|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4657 |
18.8.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12084 — PLD / NBIM / GERMAN REAL ESTATE ASSETS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4657)
1.
Fit-8 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Prologis L.P. (“PLD”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Prologis Inc. (l-Istati Uniti), |
|
— |
NBIM Nerva S.à.r.l. (“NBIM”, In-Norveġja), ikkontrollata minn Norges Bank (in-Norveġja), |
|
— |
Ħames propjetajiet loġistiċi (l-“Assi fil-Mira 2025”, il-Ġermanja) li għandhom jiġu akkwistati minn Union Investment Real Estate GmbH. |
PLD u NBIM se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Assi fil-Mira 2025 permezz ta’ Prologis European Logistics Partners Holdings S.à r.l. (il-Lussemburgu), impriża konġunta mingħajr funzjoni sħiħa li hija kkontrollata b’mod konġunt minn PLD u NBIM. Din il-konċentrazzjoni ssegwi tranżazzjoni tal-2024 bejn l-istess impriżi li tikkonċerna żewġ propjetajiet loġistiċi fil-Ġermanja.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
PLD hija s-sid, topera u tiżviluppa propjetajiet immobiljari, prinċipalment għal skopijiet industrijali, fl-Ameriki, fl-Ewropa u fl-Asja, |
|
— |
L-attivitajiet kummerċjali ta’ NBIM huma relatati ma’ investimenti istituzzjonali għall-Fond tal-Pensjoni tal-Gvern Norveġiż Globali, li jiffokaw fuq investimenti madwar id-dinja inklużi investimenti ta’ propjetà immobbli fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa u fil-Ġappun. |
3.
L-Assi fil-Mira 2025 huma ħames assi ta’ propjetà immobbli fil-forma ta’ propjetajiet loġistiċi li jinsabu f’North Rhine-Westphalia u Rhineland-Palatinate fil-Ġermanja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12084 — PLD / NBIM / GERMAN REAL ESTATE ASSETS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4657/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)