|
17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/253 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2010
(2012/590/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7—0051/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, il-Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li stabilixxa l-Istatuti tal-Agenzija Fornitrici Euratom (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0131/2012), |
1.
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur-Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur-Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 6.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2010
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7—0051/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li stabilixxa l-Istatuti tal-Agenzija Fornitrici Euratom (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0131/2012), |
|
A. |
billi, skont id-Deċiżjoni 2008/114/KE, il-Euratom (“l-Aġenzija”), għall-Forniment tal-Euratom stabilita fil-Lussemburgu fl-1958, għandha Statuti ġodda u saret Aġenzija, |
|
B. |
billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari, |
|
C. |
billi l-Qorti tal-Awdituri wkoll saħqet fir-rapport tagħha għas-sena finanzjarja 2010 dwar in-nuqqas ta’ ottemperanza fl-Istatuti tal-Aġenzija mat-termini tal-Artikolu 54 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
1.
Jieħu nota li fl-2010 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju għall-finanzjament tal-attivitajiet operattivi tagħha u li l-Kummissjoni tgħabbiet bl-ispejjeż kollha mġarrba minnha fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2010; jinnota li din is-sitwazzjoni ilha mill-ħolqien tal-Aġenzija fl-2008;
2.
Jinnota li fl-assenza ta’ baġit awtonomu, l-Aġenzija ġiet integrata de facto fil-Kummissjoni u li din is-sitwazzjoni ma tikkonformax mal-Istatuti tagħha;
3.
Jinnota, b’dana kollu, li b’ittra tal-31 ta’ Marzu 2011 id-Direttur Ġenerali jirrikonoxxi l-problema msemmija u jagħti dettalji dwar l-azzjonijiet li ttieħdu kif mitlub mill-awtorità ta’ kwittanza; jinnota, b’mod partikolari li, biex tkun riżolta din is-sitwazzjoni, għandu jintlaħaq ftehim ħalli jkun propost ir-ristabbiliment tal-linja baġitarja speċifika għall-Aġenzija fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2012;
4.
Jinnota li nhar l-20 ta’ April 2011 il-Kummissjoni pproponiet il-linja 32 01 06 ħalli l-Aġenzija tkun ikkreditata b’EUR 98 000 mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; iqis li ladarba tkun adottata mill-awtoritajiet baġitarji tal-Unjoni, din tkun tirrappreżenta kisba ewlenija fl-indirizz tat-tħassib kurrenti;
5.
Jagħti attenzjoni lir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mir-rapporti dwar il-kwittanza preċedenti, kif stabbilit fl-Anness ta’ din ir-riżoluzzjoni;
6.
Jirreferi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-osservazzjoni li jakkumpannja d-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzonatli, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 6.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) Testi adottati, P7_TA(2012)0164 (ara l-paġna 388 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW TA’ DAWN L-AĦĦAR SNIN
|
Aġenzija tal-Forniment tal-Euratom |
2007 |
2008 |
2009 |
|
Prestazzjoni |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja |
38,7 % tal-approprijazzjonijiet ġew riportati |
Fl-assenza ta’ baġit awtonomu, l-Aġenzija tkun de facto integrata fil-Kummissjoni. Din is-sitwazzjoni tqajjem il-kwestjonijiet tal-ħtieġa taż-żamma tal-Aġenzija fil-forma u organizzazzjoni kurrenti tagħha. |
Fl-2009 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju biex tkopri bihom l-operazzjonijiet tagħha u li l-Kummissjoni sostniet l-ispejjeż kollha inkorsi mill-Aġenzija għall-implementazzjoni tal-baġit tal-2009. L-Aġenzija hija integrata de facto fil-Kummissjoni. |
|
Riżorsi Umani |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Jirrikonoxxi li, skont it-termini tal-Artikolu 3 tal-Istatuti tagħha, l-Aġenzija għażlet l-awditur intern tagħha, li beda jaqdi dmirijietu mhux qabel l-1 ta’ Lulju 2009 |
|
Il-Verifika Interna |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |