|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4347 |
10.8.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12570 — C2X / CPCM / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4347)
1.
Fit-30 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
C2X Ltd (ir-Renju Unit), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn A.P. Møller Holding A/S (id-Danimarka), |
|
— |
CP Industrial Capital Management Co., Limited (Hong Kong), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Charoen Pokphand Group Co., Ltd. (it-Tajlandja). |
L-impriża konġunta li għadha kif inħolqot hija C2X Asia Pte Ltd (Singapore).
C2X Ltd u CP Industrial Capital Management Co., Limited se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ C2X Asia Pte Ltd.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
C2X Ltd tiżviluppa u topera proġetti ta’ produzzjoni ta’ metanol ekoloġiku, fejn primarjament isservi s-setturi tal-kimika, tal-avjazzjoni u tat-trasport marittimu, |
|
— |
CP Industrial Capital Management Co., Limited hija entità ta’ investiment ta’ Charoen Pokphand Group, grupp multinazzjonali diversifikat li hu attiv f’setturi li jinkludu l-ikel, il-bejgħ bl-imnut, it-telekomunikazzjoni, l-infrastruttura, il-farmaċewtiċi u s-servizzi finanzjarji. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ C2X Asia Pte Ltd se jikkonsistu fl-iżvilupp, l-operat u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ proġetti ta’ metanol ekoloġiku fiċ-Ċina u fix-Xlokk tal-Asja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12570 — C2X / CPCM / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4347/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)