prevista minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi rrilevat li din l-evalwazzjoni hija kkorroborata mill-għan u l-ekonomija ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li d-Direttiva 98/59 kienet preċeduta mid-Direttiva tal-Kunsill 75/129/KEE, tas-<DATE ISO="19750217">17 ta’ Frar 1975</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar tkeċċijiet kollettivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="048" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="1975">ĠU L 48, p. 29</REF.DOC.OJ>), u li, partikolarment, waħda mill-funzjonijiet tad-Direttiva 98/59 kienet li tikkodifika din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Matul il-proċedura leġiżlattiva relatata mad-Direttiva 75/129, il-Kummissjoni esponiet, fil-proposta tagħha għal direttiva tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar tkeċċijiet kollettivi [COM(72) 1400], tat-<DATE ISO="19721108">8 ta’ Novembru 1972</DATE>, iċ-ċirkustanzi li rrendew neċessarja leġiżlazzjoni f’dan il-qasam. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonstatat li d-differenzi importanti fil-qasam tal-protezzjoni tal-ħaddiema f’każ ta’ tkeċċija għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq komuni, peress li dawn joħolqu diskrepanza fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li teżerċita influwenza fuq l-impriżi, meta dawn tal-aħħar jipprevedu pożizzjonijiet li għandhom jimtlew.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi osservat li d-Direttiva 98/59 ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 100 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 94 KE), li jippermetti l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom effett dirett fuq l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq komuni (intern).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Hemm lok ukoll li jiġi rrilevat, fir-rigward tal-għan segwit mid-Direttiva 98/59, li mill-premessi 4 u 6 ta’ din tal-aħħar jirriżulta li din id-direttiva hija intiża għal titjib tal-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-funzjonament tas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li d-Direttiva 98/59 tifforma parti mil-leġiżlazzjoni relatata mas-suq komuni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, għalkemm id-dimensjoni u l-funzjonament tal-forzi armati għandhom ċertament influwenza fuq is-sitwazzjoni tal-impjieg fi Stat Membru partikolari, dawn għall-kuntrarju ma jaqgħux taħt kunsiderazzjonijiet relatati mas-suq intern jew mal-kompetizzjoni bejn l-impriżi. Kif diġà ġie deċiż mill-Qorti, fil-prinċipju, huma esklużi mill-klassifikazzjoni ta’ attività ekonomika l-attivitajiet li, bħad-difiża nazzjonali, jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi tas-setgħa pubblika (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, Scattolon, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-opinjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE, li l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/59 jista’ jinftiehem bħala li jirrigwarda biss lill-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri u mhux dawk ta’ Stati terzi, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni bl-ebda mod ma jistabbilixxi tali distinzjoni bejn Stati Membri u Stati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li, skont l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/59, it-tkeċċija tal-persunal ta’ bażi militari, fi kwalunkwe każ, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, indipendentement mill-fatt jekk dan ikunx jew le ta’ bażi militari ta’ Stat terz. F’dawn il-kundizzjonijiet, ma huwiex neċessarju li jittieħed kont b’mod speċifiku taċ-ċirkustanza li, f’dan il-każ, kienet involuta bażi militari ta’ Stat terz, li hija kwistjoni li għandha implikazzjonijiet ta’ dritt internazzjonali (ara f’dan is-sens, fil-kuntest tal-impjieg ta’ persunal ta’ ambaxxata ta’ pajjiż terz, sentenza tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Mahamdia, C-154/11, punti 54 sa 56).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont Nolan u l-Awtorità ta’ Sorveljanza AELE, anki li kieku s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59, il-Qorti tal-Ġustizzja, f’dan il-każ, għandha ġurisdizzjoni tagħti d-deċiżjoni prinċipali, peress li l-leġiżlatur nazzjonali applika din id-direttiva, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi lil din tal-aħħar, għall-ħaddiema impjegati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat diversi drabi li hija għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni preliminari li tirrigwarda dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet fejn il-fatti fil-kawża prinċipali ma jkunux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda fejn l-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt ikunu saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali minħabba rinviju minn dan tal-aħħar lejn il-kontenut ta’ dawk id-dispożizzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Cicala, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/10" PAGE.ECR="I-14139" YEAR="2011">C-482/10, Ġabra p. I-14139</REF.DOC.ECR>, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma ruħha, għas-soluzzjonijiet li hija tipprovdi għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-att tal-Unjoni kkonċernat, ma’ dawk stabbiliti mill-imsemmi att, ikun jeżisti interess ċert tal-Unjoni li d-dispożizzjonijiet meħuda minn dak l-att jingħataw interpretazzjoni uniformi u dan sabiex jiġu evitati diskrepanzi futuri fl-interpretazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-310/10" PAGE.ECR="I-5989" YEAR="2011">C-310/10, Ġabra p. I-5989</REF.DOC.ECR>, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar hija ġġustifikata meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu saru applikabbli għal tali sitwazzjonijiet permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u mhux kundizzjonali, bil-għan li jiġi żgurat trattament identiku għal dawn is-sitwazzjonijiet u għal dawk li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Cicala, iċċitata iktar ’il fuq, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok li jiġi vverifikat jekk fil-kawża prinċipali hijiex rikjesta l-interpretazzjoni tad-Direttiva 98/59 mill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li jirriżulta minn indikazzjonijiet preċiżi biżżejjed li d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u mhux kundizzjonali għal sitwazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, li kieku l-United States of America ddeċidew hekk fil-fażi preliminari tal-proċedura fil-kawża prinċipali, huma setgħu jipprevalixxu ruħhom mill-immunità tagħhom bħala Stat sovran u jevitaw l-iżvolġiment tal-proċedura fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Hemm lok li jiżdied li, skont il-qorti tar-rinviju, skont l-Artikolu 188(7) tal-liġi tal-1992, Stat terz għandu l-possibbiltà li jinvoka <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ċirkustanzi partikolari<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>special circumstances<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), li minħabba fihom dak l-Istat terz ma huwiex obbligat li jwettaq konsultazzjonijiet obbligatorji f’każ ta’ tkeċċijiet kollettivi skont l-Artikolu 188(1A), (2) u (4) tal-liġi tal-1992.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Isegwi li l-proċess ma jinkludix indikazzjonijiet preċiżi biżżejjed li juru li d-dritt nazzjonali rrenda awtomatikament applikabbli s-soluzzjonijiet ipprovduti mid-Direttiva 98/59 f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59, imsemmija fid-domanda magħmula, saru, bħala tali, applikabbli b’mod dirett u mhux kundizzjonali permezz tad-dritt nazzjonali għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Ċertament, huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura l-uniformità tal-interpretazzjonijiet ta’ dispożizzjoni ta’ att tal-Unjoni u ta’ dawk tad-dritt nazzjonali li jittrasponuha u jirrenduha applikabbli lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-att.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jkunx il-każ meta, bħal fil-kawża prinċipali, att tal-Unjoni jkun jipprevedi espressament każ ta’ esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni jsemmi b’mod inekwivoku li l-att li huwa adotta ma japplikax għal qasam preċiż, huwa jirrinunzja, tal-inqas sal-adozzjoni ta’ regoli ġodda eventwali tal-Unjoni, għall-għan initiż għal interpretazzjoni u għal applikazzjoni uniformi ta’ regoli tad-dritt f’dan il-qasam eskluż.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi ddikjarat jew preżunt li jeżisti interess min-naħa tal-Unjoni sabiex, f’qasam eskluż mil-leġiżlatur tal-Unjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-att li huwa adotta, tingħata interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-att.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fid-dawl tal-għan tad-domanda magħmula mill-Court of Appeal, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għal din id-domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domanda magħmula mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101206">6 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>