32000D0351



Official Journal L 124 , 25/05/2000 P. 0061 - 0063


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta’ Mejju 2000

dwar il-proċedura għan-nomina ta’ host server komuni ġdid għas-sistema veterinarja komputerizzata integrata

(notifikata taħt dokument numru C(2000) 818)

(Test b’relevanza għall-Ftehim EE)

(2000/351/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-verifiki veterinarji u żootekniġi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u fi prodotti bil-għan tat-tlestija tas-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar il-komputerizzazzjoni ta’ proċeduri veterinarji ta’ importazzjoni (proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tirrevoka d-Deċiżjoni 88/192/KEE [3], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 92/373/KEE [4], il-Kummissjoni nnominat l-ANIMO host server, u skond id-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 92/486/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/716/KE [6], l-ANIMO host server għandu jkun jopera għallinqas mill-31 ta’ Marzu 2000.

(2) B’żieda max-xogħol fil-livell tal-Komunità, inklużi studji u seminars, waqt ir-reviżjoni ta’ l-arkitettura tan-network ANIMO, sistema veterinarja li tintegra d-diversi applikazzjonijiet għandha tkun implimentata.

(3) Huwa meħtieġ f’dan l-istadju li tiġi speċifikata l-proċedura li għandha tintuża għan-nominazzjoni ta’ host server komuni ġdid biex iħaddem is-servizzi kollha meħtieġa taħt is-sistema veterinarja komputerizzata integrata.

(4) Il-host server komuni għandu jissodisfa speċifikazzjonijiet tekniċi preċiżi.

(5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ invit għall-offerti bl-appalt li jibdew fl-2000 għal host server komuni li jagħti kont tal-progress fit-teknoloġiji tal-komunikazzjoni tad-data u tas-servizzi ġodda meħtieġa għall-bdil ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri taħt is-sistema veterinarja komputerizzata integrata.

2. L-invit għall-offerti bl-appalt li għalihom jipprovdi l-paragrafu 1, li għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha (speċifikazzjoni dettaljata), għandu jagħti kont għall-inqas ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti fl-Anness.

3. Wara l-invit għall-offerti bl-appalt li għalihom jipprovdi l-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, bil-għan li tinnomina l-host server, tagħżel għall-inqas tlett offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.

[4] ĠU L 195, ta’ l-14.7.1992, p. 31.

[5] ĠU L 291, tas-7.10.1992, p. 20.

[6] ĠU L 289, tal-11.11.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-HOST SERVER KOMUNI

1. Deskrizzjoni Ġenerali

Il-host server għall-bdil u l-ipproċessar ta’messaġġi u data oħra għandu jkun jopera sa’ mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2001.

Għandu jkollu fih l-elementi li ġejjin:

(a) kompjuters ta’ għadd adattat u esekuzzjoni li tiggarantixxi l-immaniġġjar ta’ ammonti kbar ta’ data, l-aċċettazzjoni ta’ applikazzjonijiet veterinarji, databases u fajls ta’ referenza,

(b) tagħmir (hard- u software) li jiggarantixxi l-immaniġġar ta’ komunikazzjonijiet multi-protikolli bejn id-diversi networks li jippermetti aċċess simultanju għal ħafna utenti,

(ċ) servizzi għal messaġġi elettroniċi li jikkonformaw ma’ standards internazzjonali,

(d) faċilitajiet u servizzi tat-tip web,

(e) servizzi li jittrasferixxu l-fajls,

(f) kapaċità ta’ ħażna elettronika ta’ data suffiċjenti għal sena,

(g) faċilitajiet ta’ arkivjar waqt il-perjodu tal-kuntratt,

(h) faċilitajiet ta’ back-up u ‘reboot immedjat’ f’ każ ta’ ħsara.

Il-host server għandu jkun kapaċi jopera flimkien ma’ sistemi eżisteni oħrajn bħal servers nazzjonali jew sistemi f’amministrazzjonijiet veterinarji nazzjonali li jikkonformaw ma’ standards internazzjonali.

Il-host server għandu jkun disponibbli l-jum kollha sebat ijiem fil-ġimgħa.

2. Il-Format u l-volum tad-data trasmessa

Il-format tal-messaġġ għall-applikazzjonijiet eżistenti għandu jkun ASCII b’karattri definiti iżda għandu jkun kapaċi li jiżviluppa lejn formati strutturati oħrajn. L-għadd stmat ta’ messaġġi trasmessi kull jum huwa bejn wieħed u ieħor ta’ 4000. Konsegwentment l-immaniġġjar tal-host server għandu jinvolvi ma’ l-4000 daħla u 8000 messaġġ mibgħutin kull jum.

Data oħra trasmessa għandha tkun prinċipalment fajls ta’ referenza u tad-data u applikazzjoni tas-software.

3. Il-kapaċità tas-sistema

Is-sistema għandha tkun kapaċi timmaniġġja ma’ l-2000 utent potenzjali. Iżda, minħabba li l-perjodi ta’ użu jistgħu jvarjaw, in-numru stmat ta’ utenti simultanji (input u output) għandu jkun medja ta’ xi 70 u mhux aktar minn 100. Dik il-kapaċità għandha tkun tiflaħ titkabbar jekk meħtieġ biex tiggarantixxi l-livell tas-servizz. Is-sistema għandha tkun kapaċi li timmaniġġja kjuwijiet li jkunu qegħdin jistennew.

4. It-traċċabilità tal-messaġġi

Il-host server għandu jkun kapaċi jiggarantixxi u jimmonitorja t-traċċabilità tal-messaġġi. Għandu jassigura li l-operat tan-networks ta’ komunikazzjoni jinżamm u li komunikazzjonijiet interrotti jkunu kkomunikati mill-ġdid, u li jkollu l-elementi kollha ta’ traċċabilità ta’ messaġġi li tkun mistennija li jkollu f’kull żmien.

5. Is-sigurtà tas-sistema u tad-data

Il-host server għandu jkollu sett ta’ disposizzjonijiet stretti u koerenti għall-protezzjoni u l-integrità tad-data. Id-data ma għandiex tiġi wżata mill-host server.

L-aċċess għas-sistema għandu jkun imħares u kkontrollat minn serje ta’ proċeduri ta’ sigurtà li jużaw diversi metodi bħall-identità ta’ l-utent u awtentiċità tat-trasmittent tal-messaġġ mill-host server.

Serje ta’miżuri għall-back up u r-restawr tad-data fis-sistema għandhom ikunu disponibbli u jkunu operattivi fil-host server b’ mod li l-ebda informazzjoni ma tkun tista’ tintilef minħabba xi ħsara fil-hardware.

Il-host server għandu jkollu il-personàl imħarreġ kollu meħtieġ.

6. Assistenza

Servizz ta’ għajnuna għandu jkun disponibbli 12 il-siegħa kuljum, mis-7 ta’ fil-għodu sas-7 ta’ filgħaxija, fl-uffiċċji tal-host server biex jieħu ħsieb kull problema ta’ komunikazzjoni.

Kull applikazzjoni għandu jkollha sostenn on-line.

7. Immaniġġjar tas-sistemi

Il-host server għandu jipprovdi statistika ta’ l-immaniġġjar, dwar it-traffiku ta’ messaġġi, it-tixrid ta’ fajls ta’ referenza, waqfien ta’ komunikazzjoni fin-network u l-parametri kollha ta’ l-użu għal skopijiet ta’ kontrolli ta’ l-immaniġġjar tan-nefqa.

--------------------------------------------------