|
15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
496 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-24 ta' Mejju 2006
li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
(2006/410/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ sostenn taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (2) jistabbilixxi l-metodu għall-ikkalkular tal-ammonti netti għall-modulazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). L-Artikoli 143d u 143e ta’ dak ir-Regolament jiffissaw l-ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-FAEŻR għar-ristrutturar fir-reġjuni tal-qoton u t-tabakk. |
|
(2) |
L-ammont massimu annwali disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) qabel it-trasferimenti għall-FAEŻR sal-2013 huma stabbiliti fl-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-qafas finanzjarju 2007-2013 (3). |
|
(3) |
L-ammonti li għandhom ikunu disponibbli għall-FAEŻR u l-bilanċ nett li għanduu jkun disponibbli għan-nefqa tal-FAEG għandhom jiġu ffissati fuq il-bażi ta’ dawk l-ammonti massimi annwali għas-snin tal-baġit 2007-2013 |
IDDEĊIEDET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
L-ammonti disponibbli għas-snin tal-baġit 2007 sal-2013 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali — (FAEŻR) skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif ukoll il-bilanċ nett disponibbli tan-nefqa għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) ġew stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, 24 ta' Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni 319/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 32).
(3) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Ufficċjali.
L-ANNESS
|
Mil € |
||||
|
Sena tal-baġit |
Ammonti disponibbli Għall-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli Għan-nefqa tal-FAEG |
||
|
Art. 10(2) ta’ R.1782/2003 |
Art. 143d ta’ R.1782/2003 |
Art. 143e ta’ R.1782/2003 |
||
|
2007 |
984 |
22 |
|
44753 |
|
2008 |
1 241 |
22 |
|
44 954 |
|
2009 |
1 252 |
22 |
|
45 405 |
|
2010 |
1 257 |
22 |
|
45 867 |
|
2011 |
1 231 |
22 |
484 |
45 880 |
|
2012 |
1 231 |
22 |
484 |
46 356 |
|
2013 |
1 228 |
22 |
484 |
46 840 |