|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2032 |
30.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2032
tad-29 ta’ Lulju 2024
li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni jew tal-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew ta’ żoni tagħhom, fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4), it-tieni subparagrafu, u l-Artikoli 36(4) u 42(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu, u jispeċifika kif dawk ir-regoli jridu jiġu applikati għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi wkoll l-approvazzjoni jew l-irtirar mill-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom rigward ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tiegħu. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b), tiegħu u programmi tal-eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (c), tiegħu, u għall-approvazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard elenkat, imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, tal-annimali, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod aktar partikolari, dan jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom bi status approvat ta’ ħelsien mill-mard, u bil-programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi approvati eżistenti. Peress li s-sitwazzjoni epidemjoloġika ta’ ċertu mard fl-Unjoni qed kulma jmur tinbidel, jeħtieġ jiġu emendati ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 biex jiġi approvat l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni tagħhom, biex tiġi rtirata l-approvazzjoni ta’ ċerti żoni tal-Istati Membri fejn ikunu ġew ikkonfermati xi tifqigħat tal-mard jew fejn il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ma għadhomx jiġu ssodisfati, u biex tiġi approvata l-emenda ta’ ċerti programmi tal-eradikazzjoni. |
|
(4) |
Għall-infezzjoni tal-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, għall-infezzjoni tal-Mycobacterium tuberculosis complex (MTBC) u għad-dijarea virali bovina (BVD), diversi Stati Membri dan l-aħħar ressqu applikazzjoni quddiem il-Kummissjoni biex ikollhom status ta’ ħelsien mill-mard jew għal emendi fil-programmi tal-eradikazzjoni approvati għal ċerti żoni fit-territorju tagħhom. Żewġ Stati Membri nnotifikaw ukoll tifqigħat tal-infezzjoni tal-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (BTV). Dawn l-iżviluppi jeħtieġ jiġu riflessi fl-Annessi rilevanti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
|
(5) |
Għall-infezzjoni tal-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fl-annimali ovini u kaprini, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-provinċja ta’ Matera fir-reġjun tal-Basilicata. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, ħareġ li l-applikazzjoni tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Għalhekk, dik il-provinċja jenħtieġ li tiġi elenkata bħala ħielsa mill-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fl-annimali ovini u kaprini fil-Parti I, il-Kapitolu 2, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
|
(6) |
Għall-infezzjoni tal-MTBC, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-provinċja ta’ Sassari fir-reġjun ta’ Sardinja. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, ħareġ li l-applikazzjoni tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Għalhekk, dik il-provinċja jenħtieġ li tiġi elenkata bħala ħielsa mill-infezzjoni tal-MTBC fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
|
(7) |
Għall-BVD, il-Ġermanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fir-reġjun ta’ Oldenburg fl-istat ta’ Niedersachsen, u fir-reġjun ta’ Rendsburg-Eckernförde fl-istat ta’ Schleswig-Holstein. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, ħareġ li dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD. Għalhekk, dawk ir-reġjuni jenħtieġ li jiġu elenkati bi status ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-infezzjoni tal-BTV, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat ta’ infezzjoni tas-serotip 3 tal-BTV fl-istati ta’ Hessen u tar-Rheinland-Pfalz, u Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat tal-infezzjoni bis-serotip 8 tal-BTV fil-Komunità Awtonoma tal-Katalonja. Peress li dawn iż-żoni għandhom status ta’ ħelsien mill-mard u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni tal-BTV jenħtieġ li tiġi rtirata għall-istati kollha ta’ Hessen u tar-Rheinland-Pfalz, u għall-Komunità Awtonoma tal-Katalonja, u l-entrati għall-Ġermanja u għal Spanja f’dik il-lista jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Spanja infurmat lill-Kummissjoni wkoll li estendiet l-ambitu territorjali tal-programm tal-eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni tal-BTV diġà approvat għaż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, biż-żieda ta’ żona li tinkludi lill-Komunità Awtonoma tal-Katalonja. Għalhekk, dik iż-żona jenħtieġ li tiġi miżjuda mal-entrata għal Spanja fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, u tiġi approvata l-emenda proposta għall-programm tal-eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni tal-BTV. |
|
(10) |
Għalhekk, l-Annessi I, II, VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi tal-eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi tal-eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).
ANNESS
L-Annessi I, II, VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2032/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)